Help Print this page 
Title and reference
Is-sikurezza fit-toroq: liċenzji tas-sewqan

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Multilingual display
Text

Is-sikurezza fit-toroq: liċenzji tas-sewqan

Regoli aktar ċari dwar liċenzji tas-sewqan tal-UE jiżguraw libertà akbar ta’ moviment għas-sewwieqa tal-UE, isaħħu s-sikurezza fit-toroq u jgħinu biex jitnaqqas il-frodi.

ATT

Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 dwar il-Liċenzji tas-Sewqan (Tfassil mill-Ġdid).

SOMMARJU

Regoli aktar ċari dwar liċenzji tas-sewqan tal-UE jiżguraw libertà akbar ta’ moviment għas-sewwieqa tal-UE, isaħħu s-sikurezza fit-toroq u jgħinu biex jitnaqqas il-frodi.

X'TAGĦMEL DIN ID-DIRETTIVA?

Introduċiet liċenzja ġdida Ewropea tas-sewqan. Tirriformula d-Direttiva 91/439/KEE - li hija tirrevoka.

PUNTI EWLENIN

Id-direttiva:

tnaqqas il-kamp ta’ applikazzjoni għall-frodi: il-liċenzja l-ġdida fiha mikroċippa, li tinkorpora l-informazzjoni stampata fuq il-kard. Tintroduċi perjodu ta’ validità għal liċenzja ta’ karozza u ta’ mutur ta’ 10-15-il sena biex tippermetti li jsir aġġornament regolari tal-karatteristiċi ta’ protezzjoni u tad-detenturi. Tistabbilixxi netwerk elettroniku ġdid biex titħaffef il-komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali għall-kontrolli tal-liċenzji.

tgħin biex tittejjeb is-sikurezza fit-toroq: tintroduċi kategorija ġdida ta’ liċenzji għall-motorini u teħtieġ li qabel isir test mandatorju tat-teorija u aċċess gradwat għal muturi itqal. Barra minn hekk tispeċifika r-rekwiżiti għall-ittestjar. Is-sewwieqa professjonali għandhom isirulhom kontrolli mediċi kull 5 snin. Ġew stabbiliti rekwiżiti għall-kwalifika u għat-taħriġ ta’ eżaminaturi tas-sewqan.

Il-liċenzji maħruġa minn pajjiżi tal-UE għandhom ikunu rikonoxxuti b'mod reċiproku. Dawn li ġejjin huma l-kategoriji ta’ liċenzji tas-sewqan:

kategorija AM - għal vetturi b’2 u 3 roti b’veloċità massima skont id-disinn ta’ mhux aktar minn 45 km/h, kif ukoll għal kwadriċikli ħfief;

kategorija A1 - għal muturi ħfief b’ċilindrata ta’ mhux aktar minn 125 ċentimetru kubiku u b’potenza ta’ anqas minn 11 kW;

kategorija A2 - għal muturi b’potenza taħt il-35 kW;

kategorija A - għal muturi tqal mingħajr restrizzjonijiet fuq il-potenza;

kategorija B - għal vetturi tal-passiġġieri b’piż sa 3 500 kg u ta’ mhux aktar minn 8 passiġġieri;

kategorija BE - għal vettura tal-kategorija B li tirmonka trejler tqil taħt it-3,500 kg;

kategorija B1 (mhux obbligatorja) - għal kwadriċikli;

kategorija Ċ1 - għal vetturi tal-merkanzija bejn it-3,500-7,500 kg u sa 8 passiġġieri;

kategorija Ċ1E - għal vettura tal-kategorija Ċ1 jew B li tirmonka trejler tqil; b’massa kombinata ta’ mhux aktar minn 12,000 kg;

kategorija Ċ - għal vetturi tal-merkanzija b’piż ta’ mhux aktar minn 3,500 kg; u ta’ mhux aktar minn 8 passiġġieri;

kategorija ĊE - għal vettura tal-kategorija Ċ li tirmonka trejler tqil;

kategorija D1 - għal vettura tal-passiġġieri li tkun inbniet għal mhux aktar minn 16-il passiġġier u b’tul ta’ mhux aktar minn 8 m;

kategorija D1E - għal vettura tal-kategorija D1 li tirmonka trejler tqil;

kategorija D - għal vetturi tal-passiġġieri ta’ aktar minn 8 passiġġieri;

kategorija DE - għal vettura tal-kategorija D li tirmonka trejler tqil;

trejlers ħfief sa 750 kg jistgħu jiġu rmonkati bil-kategoriji B, C1, C, D1 u D.

