Help Print this page 

Summaries of EU Legislation

Title and reference
Emittenti ta' titoli - informazzjoni aktar trasparenti

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Languages and formats available
Multilingual display
Text

Emittenti ta' titoli - informazzjoni aktar trasparenti

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Direttiva 2004/109/KE – rekwiżiti ta' trasparenza f'dak li għandu x'jaqsam ma' informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat

SOMMARJU

X'TAGĦMEL ID-DIRETTIVA?

Din id-direttiva għandha l-għan li ttejjeb l-informazzjoni pprovduta lil investituri dwar emittenti ta' titoli ammessi għall-kummerċjalizzazzjoni f'suq regolat, li jinsab jew li qed jopera f'pajjżi tal-UE. Din tirrikjedi lill-pajjiżi tal-UE jippubblikaw informazzjoni finanzjarja perjodika fuq id-dħul tagħhom tul is-sena finanzjarja kollha, apparti informazzjoni kontinwa dwar il-pussess ta' perċentwali sinifikanti ta' drittijiet għall-vot.

Id-Direttiva dwar it-Trasparenza ġiet emendata fl-2013 bid-Direttiva 2013/50/UE. Din l-emenda għandha l-għan li:

  • tnaqqas il-piż amministrattiv minn fuq emittenti żgħar u medji, sabiex jitjieb l-aċċess tagħhom għall-kapital;
  • ittejjeb l-effiċjenza tas-sistema ta' trasparenza, b'mod partikolari fir-rigward tal-pubblikazzjoni ta' informazzjoni dwar is-sjieda korporattiva.

Id-Direttiva 2013/50/UE kellha tiġi inkorporata fid-dritt nazzjonali tal-pajjiżi tal-UE sas-26 ta' Novembru 2015.

Informazzjoni finanzjarja perjodika

Informazzjoni perjodika għandha x'taqsam mas-sitwazzjoni finanzjarja tal-mittent ta' titoli u dik tal-intrapriżi li tikkontrolla. Ħruġ ta' titoli għandu jiżvela r-rapporti finanzjarji annwali, kif ukoll rapporti finanzjarji interim (“dikjarazzjonijiet amministrattivi interim”) jekk huma ma jippubblikawx diġà rapporti finanzjarji kull tliet xhur.

Madankollu, id-Direttiva 2013/50/UE neħħiet l-obbligu li tiġi ppubblikata dikjarazzjoni interim jew rapport finanzjarju ta' kull tliet xhur. Min-naħa l-oħra, ir-rapport finanzjarju għandu jibqa' disponibbli għall-pubbliku għal mill-inqas għaxar xhur u mhux aktar ħamsa.

Avviż dwar il-pussess ta' drittijiet għall-vot sinifikanti

Meta azzjonista jakkwista jew iċedi l-ishma ta' emittent li l-ishma tiegħu jiġu ammessi għal negazzjoni f'suq regolati u li jġorr drittijiet tal-vot, huwa għandu jinnotifika lill-emittent bil-perċentwal tad-drittijiet tal-vot li jkollu wara l-operazzjoni. Din ir-regola tapplika jekk il-perċentwal ippossedut jilħaq ċerti livelli (5, 10, 15, 20, 25, 30, 50 u 75 %) jew jaqbeż jew jinżel taħt dawk il-limiti. Dan huwa minnu wkoll f'każijiet oħrajn fejn persuna fiżika jew ġuridika jkollha d-dritt li takkwista, iċċedi jew teżerċita drittijiet tal-vot.

Id-Direttiva 2013/50/UE estendiet in-notifikazzjoni tal-qbiż tal-limitu għall-istrumenti finanzjarji li jagħtu intitolament jew l-abilità li persuna takkwista ishma b'effett ekonomiku komparabbli. Sabiex jivvaluta l-qbiż tal-limitu, id-detentur għandu japprova l-ishma ma' strumenti finanzjarji oħrajn.

In-notifika, li għandha tingħata malajr kemm jista' jkun, tikkonċerna d-distribuzzjoni l-ġdida tad-drittijiet għall-vot, l-identifikatur tal-azzjonista, id-data tal-bidla u l-limitu tal-voti milħuq.

Rapport dwar il-pagamenti magħmula lill-gvernijiet

Din hija l-miżura l-ġdida introdotta mid-Direttiva 2013/50/UE. Din id-Direttiva tobbliga lil kumpaniji elenkati li huma attivi f'industriji estrattivi (żejt, gass u minerali) u biedja f'foresti sabiex jiddikjaraw pagamenti magħmula lil gvernijiet f'pajjiżi fejn huma jmexxu l-attivitajiet tagħhom, f'rapport separat li jiġi kkompilat ta' kull sena.

MINN META TAPPLIKA D-DIRETTIVA?

Din tapplika mill-20 ta' Jannar 2005. Il-pajjiżi tal-UE kellhom jinkorporawha fid-dritt nazzjonali sal-20 ta' Jannar 2007.

ATT

Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 2004 dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta' trasparenza f'dak li għandu x'jaqsam ma' informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE (ĠU L 390, 31.12.2004, p. 38–57)

L-emendi suċċessivi għad-Direttiva 2004/109/KE ġew inkorporati fit-test bażiku. Din il-verżjoni konsolidata hija biss ta' valur dokumentarju.

ATTI RELATATI

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1569/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 li jistabbilixxi mekkaniżmu għad-determinazzjoni ta’ l-ekwivalenza għall-istandards tal-kontabilità applikati mill-emittenti tal-pajjiż terz ta’ titoli skond id-Direttiva 2003/71/KE u 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 340, 22.12.2007, p. 66–68). Ara l-verżjoni konsolidata.

Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2007/657/KE tal-11 ta’ Ottubru 2007 dwar in-netwerk elettroniku ta’ mekkaniżmi maħtura uffiċjalment għall-ħażna ċentrali ta’ informazzjoni regolata msemmija fid-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 267, 12.10.2007, p. 16–22)

Direttiva tal-Kummissjoni 2007/14/KE tat-8 ta' Marzu 2007 li tistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ xi dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/109/KE dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta' trasparenza f'dak li għandu x'jaqsam ma' informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat (ĠU L 69, 9.3.2007, p. 27–36). Ara l-verżjoni konsolidata.

l-aħħar aġġornament 30.11.2015

Top