Help Print this page 

Summaries of EU Legislation

Title and reference
Il-Kumitat tal-Banek Ewropej

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Languages and formats available
Multilingual display
Text

Il-Kumitat tal-Banek Ewropej

 

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Deċiżjoni 2004/10/UE li tistabbilixxi l-Kumitat tal-Banek Ewropej

X’INHU L-GĦAN TAD-DEĊIŻJONI?

Din tistabbilixxi l-Kumitat tal-Banek Ewropej (EBC), kumitat konsultattiv li jappoġġa u jagħti pariri lill-Kummissjoni Ewropea dwar kwistjonijiet ta’ politika relatati mal-attivitajiet bankarji fl-Unjoni Ewropea (UE). L-EBC huwa direttament marbut mal-Kummissjoni u jgħinha fl-adozzjoni ta’ miżuri ta’ implimentazzjoni għal direttivi u regolamenti tal-UE.

PUNTI EWLENIN

Rwol

  • L-EBC huwa ċentrali għat-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni bankarja Ewropea.
  • Huwa jagħti pariri lill-Kummissjoni dwar kwistjonijiet tal-politika li jikkonċernaw attivitajiet bankarji u joħroġ opinjonijiet dwar il-proposti li tippreżenta.

Kompożizzjoni

  • L-EBC huwa magħmul minn rappreżentanti ta’ livell għoli mill-pajjiżi tal-UE, l-aktar mill-ministeri tal-finanzi.
  • Il-Bank Ċentrali Ewropew, l-Awtorità Bankarja Ewropea u rappreżentanti miż-Żona Ekonomika Ewropea u l-pajjiżi tal-Ftehim dwar il-Kummerċ Ħieles Ewropew jistgħu jipparteċipaw bħala osservaturi.
  • Il-Kummissjoni tista’ tistieden ukoll lil esperti u osservaturi oħrajn (bħal rappreżentanti minn pajjiżi kandidati) biex jattendu għal-laqgħat.

Regoli ta’proċedura

Fl-2014, l-EBC emenda r-regoli ta’ proċedura tiegħu. Dawn jirregolaw aspetti bħal:

  • is-sejħa ta’ laqgħat tal-kumitat;
  • it-tfassil tal-aġendi tal-laqgħat u d-dokumentazzjoni li għandha tintbagħat lill-membri;
  • l-għoti tal-informazzjoni lill-Parlament Ewropew u r-rappreżentanti permanenti tal-pajjiżi tal-UE (l-ambaxxati tagħhom għall-UE);
  • proċeduri ta’ votazzjoni għal għażliet tal-EBC;
  • is-sħubija tad-delegazzjonijiet tal-EBC u l-kworum neċessarju għad-deliberazzjonijiet tiegħu;
  • l-istabbiliment ta’ gruppi ta’ ħidma dwar kwistjonijiet partikolari;
  • l-ammissjoni ta’ partijiet terzi, jiġifieri osservaturi u esperti.

L-EBC issostitwixxa l-Kumitat Konsultattiv tal-Banek preċedenti.

MINN META TAPPLIKA D-DEĊIŻJONI?

Din ilha tapplika mit-13 ta’ April 2005 (id-data li fiha daħlet fis-seħħ id-Direttiva 2005/1/KE, li, fost affarijiet oħrajn, issostitwiet il-Kumitat Konsultattiv tal-Banek bl-EBC).

SFOND

Għal aktar informazzjoni dwar il-ħidma tal-EBC, ara:

DOKUMENT EWLIENI

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/10/KE tal-5 ta’ Novembru 2003 li tistabbilixxi l-Kumitat tal-Banek Ewropej (ĠU L 3, 7.1.2004, p. 36-37)

DOKUMENTI RELATATI

Id-Direttiva 2005/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2005 li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 85/611/KEE, 91/675/KEE, 92/49/KEE u 93/6/KEE u d-Direttivi 94/19/KE, 98/78/KE, 2000/12/KE, 2001/34/KE, 2002/83/KE u 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, sabiex tiġi stabbilita struttura organizzattiva ġdida għall-kumitati dwar is-servizzi finanzjarji (ĠU L 79, 24.3.2005, p. 9-17)

l-aħħar aġġornament 04.10.2016

Top