Help Print this page 

Summaries of EU Legislation

Title and reference
Ftehimiet dwar is-servizzi tal-ajru bejn pajjiżi tal-UE u dawk mhux tal-UE

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Multilingual display
Text

Ftehimiet dwar is-servizzi tal-ajru bejn pajjiżi tal-UE u dawk mhux tal-UE

 

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Regolment (KE) Nru 847/2004 — in-negozjati u l-implimentazzjoni tal-ftehimiet dwar is-servizzi tal-ajru bejn il-pajjiżi tal-UE u dawk mhux tal-UE

X'INHU L-GĦAN TA' DAN IR-REGOLAMENT?

  • Dan jistabbilixxi proċedura biex tinnotifika u tawtorizza negozjati mwettqa mill-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea (UE) ma’ pajjiżi mhux tal-UE dwar ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru (ASAs).
  • Dan għandu l-għan li jiżgura li l-ftehimiet eżistenti jkunu konformi mal-liġi tal-UE.

PUNTI EWLENIN

Kompetenza tal-UE

  • F’Novembru 2002, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea kkonfermat id-dritt esklussiv tal-UE li tinnegozja, tiffirma u tikkonkludi ASAs internazzjonali ma’ pajjiżi mhux tal-UE meta jindirizzaw kwistjonijiet fi ħdan il-kompetenza esklussiva tal-UE.
  • Fiż-żmien tad-deċiżjoni tal-Qorti, kien hemm għadd kbir ta’ ASAs li ma kinux konformi mal-liġi tal-UE. Minn dakinhar, numru kbir minnhom inġiebu konformi mal-liġi tal-UE.

Għan

Dawk l-ASAs li mhumiex konformi mal-liġi tal-UE jeħtieġu jiġu emendati sabiex:

  • jiżguraw ċertezza legali f'tali ftehimiet għaż-żewġ partijiet;
  • jiggarantixxu lil-linji tal-ajru kollha tal-UE d-dritt ta’ stabbiliment fi ħdan l-UE, inkluż aċċess mhux diskriminatorju għas-suq lejn rotot bejn il-pajjiżi kollha tal-UE u pajjiżi mhux tal-UE fejn kienu jeżistu l-ASAs.

L-emendar ta’ ASA

Hemm żewġ modi ta' kif jiġi emendat ASA:

  • Ftehimiet orizzontali — li jaġixxu f’isem il-pajjiżi tal-UE kkonċernati li għandhom ASAs bilaterali ma’ pajjiż mhux tal-UE, il-Kummissjoni Ewropea tinnegozja ftehim wieħed ma’ pajjiż mhux tal-UE.
  • Negozjati bilaterali — li jemendaw jew jissostitwixxu kull ASA b’mod individwali.

Regoli u proċeduri għal negozjati bilaterali

  • Pajjiż tal-UE jista’ jidħol f’negozjati bilaterali biex jemenda jew jissostitwixxi ASA li parzjalment jaqa’ fi ħdan il-kompetenza tal-UE jekk isegwi r-regoli u l-proċedura stabbilita fir-Regolament:
    • kwalunkwe klawsola standard rilevanti, żviluppata b’mod konġunt bejn il-pajjiżi tal-UE u l-Kummissjoni, hija inkluża f’tali negozjati u jkun hemm konformità mal-proċedura ta’ notifika;
    • din tinnotifika lill-Kummissjoni bl-intenzjonijiet tagħha bil-miktub.
  • Jekk, fi żmien 15-il jum ta’ xogħol minn meta tirċievi n-notifika, il-Kummissjoni tikkonkludi li x’aktarx tali negozjati jnaqqsu l-objettivi tan-negozjati tal-UE li diġà jseħħu mal-pajjiż mhux tal-UE u/jew iwasslu għal ftehim li huwa inkompatibbli mal-liġi tal-UE, din għandha tinforma lill-pajjiż tal-UE kif xieraq.
  • Pajjiż tal-UE jista’ ma jidħolx fi kwalunkwe ftehim ġdid ma’ pajjiż mhux tal-UE li jnaqqas in-numru tat-trasportaturi tal-ajru tal-UE permessi biex jipprovdu servizzi bejn it-territorju tiegħu u dak il-pajjiż.

META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Dan daħal fis-seħħ fit-30 ta’ Mejju 2004.

SFOND

Il-Politika Esterna tal-Avjazzjoni — Ftehimiet Orizzontali

DOKUMENT EWLIENI

Ir-Regolament (KE) Nru 847/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar in-negozjati u l-implimentazzjoni tal-ftehimijiet dwar is-servizzi ta' l-ajru bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi (ĠU L 157, 30.4.2004, pp. 7–17)

DOKUMENTI RELATATI

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2408/92 tat-23 ta’ Lulju 1992 dwar aċċess għat-trasportaturi ta’ l-ajru tal-Komunità għal rotot ta’ l-ajru intra-Komunitarji (ĠU L 240, 24.8.1992, pp. 8–14)

Emendi suċċessivi għar-Regolament (KE) Nru 2408/92 ġew inkorporati fit-test bażiku. Din il-verżjoni kkonsolidata għandha valur dokumentarju biss.

l-aħħar aġġornament 13.10.2016

Top