Help Print this page 
Title and reference
L-iċċarġjar ta’ vetturi tqal tal-merkanzija: Id-Direttiva Eurovignette

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Multilingual display
Text

L-iċċarġjar ta’ vetturi tqal tal-merkanzija: Id-Direttiva Eurovignette

Ħafna mill-pajjiżi tal-UE jitolbu ħlas mingħand it-trasportaturi għall-użu tal-infrastruttura tat-trasport tagħhom, b’mod partikolari t-toroq. L-UE introduċiet l-Eurovignette bil-għan li tirkupra l-ispejjeż tal-kostruzzjoni, tal-manutenzjoni, tat-tiswija u dawk ambjentali, sabiex b’hekk tkun tista’ tiżgura kompetizzjoni ġusta u tipprevjeni d-diskriminazzjoni.

ATT

Id-Direttiva 1999/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi ta’ merkanzija tqila għall-użu ta’ ċerti infrastrutturi.

SOMMARJU

Ħafna mill-pajjiżi tal-UE jitolbu ħlas mingħand it-trasportaturi għall-użu tal-infrastruttura tat-trasport tagħhom, b’mod partikolari t-toroq. L-UE introduċiet l-Eurovignette bil-għan li tirkupra l-ispejjeż tal-kostruzzjoni, tal-manutenzjoni, tat-tiswija u dawk ambjentali, sabiex b’hekk tkun tista’ tiżgura kompetizzjoni ġusta u tipprevjeni d-diskriminazzjoni.

X’TAGĦMEL ID-DIRETTIVA?

Hija tieħu post il-leġiżlazzjoni preċedenti - id-Direttiva 93/89/KEE - li kienet annullata mill-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja fl-1995. Hija tarmonizza l-kundizzjonijiet li taħthom l-awtoritajiet nazzjonali jistgħu japplikaw it-taxxi, in-nollijiet u t-tariffi tal-utenti fuq il-merkanzija ttrasportata bit-triq.

PUNTI EWLENIN

Inizjalment, it-tariffi finanzjarji kienu japplikaw biss għall-vetturi b’piż mgħobbi gross massimu ta’ 12-il tunnellata. Mill-2012, dawn kienu estiżi għal vetturi ta’ aktar minn 3.5 tunnellati.

Dawn jistgħu jiġu imposti fuq awtostradi, pontijiet, mini, passaġġi fil-muntanji u ċerti kategoriji oħrajn ta’ toroq.

It-tariffi ma jistgħux jagħmlu diskriminazzjoni bejn in-nazzjonalità tat-trasportatur jew l-oriġini jew id-destinazzjoni tal-vettura.

Kontrolli obbligatorji fil-fruntieri interni tal-UE huma pprojbiti.

It-tariffi jistgħu jvarjaw skont l-emissjonijiet li jiġu prodotti jew il-ħin li matulu tintuża l-infrastruttura tat-toroq.

L-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jimponu taxxi oħrajn f’ċirkostanzi speċifiċi bħar-reġistrazzjoni, tagħbijiet anormali, il-parkeġġ jew sabiex tiġi evitata konġestjoni.

It-tariffi ma japplikawx għall-vetturi rreġistrati fil-Gżejjer Kanarji, f’Ceuta u Melilla, fl-Azores jew f’Madeira, li joperaw f’dawk it-territorji jew bejnhom u Spanja u l-Portugall.

Id-Direttiva 2003/96/KE tistabbilixxi livelli minimi ta’ taxxa għall-karburanti kollha tal-magni. Il-pajjiżi b’tariffi imposti fuq l-utenti tat-toroq jistgħu japplikaw rata mnaqqsa għaż-żejt tal-gass użat minn dawk il-vetturi.

MINN META BDIET TAPPLIKA DIN ID-DIRETTIVA?

Mill-20 ta’ Lulju 1999.

SFOND

Fl-2014, il-Kummissjoni adottat strateġija sabiex tnaqqas il-konsum tal-karburanti u l-emissjonijiet tas-CO2 mit-trasport. Din għamlet enfasi fuq il-kontribuzzjonijiet li jistgħu jagħmlu t-teknoloġiji ġodda, inklużi l-karburanti alternattivi, u t-tranżizzjoni lejn forom oħrajn ta’ trasport.

Għal aktar tagħrif, ara s-sit elettroniku tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-pedaġġ tat-triq

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Id-Direttiva 1999/62/KE

20.7.1999

1.7.2000

ĠU L 187 tal-20.7.1999, pp. 42-50

Att(i) li jemenda(w)

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Id-Direttiva 2006/38/KE

10.6.2006

10.6.2008

ĠU L 157 tad-9.6.2006, pp. 8-23

Id-Direttiva 2006/103/KE

1.1.2007

1.1.2007

OJ L 363 of 20.12.2006, pp. 344-351

Id-Direttiva 2011/76/UE

15.10.2011

16.10.2013

ĠU L 269 tal-14.10.2011, pp. 1-16

Id-Direttiva tal-Kunsill 2013/22/UE

1.7.2013

1.7.2013

ĠU L 158 tal-10.6.2013, pp. 356-361

ATTI RELATATI

Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-27 ta’ Ottubru 2003 li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti tal-enerġija u l-elettriku (ĠU L 283 tal-31.10.2003, pp. 51-70).

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew: Strateġija għat-tnaqqis tal-konsum tal-karburanti u tal-emissjonijiet tas-CO2 ta’ Vetturi Tqal (COM(2014) 285 finali tal-21.5.2014).

L-aħħar aġġornament: 30.04.2015

Top