Help Print this page 
Title and reference
Faċilitajiet fil-portijiet għall-iskart iġġenerat mill-bastimenti u għall-fdalijiet mill-merkanzija

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Multilingual display
Text

Faċilitajiet fil-portijiet għall-iskart iġġenerat mill-bastimenti u għall-fdalijiet mill-merkanzija

Il-protezzjoni tal-ambjent marittimu tista’ tittejjeb billi jitnaqqsu l-iskarigi fil-baħar ta’ skart iġġenerat mill-bastimenti u l-fdalijiet tal-materjali tal-merkanzija.

ATT

Direttiva 2000/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2000 dwar il-faċilitajiet ta’ l-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart iġġenerat mill-bastimenti u għall-fdalijiet mill-merkanzija

SOMMARJU

Il-protezzjoni tal-ambjent marittimu tista’ tittejjeb billi jitnaqqsu l-iskarigi fil-baħar ta’ skart iġġenerat mill-bastimenti u l-fdalijiet tal-materjali tal-merkanzija.

X’TAGĦMEL ID-DIRETTIVA?

Din ittejjeb id-disponibbiltà u l-użu tal-faċilitajiet tal-akkoljenza tal-port għal skart iġġenerat mill-bastimenti u fdalijiet mill-merkanzija. Tistabbilixxi wkoll ir-reġim ta’ infurzar, inkluża sistema għall-ispezzjonijiet u għall-iskambju ta’ informazzjoni.

PUNTI EWLENIN

Id-direttiva tkopri:

il-bastimenti kollha, irrispettivament mill-bandiera tagħhom, li jaslu fil-port ta’ pajjiż tal-Unjoni Ewropea (UE), esklużi l-bastimenti tal-gwerra u bastimenti li jappartjenu għal jew imħaddma minn Stat għal skopijiet governattivi mhux kummerċjali;

il-portijiet kollha fi ħdan il-pajjiżi tal-UE li normalment jintużaw minn dawn il-bastimenti.

Il-pajjiżi tal-UE jridu jiżguraw li l-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet:

jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-bastimenti li jagħmlu użu mill-portijiet mingħajr ma jikkawżaw dewmien eċċessiv;

ikunu mfassla skont id-daqs tal-port u l-kategoriji ta’ bastimenti li jidħlu hemm, peress li portijiet akbar għandhom tendenza jkollhom iktar traffiku u bastimenti akbar.

L-akkoljenza u t-tqandil tal-iskart

Irid jitfassal pjan ta’ akkoljenza u tqandil tal-iskart f’kull port. Dawn il-pjanijiet iridu jiġu approvati u evalwati mill-pajjiż tal-UE kkonċernat. Il-pjanijiet iridu jerġgħu jiġu approvati mill-inqas kull tliet snin.

Notifika

Il-kaptani tal-bastimenti (ħlief dgħajjes tas-sajd u opri tar-rikreazzjoni awtorizzati li jġorru mhux iktar minn 12-il passiġġier) li jkunu sejrin lejn port fl-UE huma meħtieġa jinnotifikaw ċerta informazzjoni, b’mod partikolari:

id-data u l-aħħar port li fih ġie kkunsinjat skart iġġenerat mill-bastiment;

it-tipi u l-ammonti ta’ skart u fdalijiet li għandhom jiġu kkunsinjati u/jew li jkun fadal abbord, u l-perċentwali tal-kapaċità tal-ħażna massima.

Kunsinna

L-iskart iġġenerat mill-bastimenti jrid jiġi kkunsinnat lil awtorità tal-akkoljenza tal-port qabel it-tluq minn port fl-UE, sakemm il-kaptan ma jkunx jista’ jipprova li l-bastiment għandu biżżejjed kapaċità tal-ħażna ddedikata sabiex jintlaħaq il-port maħsub għall-kunsinna. Madankollu, f’dan il-każ, pajjiż tal-UE xorta jista’ jirrikjedi li l-bastimenti jikkonsenjaw l-iskart tagħhom qabel jitilqu mill-port, jekk ikollu raġunijiet raġonevoli sabiex ikun jemmen li:

il-port maħsub ma għandux faċilitajiet xierqa;

jew, il-port maħsub ma jkunx magħruf;

u, għalhekk, hemm riskju li l-iskart jintrema fil-baħar.

Spezzjonijiet

Tapplika ħtieġa minima tal-ispezzjoni ta' 25 % għall-bastimenti li joperaw f’port tal-UE. Il-pajjiżi tal-UE jridu jagħtu attenzjoni partikolari lill-bastimenti li:

ma kkonformawx mal-ħtieġa ta’ notifika;

ikunu ssuspettati li ma kkonsenjawx l-iskart tagħhom b’konformità mad-direttiva.

Imposti tal-iskart

Il-portijiet iridu jistabbilixxu sistemi għall-irkupru tal-ispejjeż sabiex jinkoraġġixxu l-kunsinna ta’ skart fuq l-art u jiskoraġġixxu r-rimi fil-baħar. Il-bastimenti kollha li jaslu f’port tal-UE se jġarrbu parti sinifikanti mill-ispiża (stabbilita għal 30 % mill-Kummissjoni Ewropea) irrispettivament mill-użu attwali tal-faċilitajiet. L-imposti jistgħu jiddiferixxu skont il-kategorija, it-tip u d-daqs tal-bastiment. L-imposti jistgħu wkoll jitnaqqsu jekk il-kaptan tal-bastiment ikun jista’ juri li l-ġestjoni ambjentali, id-disinn, it-tagħmir u t-tħaddim tal-bastiment jipproduċu kwantitajiet imnaqqsa ta’ skart iġġenerat mill-bastimenti.

Implimentazzjoni

Studju ta’ evalwazzjoni finali ppubblikat fl-2015 mill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tad-direttiva sab li kienet parzjalment effettiva, effiċjenti u koerenti. Dan identifika wkoll għadd ta’ kwistjonijiet li jistgħu jiġu indirizzati f’reviżjoni tad-direttiva.

META TAPPLIKA D-DIRETTIVA?

Mit-28 ta’ Diċembru 2000.

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Direttiva 2000/59/KE

28.12.2000

28.12.2002

ĠU L 332, 28.12.2000, p. 81-90

Att(i) li jemenda(w)

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Direttiva 2002/84/KE

29.11.2002

23.11.2003

ĠU L 324, 29.11.2002, p. 53-58

Regolament (KE) Nru 1137/2008

11.12.2008

-

ĠU L 311, 21.11.2008, p. 1-54

L-emendi suċċessivi għad-Direttiva 2000/59/KE ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata hija biss ta’ valur dokumentarju.

L-aħħar aġġornament: 25.08.2015

Top