Help Print this page 

Summaries of EU Legislation

Title and reference
Prevenzjoni tal-ħasil tal-flus permezz tas-sistema finanzjarja

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Languages and formats available
Multilingual display
Text

Prevenzjoni tal-ħasil tal-flus permezz tas-sistema finanzjarja

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Id-Direttiva 2005/60/KE dwar il-prevenzjoni ta’ l-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu

SOMMARJU

X’TAGĦMEL ID-DIRETTIVA?

  • Hija tfittex li tipprevjeni s-setturi finanzjarji u ċertu setturi mhux finanzjarji milli jintużaw għall-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu f’konformità mal-istandards globali tat-Task Force ta’ Azzjoni Finanzjarja (FATF)
  • Hi tistabbilixxi miżuri biex tistabbilixxi l-identità vera tal-klijenti, tirrapporta transazzjonijiet suspettużi u tistabbilixxi sistemi ta’ prevenzjoni fl-organizzazzjonijiet tagħhom.

PUNTI EWLENIN

Minbarra s-settur finanzjarju, id-direttiva tapplika għal ċerti setturi mhux finanzjarji inklużi avukati, nutara, accountants, aġenti tal-bejgħ tal-proprjetà, fornituri ta’ servizzi ta’ logħob tal-azzard, il-fornituri tas-servizzi ta’ trusts, u għall-fornituri kollha tal-oġġetti meta l-ħlasijiet isiru fi flus kontanti li jaqbżu l-€ 15,000.

Fost affarijiet oħra, dawk soġġetti għad-direttiva huma meħtieġa li:

  • jidentifikaw u jivverifikaw l-identità tal-klijent tagħhom (’diliġenza dovuta mal-klijent’) u tas-sid benefiċjarju*, u li jimmonitorjaw ir-relazzjoni kummerċjali tagħhom mal-klijent,
  • jirrapportaw suspetti ta’ ħasil tal-flus* jew tal-finanzjament terroristiku* lill-awtoritajiet pubbliċi, normalment l-unità nazzjonali tal-intelliġenza finanzjarja,
  • jiżguraw li l-persunal huwa mħarreġ kif suppost u li hemm stabbiliti politki u proċeduri preventivi interni xierqa.

Id-direttiva tintroduċi rekwiżiti u salvagwardji addizzjonali (’diliġenza dovuta msaħħa’) għal sitwazzjonijiet li jippreżentaw riskju ikbar ta’ ħasil tal-flus u finanzjament għat-terroriżmu, pereżempju, kummerċ ma’ banek korrispondenti li jkunu jinsabu barra mill-UE.

MINN META TAPPLIKA D-DIRETTIVA?

Hija daħlet fis-seħħ fil-15 ta’ Diċembru 2005. Il-pajjiżi tal-UE kellhom jinkorporawha fil-liġi nazzjonali tagħhom sal-15 ta’ Diċembru 2007.

F’Ġunju tal-2015, l-UE adottat id-Direttiva (UE) 2015/849. Hija tirrevoka d-Direttiva 2005/60/KE mis-26 ta’ Ġunju 2017.

SFOND

Għal aktar tagħrif, ara:

TERMINI EWLENIN

* Sid benefiċjarju: il-persuna(i) li finalment tkun proprjetarja jew tikkontrolla l-klijent li f’isimha tkun qed titwettaq tranżazzjoni, pereżempju fil-każ ta’ kumpanija, il-proprjetarju ta’ perċentwal suffiċjenti tal-ishma jew voti.

* Ħasil tal-flus: il-qlib, b’mezzi varji, tar-rikavat mill-kriminalità f’apparentament ’flus nodfa’, pereżempju, billi tbiddel il-forma tagħha jew billi ċċaqlaq il-fondi għal post fejn huma inqas probabbli li jkunu taħt suspett.

* Finanzjament tat-terroriżmu: il-provvediment jew il-ġbir ta’ fondi użati biex jitwettqu kwalunkwe mir-reati definiti fid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/475/JHA dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu, bħat-tfassil ta’ dokumenti amministrattivi foloz u t-tmexxija ta’ grupp terroristiku.

ATT

Id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni ta’ l-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15–36)

L-emendi u l-korrezzjonijiet suċċessivi għad-Direttiva 2005/60 / KE ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni kkonsolidata hija ta’ valur dokumentarju biss.

ATTI RELATATI

Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE tal-1 ta’ Awwissu 2006 li tistabbilixxi miżuri implimentattivi għad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni ta’ “persuni esposti politikament” u l-kriterji tekniċi għal proċeduri ssimplifikati tad-diliġenza dovuta mal-klijent u għal eżenzjoni għal raġunijiet ta’ attività finanzjarja mwettqa fuq bażi okkażjonali jew limitata ħafna (ĠU L 214 tal- 4.8.2006, p. 29–34)

Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73–117)

l-aħħar aġġornament 02.02.2016

Top