Help Print this page 

Summaries of EU Legislation

Title and reference
Il-qasam tal-ogħla livell .eu

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Languages and formats available
Multilingual display
Text

Il-qasam tal-ogħla livell “.eu”

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Regolament (KE) Nru 733/2002 dwar l-implimentazzjoni tal-qasam tal-ogħla livell .eu

SOMMARJU

X’JAGĦMEL IR-REGOLAMENT?

Dan jistabbilixxi kif is-suffiss tal-indirizz tal-internet “.eu”, magħruf bħala l-qasam tal-ogħla livell (TLD) jiġi implimentat. B’mod partikolari, ir-regolament jipprovdi għall-istabbiliment ta’ reġistru u jistabbilixxi l-kwadru ġenerali tal-politika għall-funzjonament ta’ dan ir-reġistru.

PUNTI EWLENIN

Il-qasam tal-ogħla livell “.eu” jagħti lill-UE l-identità tal-internet tagħha stess. L-għan tiegħu huwa li jirrinforza l-viżibilità tal-UE fuq l-internet, iżid l-għażliet tal-utenti ta’ ismijiet tal-qasam u jippromwovi l-iżvilupp tal-kummerċ elettroniku fi ħdan is-suq intern.

Il-ħolqien ta’ “.eu” TLD huwa wieħed mill-objettivi stabbiliti fil-pjan ta’ azzjoni eEuropa 2002 biex jaċċellera l-kummerċ elettroniku u jippromwovi l-użu tal-internet.

Il-qasam “.eu” huwa addizzjonali għal dawk li diġà jeżistu fi ħdan l-UE, u ma jissostiwixhomx. Huwa jagħti lill-utenti l-għażla li jkollhom identità tal-internet pan-Ewropea (prinċipalment indirizzi tal-websajts jew emails).

Għanijiet

L-implimentazzjoni tat-TLD .eu tindirizza bosta objettivi:

  • biex tippromwovi l-użu ta’ netwerks tal-internet u żżid l-għażla tal-utenti billi tipprovdi alternattiva għal oqsma tal-ogħla livell eżistenti bil-kodiċijiet tal-pajjiż (eż.“.fr” għal Franza jew “.it” għall-Italja) jew oqsma tal-ogħla livell ġeneriċi globali (eż. “.com”, “.net”);
  • biex ittejjeb l-interoperabilità ta’ servers trans-Ewropej billi tassigura d-disponibilità ta' servers ta' ismijiet .eu fl-UE;
  • biex iżżid il-viżibilità tas-suq intern tal-UE fuq in-netwerk tad-dinja u tippromwovi l-immaġni tal-UE fuq netwerks ta’ informazzjoni globali.

Reġistru

Ir-reġistru huwa mmexxi minn NGO skont kuntratt mal-Kummissjoni Ewropea.

Huwa għandu l-kompiti li ġejjin:

  • ismijiet ta' qasam f’.eu TLD, permezz ta' reġistraturi .eu akkreditati, għal kumpaniji, organizzazzjonijiet jew individwi stabbiliti jew residenti fl-UE;
  • jadotta l-politika inizjali ta' reġistrazzjoni għal .eu TLD b'konsultazzjoni mal-Kummissjoni u partijiet oħra interessati, skont ir-regoli tal-politika pubblika;
  • jimponi tariffi direttament relatati mal-ispejjeż magħmula;
  • jimplimenta politika ta' soluzzjonijiet barra l-qorti ta' konflitti biex isolvu tilwim dwar ismijiet ta' qasam jew deċiżjonijiet tar-reġistru;
  • jadotta u jimplimenta proċeduri għall-akkreditazzjoni ta’ reġistraturi .eu;
  • jiżgura l-integrità tad-databases ta’ ismijiet ta' qasam.

Kwadru tal-politika

Il-Kummissjoni hija risponsabbli għall-adozzjoni tar-regoli tal-politika pubblika li jikkonċernaw l-implimentazzjoni u l-funzjonijiet ta' .eu TLD u l-prinċipji ta' politika pubblika dwar reġistrazzjoni. dawn ir-regoli jinkludu b'mod partikolari:

  • politika ta’ riżoluzzjoni tal-konflitt barra l-qorti;
  • politika pubblika dwar reġistrazzjoni spekulattiva u abbużiva ta' ismijiet ta’ qasam.
  • politika dwar il-possibiltà tar-revokazzjoni ta' ismijiet ta' qasam;
  • kwistjonijiet dwar il-lingwa u kunċetti ġeografiċi
  • it-trattament ta' proprjetà intellettwali u drittijiet oħra

Riżervazzjoni ta' drittijiet

L-UE żżomm id-drittijiet kollha li jirrelataw mal-.eu TLD inkluż, b'mod partikolari, id-drittijiet ta' proprjetà intellettwali u drittijiet oħra tad-databases tar-Reġistru.

Implimentazzjoni

Il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni, l-effikaċja u l-iffunzjonament tal-.eu TLD kull sentejn.

META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Dan japplika mit-30 ta’ April 2002.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara “il-qasam tal-ogħla livell .eu” fuq il-websajt tal-Kummissjoni Ewropea.

ATT

Regolament (KE) Nru 733/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ April 2002 dwar l-implimentazzjoni tal-Qasam tal-Ogħla Livell .eu (ĠU L 113, 30.4.2002, p. 1–5)

Emendi sussegwenti għar-Regolament (KE) Nru 733/2002 ġew inkorporati fit-test bażiku. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

ATTI RELATATI

Rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-implimentazzjoni, il-funzjonament u l-effikaċja tad-Dominju tal-Ogħla Livell .eu (COM(2015) 680 final tat-18.12.2015)

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 874/2004 tat-28 ta’ April 2004 li jippreskrivi r-regoli tal-politika pubblika li jikkonċernaw l-implimentazzjoni u l-funzjonijiet tad-Dominju ta' l-Ogħla Livell the.eu u l-prinċipji li jirregolaw ir-reġistrazzjoni (ĠU L 162, 30.4.2004, p. 40–50). Ara l-verżjoni konsolidata.

l-aħħar aġġornament 07.04.2016

Top