Help Print this page 
Title and reference
L-Ajru Iniku Ewropew - Regoli tal-UE dwar is-servizzi ta' navigazzjoni tal-ajru

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Multilingual display
Text

L-Ajru Iniku Ewropew - Regoli tal-UE dwar is-servizzi ta' navigazzjoni tal-ajru

Ir-regolament jistabbilixxi rekwiżiti għall-forniment sikur u effikaċi ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru għat-traffiku tal-ajru ġenerali fl-Unjoni Ewropea (UE) bħala parti mill-inizjattiva tal-ajru uniku Ewropew*. Huwa regolament vinkolanti, applikabbli għall-pajjiżi kollha tal-UE.

ATT

Ir-Regolament (KE) Nru 550/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-10 Marzu 2004 dwar il-forniment ta' servizzi ta' navigazzjoni ta' l-ajru fl-ajru uniku Ewropew (ir-Regolament tal-forniment ta' servizz).

SOMMARJU

X’JAGĦMEL IR-REGOLAMENT?

Ir-regolament jistabbilixxi rekwiżiti għall-forniment sikur u effikaċi ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru għat-traffiku tal-ajru ġenerali fl-Unjoni Ewropea (UE) bħala parti mill-inizjattiva tal-ajru uniku Ewropew*. Huwa regolament vinkolanti, applikabbli għall-pajjiżi kollha tal-UE.

PUNTI EWLENIN

Ir-regolament jiddeskrivi l-proċeduri ta’ ċertifikazzjoni tal-fornituri ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru li għandhom jiġu adottati mill-awtoritajiet superviżorji tal-pajjiżi tal-UE. Iċ-ċertifikati, validi fil-pajjiżi kollha tal-UE, jispeċifikaw id-drittijiet u l-obbligi tal-fornituri ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru. Dan jinkludi aċċess għal servizzi għall-utenti tal-ispazju tal-ajru* mingħajr diskriminazzjoni u, b’mod partikolari, fir-rigward tas-sikurezza, u l-possibbiltà li jiġu offruti servizzi lil fornituri, utenti tal-ispazju tal-ajru u ajruporti oħrajn fl-UE.

Ir-rekwiżiti għal ċertifikazzjoni

Dawn jinkludu:

kompetenza u adegwatezza;

sistemi għas-sikurezza u l-ġestjoni tal-kwalità;

sistemi ta’ rapportar u s-saħħa finanzjarja;

responsabbiltà, assigurazzjoni u sigurtà ;

is-sjieda u l-istruttura organizzattiva, inkluża l-prevenzjoni tal-kunflitti ta’ interess;

ir-riżorsi umani, inkluż l-għażla tal-persunal.

Awtoritajiet sorveljatorji nazzjonali

Kull waħda mill-awtoriajiet superviżorji nazzjonali fil-pajjiżi tal-UE hija responsabbli sabiex tinnomina detentur ta’ ċertifikat illi jipprovdi servizzi tat-traffiku tal-ajru esklussivi. Huma jiżguraw ukoll il-konformità għal blokok tal-ispazju tal-ajru taħt il-kontroll tagħhom. Dan iseħħ b’mod konġunt (jew bi qbil) jekk blokk jiġi estiż fuq aktar minn pajjiż wieħed, jew jekk detentur ta’ ċertifikat ikun jopera f’aktar minn pajjiż wieħed.

Jekk fornitur ma jissodisfax ir-rekwiżiti, l-awtoritajiet ikkonċernati jkunu jistgħu jieħdu azzjoni, inkluż li jirrevokaw iċ-ċertifikat. Imbagħad, l-awtoritajiet isiru responsabbli mill-iżgurar tal-kontinwità tas-servizz.

Blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali

Il-pajjiżi tal-UE u l-pajjiżi terzi, fejn xieraq, għandhom jiżguraw, permezz ta’ qbil reċiproku, l-implimentazzjoni tal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali. Dawn għandu jkollhom il-kapaċità u l-effikaċja meħtieġa sabiex iżommu livell għoli ta’ sikurezza u impatt ambjentali mnaqqas. Jista’ jinħatar koordinatur tas-sistema tal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali mill-Kummissjoni Ewropea sabiex ikun jista’ jassisti f’dan il-proċess.

L-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jinnominaw ukoll fornitur esklussiv ta’ servizzi meteoroloġiċi.

Għat-traffiku tal-ajru ġenerali*, tiġi skambjata dejta operattiva f’ħin reali bejn il-fornituri ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru, l-utenti tal-ispazju tal-ajru u l-ajruporti, bil-għan waħdieni li jiġu ffaċilitati l-ħtiġijiet operattivi. Jiġu stabbiliti ftehimiet bil-miktub approvati li jifformalizzaw l-arranġamenti ta’ ħidma bejn il-fornituri tas-servizzi u mal-awtoritajiet militari.

