Help Print this page 

Summaries of EU Legislation

Title and reference
It-trasport tal-merkanzija u tal-passiġġieri permezz tal-passaġġi fuq l-ilma interni

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Languages and formats available
Multilingual display
Text

It-trasport tal-merkanzija u tal-passiġġieri permezz tal-passaġġi fuq l-ilma interni

 

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Regolament (KE) Nru 1356/96 — regoli għat-trasport tal-merkanzija jew tal-passiġġieri bejn pajjiżi tal-UE fuq l-ilma interni

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

Huwa jfittex li jassigura li l-operaturi li jittrasportaw merkanzija jew passiġġieri permezz tal-passaġġi fuq l-ilma interni jkollhom il-libertà biex jipprovdu dawn is-servizzi bejn il-pajjiżi tal-UE.

PUNTI EWLENIN

  • Ir-regolament japplika għat-trasport ta’ merkanzija jew passiġġieri permezz tal-passaġġi fuq l-ilma interni għal vjaġġi bejn pajjiżi tal-UE u t-transitu fihom.
  • L-operaturi kollha li jittrasportaw merkanzija jew passiġġieri permezz tal-passaġġi fuq l-ilma interni jitħallew iwettqu dawn is-servizzi bejn pajjiżi tal-UE diment li jirrispettaw ċerti kundizzjonijiet:
    • ikunu stabbiliti fi kwalunkwe pajjiż tal-UE skont il-liġijiet ta’ dak il-pajjiż;
    • ikunu intitolati f'dak il-pajjiż jagħmlu trasport internazzjonali ta' merkanzija jew ta' passiġġieri permezz ta' passaġġi fuq l-ilma interni;
    • jużaw bastimenti li huma rreġistrati f’pajjiż tal-UE jew, fin-nuqqas ta' reġistrazzjoni, ikollhom ċertifikat ta' sħubija fi flotta ta' pajjiż tal-UE;
    • jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KEE) Nru 3921/91 skont liema, ġarriera mhux residenti jistgħu jittrasportaw il-merkanzija jew il-passiġġieri permezz tal-passaġġi fuq l-ilma interni fi ħdan pajjiż tal-UE (magħruf bħala “kabotaġġ”).
  • Jeżistu regoli speċjali dwar id-drittijiet tal-operaturi minn pajjiżi mhux tal-UE taħt il-Konvenzjoni Riveduta dwar in-Navigazzjoni fuq ir-Rhine (Il-Konvenzjoni ta' Mannheim), il-Konvenzjoni dwar in-Navigazzjoni fuq id-Danubju (Il-Konvenzjoni ta' Belgrad) jew jistgħu jirriżultaw minn ftehimiet jew trattati oħrajn internazzjonali li l-UE hija parti għalihom.

META JAPPLIKA DAN IR-REGOLAMENT?

Huwa ilu japplika mit-2 ta’ Awwissu 1996.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara “passaġġi fuq l-ilma interni” fuq is-sit tal-web tal-Kummissjoni Ewropea.

DOKUMENT EWLIENI

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1356/96 tat-8 ta’ Lulju 1996 dwar regoli komuni li japplikaw għat-trasport ta' merkanzija jew passiġġieri permezz tal-passaġġi fuq l-ilma interni bejn l-Istati Membri bil-għan li tiġi stabbilita l-libertà li jiġu pprovduti tali servizzi tat-trasport (ĠU L 175, 13.7.1996, pp. 7–8)

DOKUMENTI RELATATI

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3921/91 tas-16 ta’ Diċembru 1991 li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet li fihom ġarriera mhux residenti jistgħu jittrasportaw il-merkanzija jew il-passiġġieri permezz tal-passaġġi fuq l-ilma interni fi ħdan Stat Membru (ĠU L 373, 31.12.1991, pp. 1–3)

l-aħħar aġġornament 22.09.2016

Top