Help Print this page 

Summaries of EU Legislation

Title and reference
L-iżgurar tal-privatezza taċ-ċittadini: Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Languages and formats available
Multilingual display
Text

L-iżgurar tal-privatezza taċ-ċittadini: Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

Din il-liġi tal-Unjoni Ewropea (UE) għandha l-għan li tiżgura li jiġu rrispettati d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali taċ-ċittadini, b'mod partikolari d-dritt għall-privatezza fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali* mill-istituzzjonijiet u mill-korpi tal-UE.

ATT

Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dak id-data.

SOMMARJU

Din il-liġi tal-Unjoni Ewropea (UE) għandha l-għan li tiżgura li jiġu rrispettati d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali taċ-ċittadini, b'mod partikolari d-dritt għall-privatezza fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali* mill-istituzzjonijiet u mill-korpi tal-UE.

X'JAGĦMEL IR-REGOLAMENT?

Jistabbilixxi l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. Jistabbilixxi r-regoli biex jiġi żgurat li tiġi rispettata d-dejta personali ġestita mill-istituzzjonijiet u mill-korpi tal-UE u jiddefinixxi d-drittijiet taċ-ċittadini f’dan ir-rigward.

PUNTI EWLENIN

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

Dan ir-Regolament jipprevedi l-istabbiliment ta’ Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD), l-awtorità responsabbli għall-monitoraġġ tal-applikazzjoni tar-regoli dwar il-protezzjoni tad-dejta mill-istituzzjonijiet u mill-korpi tal-UE. Jekk ċittadini jqisu li ma jkunux ġew rispettati d-drittijiet tagħhom dwar il-protezzjoni tad-dejta taħt ir-Regolament, jistgħu jilmentaw direttament mal-KEPD.

Kull istituzzjoni u korp tal-UE għandu jaħtar tal-inqas Uffiċjal wieħed tal-Protezzjoni tad-Dejta nkarigat bil-kompitu li jikkoopera mal-KEPD u jiżgura li d-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-dejta ma jiġux kompromessi permezz tal-ipproċessar tad-dejta.

Dejta personali u pproċessar tad-dejta

Taħt ir-Regolament, u għall-iskop li għalih tkun inġabret, id-dejta personali għandha:

  • tiġi pproċessata b’mod ġust u b’mod legali;
  • tkun għal skopijiet leġittimi, espliċiti u speċifikati u ma tiġix ulterjorment proċessata b’mod li jkun inkompatibbli ma’ dawk l-iskopijiet;
  • tkun adegwata, rilevanti u mhux eċċessiva;
  • tkun preċiża u aġġornata;
  • tinżamm f’forma li tidentifika s-suġġett għal żmien li ma jkunx aktar milli jkun meħtieġ.

Id-dejta tista' tkompli tiġi proċessata għal raġunijiet storiċi, statistiċi jew xjentifiċi sakemm ikun hemm salvagwardji xierqa dwar l-anonimità.

Dejta personali tista’ tiġi pproċessata biss jekk dan ikun:

  • meħtieġ għal kompitu li jsir fl-interess pubbliku;
  • f’konformità ma’ obbligu legali;
  • fejn ikun ingħata kunsens ċar;
  • biex jitħarsu l-interessi vitali tas-suġġetti tad-dejta.

Drittijiet taċ-ċittadini

Fil-prinċipju l-ipproċessar ta’ dejta personali li tiżvela oriġini razzjali jew etnika, opinjonijiet politiċi, twemmin reliġjuż jew filosofiku, sħubija trade-unjonistika, u ta’ dejta dwar is-saħħa jew il-ħajja sesswali, kif ukoll dejta relatata ma’ reati kriminali, huwa pprojbit, sakemm dan ma jkunx għal raġunijiet espressament awtorizzat bil-liġi.

Skont ir-Regolament iċ-ċittadini jgawdu drittijiet legalment infurzabbli, bħad-dritt li jaċċessaw, jikkoreġu, jimblokkaw jew iħassru dejta personali miżmuma mill-istituzzjonijiet u mill-korpi tal-UE.

META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Mill-1 ta’ Frar 2001.

TERMINI EWLENIN

* Dejta personali: kwalunkwe informazzjoni relatata ma’ persuna identifikabbli jew “suġġett tad-dejta” f’termini ta’ attributi bħal fiżiċi, mentali, ekonomiċi, kulturali jew l-identità soċjali.

* Proċessar ta’ dejta personali: operazzjoni li ssir fuq dejta personali, bħall-ġbir, il-ħażna, l-użu, l-alterazzjoni, it-trasmissjoni, id-disseminazzjoni, jew it-tħassir.

Għal aktar tagħrif ara s-sit tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001

1.2.2001

-

ĠU L 8 tat-12.1.2001, p. 1-22

Rettifika

-

-

ĠU L 164 tas-26.6.2007, p. 36-36

ATTI RELATATI

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/597/KE tat-3 ta’ Ġunju 2008 li taddotta r-regoli ta’ implementazzjoni dwar l-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad- Data skond l-Artikolu 24(8) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment ħieles ta’ dik id- data (ĠU L 193 tat-22.7.2008, p. 7-11).

Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-24 ta’ Ottubru, 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU L 281 tat-23.11.1995, p. 31-50).

l-aħħar aġġornament 12.06.2015

Top