Help Print this page 
Title and reference
Il-ġestjoni ta’ skemi tal-irtirar kollettivi: fondi tal-pensjoni okkupazzjonali

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Multilingual display
Text

Il-ġestjoni ta’ skemi tal-irtirar kollettivi: fondi tal-pensjoni okkupazzjonali

Fl-UE fondi tal-pensjoni okkupazzjonali jibbenefikaw mill-prinċipji ta’ moviment liberu ta’ kapital u l-għoti b'mod liberu ta’ servizzi. Din il-libertà trid tiġi kontrobilanċjata minn regoli stretti biex jiġi żgurat li l-membri u l-benefiċjarji tal-fond tal-pensjoni jkunu protetti sew.

ATT

Id-Direttiva 2003/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Ġunju 2003 dwar l-attivitajiet u s-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet għall-provvista ta’ irtirar okkupazzjonali.

SOMMARJU

Fl-UE fondi tal-pensjoni okkupazzjonali jibbenefikaw mill-prinċipji ta’ moviment liberu ta’ kapital u l-għoti b'mod liberu ta’ servizzi. Din il-libertà trid tiġi kontrobilanċjata minn regoli stretti biex jiġi żgurat li l-membri u l-benefiċjarji tal-fond tal-pensjoni jkunu protetti sew.

X'TAGĦMEL ID-DIRETTIVA?

Din id-Direttiva tistabbilixxi r-regoli li jirregolaw l-attivitajiet u s-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali (IORPs)* jew ta’ fondi tal-pensjonijiet fil-pajjiżi kollha tal-UE.

PUNTI EWLENIN

L-għan ta’ din id-Direttiva huwa li jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni għall-pensjonanti futuri (il-membri u l-benefiċjarji ta’ fondi tal-pensjonijiet) filwaqt li jiġi garantit investiment effiċjenti billi tistabbilixxi 3 settijiet ta’ regoli:

1.

Regoli prudenzjali stretti għall-ħarsien tal-benefiċjarji u tal-membri tal-IORPs, li jrid ikollhom biżżejjed informazzjoni dwar ir-regoli tal-iskema tal-pensjoni**, dwar is-sitwazzjoni finanzjarja tal-istituzzjoni u dwar id-drittijiet tagħhom;

2.

Regoli ta’ investiment adattati għall-karatteristiċi ta’ IORPs u għal ġestjoni effiċjenti ta’ tfaddil. Dan minħabba li l-IORPs jinvestu fit-tul u jridu jiddiversifikaw l-assi tagħhom billi jieħdu vantaġġ sħiħ mill-benefiċċji offruti minn suq uniku tal-UE u mill-euro. Jekk kull istituzzjoni għandha tistabbilixxi l-politika ta’ investiment l-aktar sigura u l-aktar effiċjenti, ir-regoli ta’ investiment, u b'mod partikolari r-regoli għall-investiment f’ishma, ma għandhomx ikunu restrittivi wisq;

3.

Regoli li jippermettu l-ġestjoni transkonfinali ta’ skemi ta’ pensjoni okkupazzjonali. Din il-ġestjoni transkonfinali teħtieġ rikonoxximent reċiproku tal-metodi ta’ sorveljanza fis-seħħ fil-pajjiżi tal-UE.

Din id-Direttiva ma tittrattax l-istituzzjonijiet koperti mid-Direttiva dwar l-assigurazzjoni tal-ħajja u d-Direttiva dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi.

L-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA) hija responsabbli għall-ġbir ta’ informazzjoni pprovduta mill-pajjiżi tal-UE dwar l-iżviluppi f’arranġamenti transkonfinali ta’ IORPs u għall-pubblikazzjoni ta’ din l-informazzjoni fuq is-sit elettroniku tagħha.

L-EIOPA tista’ tabbozza standards regolatorji u ta’ implimentazzjoni u tagħmel rakkomandazzjonijiet għas-superviżjoni xierqa tal-IORPs. L-EIOPA tikkoopera mill-qrib mal-pajjiżi tal-UE u mal-Kummissjoni Ewropea.

META TAPPLIKA DIN ID-DIRETTIVA?

Mit-23 ta’ Settembru 2003.

TERMINI EWLENIN

* Istituzzjonijiet għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali (IORPs): huma istituzzjonijiet finanzjarji li jamministraw skemi ta’ rtirar kollettivi għal min iħaddem, sabiex jipprovdu benefiċċji tal-irtirar lill-impjegati tagħhom (jiġifieri l-membri u l-benefiċjarji tal-iskema).

** Skema tal-pensjoni: kuntratt, ftehim, kuntratt ta’ fiduċja jew regoli li jistabbilixxu liema benefiċċji tal-irtirar qed jingħataw u taħt liema kondizzjonijiet.

Għal aktar tagħrif, ara: Istituzzjonijiet għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali (IORPs) fuq is-sit tal-Kummissjoni Ewropea.

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Direttiva 2003/41/KE

23.9.2003

22.9.2005

ĠU L 235, 23.9.2003, p. 10-21

Att(i) li jemenda(w)

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Direttiva 2009/138/KE

6.1.2010

31.3.2015

ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1-155

Direttiva 2010/78/UE

4.1.2011

31.12.2011

ĠU L 331 tal-15.12.2010, p. 120-161

Direttiva 2011/61/UE

21.7.2011

22.7.2013

ĠU L 174 tal-1.7.2011, p. 1-73

Direttiva 2013/14/UE

20.6.2013

21.12.2014

ĠU L 145 tal-31.5.2013, p. 1-3

Fit-test bażiku ġew inkorporati l-emendi u l-korrezzjonijiet suċċessivi għad-Direttiva 2003/41/KE. Din il-verżjoni konsolidata hija għal referenza biss.

ATTI RELATATI

Rapport mill-Kummissjoni Dwar aspetti ewlenin relatati mad-Direttiva 2003/41/KE dwar l-attivitajiet u s-superviżjoni ta' istituzzjonijiet għall-provvista ta' irtirar okkupazzjonali (Id-Direttiva IORP) (COM(2009) 203 final tat-30.4.2009).

Direttiva 2014/50/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar ir-rekwiżiti minimi sabiex tiżdied il-mobbiltà tal-ħaddiema minn Stat Membru għal ieħor permezz ta' titjib fil-ksib u l-preservazzjoni tad-drittijiet għal pensjoni supplimentari (ĠU L 128 tat-30.4.2014, p. 1-7).

L-aħħar aġġornament: 26.06.2015

Top