Help Print this page 

Summaries of EU Legislation

Title and reference
Servizzi Postali fl-UE

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Languages and formats available
Multilingual display
Text

Servizzi Postali fl-UE

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Direttiva 2008/6/KE — tlestija tas-suq intern tas-servizzi postali tal-UE

SOMMARJU

X’TAGĦMEL ID-DIRETTIVA?

Tistabbilixxi r-regoli li l-pajjiżi tal-UE iridu jimplementaw biex jitlesta s-suq intern tas-servizzi postali tal-UE.

PUNTI EWLENIN

Obbligi ta’ servizz universali

Il-pajjiżi Ewropej għandhom:

  • jiżguraw li l-pubbliku ġenerali jkun ipprovdut b’mod permanenti b’servizz postali ta’ kwalità speċifika fi kwalunkwe post fil-pajjiż tagħhom bi prezz raġonevoli u, għaldaqstant,
  • jiżguraw li l-punti ta' kuntatt u ta’ aċċess huma kapaċi jlaħħqu mal-ħtiġijiet tal-utenti tagħhom u li jiġi ggarantit servizz universali minn tal-inqas 5 ijiem ta’ xogħol fil-ġimgħa (inkluż ġabra waħda u kunsinna waħda kuljum)

Kull pajjiż Ewropew għandu jiżgura li l-għoti ta’ servizz universali jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

  • servizz li jiggarantixxi konformità mar-rekwiżiti essenzjali,
  • servizz identiku lill-konsumaturi taħt kundizzjonijiet komparabbli,
  • disponibbli mingħajr ebda forma ta’ diskriminazzjoni,
  • mingħajr ebda interruzzjoni jew waqfien ħlief f’ċirkustanzi eċċezzjonali,
  • jevolvu bħala reazzjoni għal żviluppi tekniċi, ekonomiċi u soċjali u għall-ħtiġijiet tal-utenti.

Kompetizzjoni

Id-direttiva tipprojbixxi gvernijiet nazzjonali milli jagħtu jew imantnu kwalunkwe dritt esklussiv jew speċjali biex jiġi stabbilit jew jiġi pprovdut servizz postali.

Ħruġ ta’ liċenzji

Il-pajjiżi tal-UE jistgħu jistabbilixxu proċeduri ta’ awtorizzazzjoni, inklużi liċenzji individwali biex jiżguraw li s-servizzi postali jikkonformaw mar-rekwiżiti essenzjali (inkluż il-kunfidenzjalità tal-korrispondenza u s-sigurtà tan-netwerk meta jiġu trasportati oġġetti perikolużi) u li jiġi pprovdut servizz universali.

Ipprezzar

Il-prezzijiet għal kull wieħed mis-servizzi li jinkludi servizz universali għandu jkun:

  • raġonevoli u jippermetti lill-utenti kollha, independentament mil-lokazzjoni ġeografika, u, fid-dawl ta’ kundizzjonijiet nazzjonali speċifiċi, jaċċessaw is-servizz
  • bl-attenzjoni dovuta għall-ispejjeż u jagħti inċentivi biex jipprovdi servizz universali effiċjenti.

Il-kwalità tas-servizz

L-istandards tas-servizz għal servizz universali għandhom jiġu ffissati u ppubblikati sabiex jiġi garantit servizz postali ta’ kwalità tajba. L-istandards jiffukaw fuq il-ħinijiet ta’ kunsinna u fuq ir-regolarità u l-affidabbiltà tas-servizzi.

Għal servizzi li joperaw bejn il-pajjiżi tal-UE, id-direttiva tirrikjedi li:

  • 85% tal-oġġetti postali tal-kategorija standard l-aktar mgħaġġla għandhom jitqassmu fi żmien 3 ijiem wara d-data ta’ meta jintbagħtu, u
  • 97% fi żmien 5 ijiem wara d-data ta’ meta jintbagħtu.

Il-pajjiżi tal-UE huma meħtieġa li jieħdu għadd ta’ miżuri li jinkludu:

  • l-istabbiliment ta' standards ta’ kwalità għall-posta nazzjonali u l-iżgurar li dawn ikunu kompatibbli ma’ dawk stabbiliti għas-servizzi bejn il-pajjiżi tal-UE,
  • notifikazzjoni tal-istandards ta’ kwalità tagħhom għas-servizzi nazzjonali lill-Kummissjoni Ewropea, li għandha tippubblikahom bl-istess mod bħall-istandards bejn il-pajjiżi tal-UE,
  • l-iżgurar ta' proċeduri għall-ilmenti trasparenti, sempliċi u mhux għaljin stabbiliti mill-fornituri kollha tas-servizz postali.

Awtoritajiet regolatorji nazzjonali

  • Kull pajjiż tal-UE għandu jinnomina awtorità regolatorja nazzjonali waħda jew aktar li tkun ġuridikament separata mill-operaturi postali u li topera b’mod indipendenti minnhom.
  • Fejn is-servizzi postali jibqgħu taħt il-kontroll jew sjieda statali, il-funzjonijiet regolatorji għandhom ikunu strutturati separatament mill-attivitajiet assoċjati ma’ sjieda jew kontroll.

Fl-2010, ġie stabbilit il-Grupp ta’ Regolaturi Ewropej għas-Servizzi Postali. Huwa magħmul minn awtoritajiet regolatorji nazzjonali għal servizzi postali u jipprovdi pariri u assistenza lill-Kummissjoni.

META TAPPLIKA D-DIRETTIVA?

Daħlet fis-seħħ fis-27 ta' Frar 2008. Il-pajjiżi tal-UE kellhom jinkorporawha fil-legiżlazzjoni nazzjonali tagħhom sal-31 ta' Diċembru 2010 u f’ċertu każijiet, sal-31 ta' Diċembru 2012.

SFOND

Servizzi Postali

ATT

Direttiva 2008/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-20 ta' Frar 2008 li temenda d-Direttiva 97/67/KE dwar it-tlestija kompleta tas-suq intern tas-servizzi postali Komunitarji (ĠU L 52, 27.2.2008, p. 3–20)

L-emendi suċċessivi għad-Direttiva 2008/6/KE ġew inkorporati fit-test bażiku. Din il-verżjoni kkonsolidata hija biss għall-finijiet dokumentarji.

ATTI RELATATI

Deċiżjoni tal-Kummisjoni tal-10 ta' Awwissu 2010 li tistabbilixxi l-Grupp ta’ Regolaturi Ewropej għas-Servizzi Postali (ĠU C 217, 11.8.2010, p. 7–9)

l-aħħar aġġornament 20.01.2016

Top