Help Print this page 

Summaries of EU Legislation

Title and reference
Konglomerati finanzjarji — superviżjoni

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Languages and formats available
Multilingual display
Text

Konglomerati finanzjarji — superviżjoni

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Direttiva 2002/87/KE — superviżjoni ta’ konglomerati finanzjarji

SOMMARJU

X’TAGĦMEL DIN ID-DIRETTIVA?

  • Din tfittex li ssaħħaħ is-superviżjoni effettiva tal-konglomerati finanzjarji — gruppi finanzjarji kbar (gruppi bankarji, gruppi tal-assigurazzjoni, kumpaniji ta’ investiment) li huma attivi f’setturi finanzjarji differenti, ħafna drabi transkonfinali.
  • L-għan ġenerali huwa li tikkontribwixxi għal aktar stabilità finanzjarja u protezzjoni tal-konsumatur.

PUNTI EWLENIN

Id-direttiva tistabbilixxi rekwiżiti speċifiċi:

  • dwar is-solvenza, speċifikament biex tipprevjeni milli l-istess kapital jintuża aktar minn darba bħala protezzjoni kontra r-riskju f’entitajiet differenti fl-istess konglomerat (“arranġamenti multipliċi tal-kapital”) u biex tipprevjeni “downstreaming” minn kumpaniji ewlenin, li permezz tiegħu huma joħorġu obbligi ta’ dejn imbagħad jużaw ir-rikavat bħala ekwità għas-sussidjarji regolati (“ingranaġġ eċċessiv”);
  • dwar l-adattabilità u l-professjonaliżmu tat- tmexxija tal-konglomerat;
  • biex tiżgura ġestjoni tar-riskju u sistemi ta’ kontroll interni adegwati fi ħdan il-konglomerat;
  • li jistipulaw li għandha tinħatar awtorità ta’ superviżjoni waħda biex tikkoordina s-superviżjoni ġenerali ta’ konglomerat li jista’ jinvolvi ħafna awtoritajiet differenti li jittrattaw ma’ partijiet differenti tal-attivitajiet tal-konglomerat;
  • għall-qsim tal-informazzjoni u l-kooperazzjoni fost is-superviżuri (inkluż dawk f’pajjiżi mhux fl-UE) tal-entitajiet regolati f’konglomerat finanzjarju.

Id-Direttiva 2011/89/UE introduċiet emendi li jagħtu lis-superviżuri finanzjarji nazzjonali poteri ġodda biex jissorveljaw aħjar l-entitajiet prinċipali, bħal kumpaniji holding. B’dan il-mod, is-superviżuri jistgħu jiksbu informazzjoni aħjar fi stadju bikri, jekk konglomerat finanzjarju jidħol fl-inkwiet, u jkunu f’pożizzjoni aħjar biex jintervjenu.

META TAPPLIKA D-DIRETTIVA?

Din tapplika mill-11 ta’ Frar 2003. Pajjiżi tal-UE kellhom jinkorporawha fil-liġi nazzjonali sal-10 ta’ Awwissu 2004.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara: “Konglomerati Finanzjarji” fuq il-websajt tal-Kummissjoni Ewropea.

ATT

Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar is-superviżjoni supplementari ta' istituzzjonijiet ta' kreditu dwar impriżi ta' assigurazzjoni u ditti ta'l-investiment f'konglomerat finanzjarju u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 79/267/KEE, 92/49/KEE, 92/96/KEE, 93/6/KEE u 93/22/KEE, u d-Direttivi 98/78/KE u 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 35, 11.2.2003, p. 1-27)

Emendi sussegwenti għad-Direttiva 2002/87/KE ġew inkorporati fit-test bażiku. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

l-aħħar aġġornament 11.04.2016

Top