Fid-Deċiżjoni 2014/209/UE hemm tabella ta’ ekwivalenzi bejn dawn il-kategoriji u dawk stabbiliti f’liċenzji li jkunu nħarġu f’pajjiżi tal-UE qabel din id-Direttiva.

Il-liċenzji għandhom jindikaw il-kundizzjonijiet skont liema s-sewwieq ikun awtorizzat isuq. Jekk is-sewqan ikun awtorizzat biss għal ċerti tipi ta’ vetturi jew għal vetturi adattati, allura dan għandu jiġi indikat permezz ta’ kodiċi fil-liċenzja.

Il-ħruġ ta’ liċenzji huwa wkoll soġġett għal kundizzjonijiet:

liċenzji għall-kategoriji C1, Ċ, D1 u D: għal sewwieqa biss li huma diġà ntitolati jsuqu vetturi tal-kategorija B;

liċenzji għall-kategoriji BE, Ċ1E, ĊE, D1E u DE: għal sewwieqa biss li huma diġà ntitolati jsuqu vetturi tal-kategorija B, Ċ1, Ċ, D1 u D rispettivament.

L-età minima għall-ħruġ ta’ liċenzji tas-sewqan hija ta’:

16-il sena għall-kategoriji AM, A1 (muturi ħfief) u B1 (triċikli u kwadriċikli b’mutur);

18-il sena għall-kategoriji A2, B, BE u Ċ1;

21 sena għall-kategoriji Ċ, ĊE, D1 u D1E;

24 sena għall-kategoriji D u DE.

Il-pajjiżi tal-UE jistgħu jgħollu jew ibaxxu l-età minima, fi ħdan il-limiti stabbiliti, għal ċerti kategoriji.

Il-pajjiżi tal-UE jridu jiżguraw li min japplika għal liċenzja jkollu l-għarfien u l-ħiliet u juri l-komportament meħtieġ sabiex isuq vettura bil-mutur. Ġeneralment, it-testijiet għal dan il-għan għandhom jinkludu:

test tat-teorija;

test tal-ħiliet u l-imġiba.

L-eżaminaturi għat-test tal-ħiliet u tal-imġiba għandu jkollhom kompetenzi minimi. Qegħdin taħt reġim ta’ assigurazzjoni tal-kwalità u għandhom jgħaddu minn taħriġ perjodiku.

META TAPPLIKA DIN ID-DIRETTIVA?

Mid-19 ta' Jannar 2007.

Għal aktar informazzjoni, ara s-sit tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-liċenzja tas-sewqan tal-UE.

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Direttiva 2006/126/KE

19.1.2007

19.1.2011

ĠU L 403 tat-30.12.2006, p. 18-60

Atti emendatorji

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Direttiva 2009/113/KE

15.9.2009

-

ĠU L 223 tas-26.8.2009, p. 31-35

Direttiva 2011/94/UE

19.12.2011

30.6.2012

ĠU L 314 tad-29.11.2011, p. 31-34

Direttiva 2012/36/UE

21.11.2012

31.12.2013

ĠU L 321 tal-20.11.2012, p. 54-58

Direttiva 2013/22/UE

1.7.2013

1.7.2013

ĠU L 158 tal-10.6.2013, p. 356-361,

Direttiva 2013/47/UE

23.10.2013

31.12.2013

ĠU L 261 tat-3.10.2013, p. 29-29.

Emendi u korrezzjonijiet suċċessivi għad-Direttiva 2006/126/KE ġew inkorporati fit-test bażiku. Din il-verżjoni konsolidata hija biss għal referenza.

ATTI RELATATI

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 383/2012 tal-4 ta’ Mejju 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi fir-rigward ta’ liċenzji tas-sewqan li jinkludu mezzi għall-ħażna (mikroċipp) (ĠU L 120 tal-5.5.2012, p. 1-11).

2014/209/UE Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Marzu 2014 dwar l-ekwivalenzi bejn kategoriji ta' liċenzji tas-sewqan (ĠU L 120 tat-23.4.2014, p. 1-89).

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 575/2014 tas-27 ta' Mejju 2014 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 383/2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi fir-rigward ta' liċenzji tas-sewqan li jinkludu mezzi għall-ħażna (mikroċipp) (ĠU L 159 tat-28.5.2014, p. 47-49).

L-aħħar aġġornament: 24.04.2015

Top