Help Print this page 
Title and reference
Roaming fuq netwerks tal-mobile phones

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Multilingual display
Text

Roaming fuq netwerks tal-mobile phones

L-għan ta' dan ir-Regolament huwa li jiżgura li l-utenti tal-mobile phones ma jħallsux prezzijiet eċċessivi għal servizzi ta' roaming madwar l-Unjoni Ewropea kollha (telefonati, messaġġi testwali u użu tal-internet) meta jivjaġġaw fi ħdan l-UE.

ATT

Regolament (UE) Nru 531/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ġunju 2012 dwar roaming fuq netwerks pubbliċi ta’ komunikazzjoni mobbli fi ħdan l-Unjoni (riformolazzjoni).

SOMMARJU

L-għan ewlieni ta' dan ir-Regolament huwa li jsaħħaħ il-kompetizzjoni fis-suq għall-utenti tal-mobile phones li jużaw il-phone tagħhom għal telefonati, messaġġi testwali jew aċċess għall-internet meta jivjaġġaw barra minn pajjiżhom fl-UE. Dan jissejjaħ 'roaming'.

Ir-Regolament jintroduċi żewġ tibdiliet prinċipali.

Skont ir-regoli l-ġodda tal-UE dwar ir-roaming, li daħlu fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 2012, sejjer ikun hemm aktar tnaqqis fil-massimu tal-prezzijiet li n-nies iħallsu għal servizzi ta' roaming meta jivjaġġaw fi ħdan l-UE. L-użu tal-internet mobbli għall-aċċess ta' mapep, ritratti, netwerks soċjali u email qiegħed isir ferm iktar affordabbli f'ivjaġġar f'pajjiżi tal-UE oħrajn kif ukoll meta persuna ċċempel jew tirċievi telefonati bil-vuċi u testi bħala konsegwenza tal-massimi l-ġodda tal-prezzijiet.

Barra minn hekk, mill-1 ta' Lulju 2012, nies li jivjaġġaw barra mill-UE jirċievu messaġġ testwali, email jew pop-up window ta' twissija meta jkunu qed joqorbu qrib il-EUR 50 ta' downloads ta' dejta jew il-livell miftiehem minn qabel tagħhom. Dan jestendi s-sistema ta' twissija li hija fis-seħħ attwalment fl-UE.

Mill-1 ta' Lulju 2014, il-konsumaturi jistgħu jagħżlu kuntratt ta' roaming separat qabel jivjaġġaw, jew fejn disponibbli, fornitur ta' servizzi ta' roaming ta' dejta fuq mowbajl direttament fuq in-netwerk miżjur. Għaldaqstant, il-konsumaturi jistgħu jqabblu faċilment l-offerti ta' roaming (indipendentament minn servizzi oħrajn għal mobiles) u b'hekk jibbenefikaw minn prezzijiet irħas.

Mill-1 ta' Lulju 2014, il-konsumaturi tar-roaming iħallsu mhux aktar minn 19-il ċenteżmu kull minuta biex jagħmlu telefonata, massimu ta' 5 ċenteżmi fil-minuta biex jirċievu telefonata, massimu ta' 6 ċenteżmi biex jibagħtu messaġġ testwali u massimu ta' 20 ċenteżmu għal kull Megabyte (MB) biex iniżżlu dejta jew jibbrawżjaw fuq l-Internet waqt li jkunu qed jivjaġġaw (tariffi għal kull Kilobyte użat).

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Regolament (UE) Nru 531/2012

1.7.2012

-

ĠU L 172 ta' 30.6.2012

ATTI RELATATI

Regolament (KE) Nru 717/2007 tas-27 ta' Ġunju 2007 dwar roaming fuq networks pubbliċi tat-telefonija mobbli fi ħdan il-Komunità u li jemenda d-Direttiva 2002/21/KE.

Id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru) (ĠU L 108 tal-24.4.2002).

PROPOSTA

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi miżuri biex jitlesta s-suq uniku Ewropew għall-komunikazzjoni elettronika u biex jinkiseb Kontinent Konness, u li jemenda d-Direttivi 2002/20/KE, 2002/21/KE u 2002/22/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1211/2009 u (UE) Nru 531/2012. (COM(2013) 627 final tal-11.9.2013 - mhux ippubblikata filĠurnal Uffiċjali).

L-għan hawnhekk huwa li nimxu lejn suq waħdieni għall-komunikazzjonijiet elettroniċi fejn iċ-ċittadini u n-negozji jistgħu jaċċessaw is-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi kull fejn jiġu pprovduti fl-UE (mingħajr restrizzjonijiet transkonfinali jew spejjeż addizzjonali mhux iġġustifikati) u fejn il-kumpaniji li jipprovdu netwerks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi jistgħu joperawhom kull fejn ikunu bbażati jew kull fejn il-klijenti tagħhom ikunu jinsabu fl-UE.

Fir-rigward tar-roaming, hija tfittex soluzzjonijiet bħall-garanzija ta' livelli għoljin ta' protezzjoni tal-konsumaturi madwar l-UE kollha u kundizzjonijiet kummerċjali komuni għal dan, inklużi miżuri sabiex gradwalment jintemmu t-tariffi addizzjonali għal roaming fuq mobiles u jiġi salvagwardjat l-aċċess għall-internet miftuħ.

L-aħħar aġġornament: 05.02.2014

Top