Ir-regolament jitlob li jkun hemm proċeduri ta’ kontabbiltà trasparenti u jippreskrivi linji gwida dettaljati għal ipprezzar ġust u trasparenti tas-servizzi ta’ navigazzjoni għall-utenti tal-ispazju tal-ajru.

MINN META BEDA JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Daħal fis-seħħ fl-20 ta' April 2004 u ġie emendat fl-2009.

TERMINI EWLENIN

* Ajru uniku Ewropew: inizjattiva li permezz tagħha jiġu kkoordinati d-disinn, il-ġestjoni u r-regolamentazzjoni tal-ispazju tal-ajru madwar l-UE.

* Utenti tal-ispazju tal-ajru: l-operaturi tal-inġenji tal-ajru użati għat-traffiku tal-ajru ġenerali.

* Traffiku tal-ajru ġenerali: titjiriet li jsiru skont ir-regoli u l-proċeduri tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali. Dawn jistgħu jinkludu xi titjiriet militari.

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

Ir-Regolament (KE) Nru 550/2004

20.4.2004

-

ĠU L 96 tal-31.03.2004, pp. 10-19

Att(i) li jemenda(w)

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

Ir-Regolament (KE) Nru 1070/2009

4.12.2009

-

ĠU L 300 tal-14.11.2009, pp. 34-50

ATTI RELATATI

Ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-10 ta' Marzu 2004 li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien ta' l-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament qafas) (Ġurnal Uffiċjali L 96 tal-31.3.2004, pp. 1-9).

Ir-Regolament (KE) Nru 551/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-10 ta' Marzu 2004 dwar l-organizzazzjoni u l-użu ta' l-ispazju ta' l-arja fl-ajru uniku Ewropew (ir-Regolament ta' l-ispazju ta' l-arja) (Ġurnal Uffiċjali L 96 tal-31.3.2004, pp. 20-25).

Ir-Regolament (KE) Nru 552/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2004 dwar l-interoperabilità tax-Xibka Ewropea ta' Amministrazzjoni ta' Traffiku ta' l-Ajru (Ir-Regolament ta' interoperabilità) (Ġurnal Uffiċjali L 96 tal-31.3.2004, pp. 26-42).

Ir-Regolament (KE) Nru 216/2008tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp ta' l-avjazzjoni ċivili u li jistabblixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza ta' l-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE (Ġurnal Uffiċjali L 79 tad-19.3.2008, pp 1-49).

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 482/2008 tat-30 ta' Mejju 2008 li jistabbilixxi sistema ta’ garanzija tas-sigurtà tas-softwer li għandha tiġi implimentata mill-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u li jemenda l-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 2096/2005 (Ġurnal Uffiċjali L 141, 31.5.2008, pp. 5-10).

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 176/2011 tal- 24 ta' Frar 2011 dwar l-informazzjoni li trid tiġi pprovduta qabel l-istabbilment u l-modifikazzjoni ta' blokk ta' spazju tal-ajru funzjonali (Ġurnal Uffiċjali L 51 tal-25.2.2011, pp. 2-7).

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1034/2011 tas- 17 ta' Ottubru 2011 dwar is-sorveljanza tas-sikurezza fil-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u s-servizzi ta’ navigazzjoni bl-ajru u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 691/2010 (Ġurnal Uffiċjali L 271 tat-18.10.2011, pp. 15-22).

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1035/2011 tas- 17 ta' Ottubru 2011 li jistabbilixxi rekwiżiti komuni għall-forniment ta’ servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 482/2008 u (UE) Nru 691/2010 (Ġurnal Uffiċjali L 271 tat-18.10.2011, pp. 23-41).

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 390/2013 tat-3 ta' Mejju 2013 li jistabbilixxi skema ta’ prestazzjoni għas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u għall-funzjonijiet tan-netwerk (Ġurnal Uffiċjali L 128 tad-9.5.2013, pp. 1-30).

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 391/2013 tat-3 ta' Mejju 2013 li jistabbilixxi skema komuni ta’ imposti għas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru (Ġurnal Uffiċjali L 128 tad-9.5.2013, pp. 31-58).

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 409/2013 tat-3 ta' Mejju 2013 dwar id-definizzjoni ta’ proġetti komuni, it-twaqqif ta’ governanza u l-identifikazzjoni ta’ inċentivi li jappoġġjaw l-implimentazzjoni tal-Pjan Regolatorju Ewropew għall-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru (Ġurnal Uffiċjali L 123 of 4.5.2013, pp. 1-7).

Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew - Il-ħolqien tal-ajru uniku Ewropew (COM(1999) 614 finali tal-1 ta' Diċembru 1999).

L-aħħar aġġornament: 23.07.2015

Top