Help Print this page 
Title and reference
Finalità ta’ saldu fis-sistemi ta’ saldu ta’ pagamenti u titoli

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Multilingual display
Text

Finalità ta’ saldu fis-sistemi ta’ saldu ta’ pagamenti u titoli

It-trasferimenti u l-pagamenti ta’ prodotti finanzjarji jridu jkunu regolati sabiex jiġu evitati riskji ewlenin, speċjalment dawk marbuta mal-insolvenza tal-parteċipanti fit-tranżazzjoni. Din il-liġi tal-UE tistabbilixxi regoli sabiex jiġu minimizzati riskji bħal dawn.

ATT

Id-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 1998 dwar finalità ta’ settlement fis-sistemi ta’ settlement ta’ pagamenti u titoli.

SOMMARJU

It-trasferimenti u l-pagamenti ta’ prodotti finanzjarji jridu jkunu regolati sabiex jiġu evitati riskji ewlenin, speċjalment dawk marbuta mal-insolvenza tal-parteċipanti fit-tranżazzjoni. Din il-liġi tal-UE tistabbilixxi regoli sabiex jiġu minimizzati riskji bħal dawn.

X’TAGĦMEL DIN ID-DIRETTIVA?

Din tiggarantixxi li l-ordnijiet ta’ trasferiment u ta’ pagament ta’ prodotti finanzjarji jistgħu jiġu ffinalizzati, prinċipalment billi jittaffew problemi li jirriżultaw mill-insolvenza ta’ parteċipant. Dawn il-parteċipanti jistgħu jkunu:

istituzzjonijiet finanzjarji, eż. banek

operaturi ta’ sistemi, bħal depożitarji ċentrali tat-titoli.

PUNTI EWLENIN

L-ordnijiet ta’ trasferiment huma irrevokabbli

L-ordnijiet ta’ trasferiment tal-prodotti finanzjarji huma infurzabbli kuntrattwalment. Dan huwa applikabbli wkoll għal kwalunkwe totalizzar ta’ ħlasijiet assoċjat, sitwazzjonijiet fejn id-dejn u l-pretensjonijiet huma kkumpensati bejn il-parteċipanti.

Ir-regoli japplikaw anki meta partiċipant ikun soġġett għal proċeduri ta’ insolvenza, sakemm l-ordni ta’ trasferiment tkun tinsab għaddejja qabel ikunu bdew il-proċeduri. Ir-regoli jistgħu japplikaw ukoll sa 24 siegħa wara, sabiex ikopru sitwazzjonijiet fejn isiru tranżazzjonijiet f’ħinijiet meta r-rekords rilevanti ma jkunux disponibbli, pereżempju matul il-lejl.

Regoli uniformi

Id-direttiva tfittex li tiżgura li jiġu applikati regoli uniformi meta jkunu qed joperaw għadd multiplu ta’ sistemi ta’ saldu u ta’ pagamenti, mill-mument meta jsiru t-tranżazzjonijiet sabiex jiġu evitati diffikultajiet li jirriżultaw minn regolamenti inkompatibbli.

Garanziji f’sitwazzjonijiet ta’ insolvenza

L-eżistenza ta’ proċeduri ta’ insolvenza kontra parteċipant ma taffettwax id-drittijiet u l-obbligi ta’ parteċipanti oħrajn retroattivament u lanqas l-aċċess tagħhom għall-garanziji finanzjarji normali inerenti fi tranżazzjoni.

META TAPPLIKA D-DIRETTIVA?

Din oriġinarjament daħlet fis-seħħ fl-1998, u minn dakinhar ġiet emendata diversi drabi.

Għal aktar informazzjoni, ara l-paġna dwar is-Servizzi Finanzjarji u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali tal-websajt tal-Kummissjoni Ewropea.

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Direttiva 98/26/KE

11.6.1998

11.12.1999

ĠU L 166, 11.6.1998, p. 45-50

Att(i) li jemenda(w)

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Direttiva 2009/44/KE

30.6.2009

30.12.2010

ĠU L 146, 10.6.2009, p. 37-43

Direttiva 2010/78/UE

4.1.2011

31.12.2011

ĠU L 331, 15.12.2010, p. 120-161

Regolament (UE) Nru 648/2012

16.8.2012

-

ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1-59

Regolament (UE) Nru 909/2014

17.9.2014

-

ĠU L 257, 28.8.2014, p. 1-72

Emendi suċċessivi u korrezzjonijiet għad-Direttiva 98/26/KE ġew inkorporati fit-test bażiku. Din il-verżjoni konsolidata hija biss għal skopijiet ta’ referenza.

L-aħħar aġġornament: 03.12.2014

Top