Help Print this page 
Title and reference
Moviment liberu tal-ħaddiema

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Multilingual display
Text

Moviment liberu tal-ħaddiema

Il-kapaċità taċ-ċittadini Ewropej illi jimxu b’mod faċli u jaħdmu f’pajjiż ieħor tal-UE hija waħda mill-erba’ prinċipji fundamentali tal-moviment liberu li jinstab fit-trattati tal-UE. Dan ir-regolament jaġġorna l-leġiżlazzjoni preċedenti u jiżgura li l-prinċipju huwa onorat fil-prattika.

ATT

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2011 dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni

SOMMARJU

Il-moviemnt liberu tax-xogħol huwa ta' benefiċċju għall-individwi li jagħżlu li jaħdmu post ieħor fl-UE u għas-soċjetajiet li jilqgħuhom. Huwa jippermetti lil dawk tal-ewwel sabiex itejbu s-sitwazzjoni personali tagħhom u lil tal-aħħar li jimlew postijiet vakanti u nuqqasijiet ta’ ħiliet.

Kif xi ħadd li jgħix f’pajjiż tal-UE għandu dritt ikollu impjieg bi ħlas f’pajjiż ieħor, hekk ukoll min iħaddem jista’ jirreklama postijiet tax-xogħol vakanti u jiftiehem dwar kuntratti ma’ impjegati potenzjali minn madwar l-UE.

Il-leġiżlazzjoni tieħu post ir-Regolament (KEE) Nru 1612/68 li kien emendat b’mod sustanzjali diversi drabi minn mindu kien approvat l-ewwel f’Ottubru 1968. Hija tiżgura li s-sistema topera bla intoppi billi tagħmel illegali kwalunkwe forma ta’ diskriminazzjoni nazzjonali bejn impjeagti tal-UE.

B’mod partikolari tipprojbixxi:

  • proċeduri separati ta’ reklutaġġ għal ċittadini barranin, u
  • limiti fuq ir-reklamar ta’ postijiet vakanti jew impożizzjoni ta’ kundizzjonijiet speċifiċi bħal reġistrazzjoni mal-uffiċċji tal-impjiegi għal nies li jiġu minn pajjiż ieħor tal-UE.

Bl-istess mod, huwa illegali illi ssir diskriminazzjoni bejn ħaddiema nazzjonali u dawk minn pajjiżi oħrajn tal-UE dwar termini ta’ impjieg li jkopru paga, tkeċċija u impjieg mill-ġdid jew dwar vantaġġi soċjali jew ta’ taxxa. Iż-żewġ kategoriji għandhom aċċess indaqs għal taħriġ fi skejjel vokazzjonali u ċentri ta’ taħriġ mill-ġdid.

L-istess prinċipju ta’ aċċess għal skemi nazzjonali ġenerali ta’ edukazzjoni, apprendistat u taħriġ vokazzjonali japplika għal tfal ta’ xi ħadd li huwa, jew kien, qiegħed jaħdem f’pajjiż ieħor tal-UE.

Il-leġiżlazzjoni tkopri ċerti drittijiet soċjali. Impjegat li jaħdem f’pajjiż ieħor tal-UE huwa intitolat għall-istess benefiċċji ta’ akkomodazzjoni potenzjali daqs iċ-ċittadini u jista’ jirreġistra fuq lista għal akkomodazzjoni, fejn din teżisti, fiż-żona fejn qed jaħdem.

Eċċezzjonijiet

L-unika eċċezzjoni għall-prinċipju ta’ ebda diskriminazzjoni hija waħda lingwistika. Min iħaddem jista’ jeħtieġ li ħaddiem prospettiv ikollu biżżejjed għarfien tal-lingwa tal-pajjiż jekk dan ikun neċessarju għall-pożizzjoni offruta.

REFERENZI

Att(i) li jemenda(w)

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

Regolament (UE) Nru 492/2011tal-PArlament Ewropew u tal-Kunsill

16.6.2011

-

ĠU L 141, 27.5.2011

ATTI RELATATI

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/733/UE tas-26 ta' Novembru 2012 li timplimenta r-Regolment (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-approvazzjoni ta’ postijiet tax-xogħol battala u applikazzjonijiet għall-impjieg u l-istabbiliment mill-ġdid tal-EURES (notifikata bid-dokument C(20120 8548) (ĠU L328 tal-28.11.2012).

L-aħħar aġġornament: 16.06.2014

Top