Help Print this page 

Summaries of EU Legislation

Title and reference
Ekwipaġġ ta' ferroviji transkonfinali — kondizzjonijiet tax-xogħol

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Multilingual display
Text

Ekwipaġġ ta' ferroviji transkonfinali — kondizzjonijiet tax-xogħol

 

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Direttiva 2005/47/KE dwar il-ftehim dwar ċerti aspetti tal-kondizzjonijiet tax-xogħol ta' ħaddiema assenjati għal servizzi trans-konfini interoperabbli fis-settur tal-ferroviji

X'INHU L-GĦAN TAD-DIRETTIVA?

PUNTI EWLENIN

  • Il-ftehim jilħaq bilanċ bejn:
    • il-ħtieġa li tiġi żgurata protezzjoni xierqa tas-saħħa u tas-sigurtà tal-ħaddiema mobbli fis-servizzi transkonfinali interoperabbli fis-settur tal-ferroviji; u
    • il-ħtieġa għal flessibilità fit-tmexxija tal-intarpriżi tat-trasport bil-ferrovija f'netwerk tal-ferroviji integrat tal-Unjoni Ewropea (UE).
  • Il-ftehim jagħti lill-ħaddiema perjodu ta' serħan ta' kuljum ta' 12-il siegħa konsekuttiva u perjodi ta' mistrieħ ta' bejn 30 u 45 minuta. Dan jillimita l-ħin tas-sewqan ta' kuljum għal 9 sigħat fuq xift ta' matul il-jum u 8 sigħat fuq xift ta' bil-lejl.
  • Il-ftehim jagħti lil min iħaddem ukoll flessibbiltà akbar għaliex, taħt ċirkostanzi eċċezzjonali, dawn jistgħu iqassru il-perjodi ta' mistrieħ ta' kuljum għal 9 sigħat minflok 11 kif previst fid-Direttiva 2003/88/KE dwar l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol.
  • Il-pajjiżi tal-UE jistgħu jżommu jew jintroduċu regoli aktar favorevoli minn dawk stabbiliti f'din id-direttiva.
  • Id-direttiva ma tistax tintuża sabiex jiġi ġġustifikat livell aktar baxx ta' protezzjoni għall-ħaddiema fejn tingħata protezzjoni aħjar taħt leġiżlazzjoni nazzjonali diġà eżistenti.

META TAPPLIKA D-DIRETTIVA?

Din ilha tapplika mis-27 ta’ Lulju 2005. Il-pajjiżi tal-UE kellhom jinkorporawha f'liġi nazzjonali sas-27 ta’ Lulju 2008.

SFOND

Din id-direttiva hija parti mill-qafas ġenerali għall-interoperabbiltà tas-sistemi ferrovjarji tal-UE. Netwerk ferrovjarju integrat aħjar ser jippermetti lill-UE sabiex tnaqqas it-trasport tat-triq u tnaqqas l-effetti sekondarji li jagħmlu ħsara tiegħu. Billi tinvolvi s-sħab soċjali hija tfittex li tiżgura kondizzjonijiet tax-xogħol sodisfaċenti għall-ħaddiema fis-servizzi ferrovjarji interoperabbli.

* TERMINI EWLENIN

Ħaddiem mobbli: kwalunkwe ħaddiem li hu membru tal-ekwipaġġ ta' ferrovija assenjat għal servizzi transkonfinali interoperabbli għal iżjed minn siegħa fuq bażi ta' xift ta’ kuljum.

Servizzi transkonfinali interoperabbli: ħidma ta' ferroviji li jappartjenu għal pajjiż wieħed fuq il-linji ferrovjarji ta' pajjiż ieħor.

DOKUMENT EWLIENI

Direttiva tal-Kunsill 2005/47/KE tat-18 ta' Lulju 2005 dwar il-Ftehim bejn il-Komunità tal-Ferroviji Ewropej (CER) u il-Federazzjoni Ewropea għall-Ħaddiema tat-Trasport (ETF) dwar ċerti aspetti tal-kondizzjonijiet tax-xogħol ta' ħaddiema mobbli assenjati għal servizzi trans-konfini interoperabbli fis-settur tal-ferroviji (ĠU L 195, 27.7.2005, pp. 15-17)

DOKUMENTI RELATATI

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill — Impatt ekonomiku u soċjali tal-ftehim anness mad-Direttiva 2005/47/KE, konkluża fis-27 ta' Jannar 2004 bejn l-imsieħba soċjali, dwar ċertu aspetti tal-kondizzjonijiet tal-użu tal-ħaddiema mobbli li jwettqu servizzi ta' interoperabbiltà tanskonfinali fis-settur tal-ferroviji (COM(2008), 855 final, 15.12.2008)

Direttiva tal-2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU L 299, 18.11.2003, p. 9-19)

l-aħħar aġġornament 06.09.2016

Top