Help Print this page 
Title and reference
Regoli applikabbli għall-akkwisti minn entitajiet li joperaw fis-setturi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u s-sevizzi postali sal-2016

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Multilingual display
Text

Regoli applikabbli għall-akkwisti minn entitajiet li joperaw fis-setturi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u s-sevizzi postali sal-2016

Din id-Direttiva tindirizza l-ħtieġa tal-assigurazzjoni tal-ftuħ tas-suq, kif ukoll bilanċ ġust għall-implimentazzjoni tal-akkwisti fis-setturi tal-ilma, l-eneġija, it-trasport u servizzi postali. Id-Direttiva 2014/25/UE ħadet post din id-Direttiva, li tibqa’ madankollu applikabbli, sat-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva mill-Istati Membri, li għandha ssir sa mhux aktar tard mit-18 ta’ April 2016.

ATT

Id-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi ta’ l-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali.

SOMMARJU

Id-Direttiva 2004/17/KE dwar is-setturi speċjali tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u s-servizzi postali (hekk imsejħa setturi speċjali) tapplika għall-akkwist maħruġ minn entità kontraenti fis-setturi in kwestjoni għal:

  • provvisti;
  • servizzi;
  • xogħlijiet.

Madankollu, ma tapplikax għal konċessjonijiet għal xogħlijiet jew servizzi regolati mid-Direttiva 2014/23/UE.

Entitajiet Kontra

Id-Direttiva setturi speċjali tapplika għal:

  • kull awtorità kontraenti jew kumpanija pubblika li tipprattika fis-setturi tal-enerġija (gass, elettriku, estrazzjoni tal-fjuwils fossili), l-ilma, it-trasport (inkluż il-forniment ta’ trasport għal portijiet jew ajruporti) u servizzi postali;
  • kull entità kontraenti li tipprattika f’wieħed (jew f’diversi) mis-setturi ta’ hawn fuq u tibbenefika minn drittijiet speċjali jew esklussivi mogħtija minn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru.

L-Annessi għad-Direttiva għandhom listi inesawribbli ta’ entitajiet kontraenti.

Attivitajiet konċernati

Id-Direttiva tapplika b’mod partikolari għall-forniment jew operazzjoni ta’ netwerks fissi intenzjonati li jipprovdi servizz lill-pubbliku fis-setturi li ġejjin:

  • produzzjoni, trasport jew distribuzzjoni ta’ gass, sħana, elettriku jew ilma għax-xorb. tapplika wkoll għall-forniment ta’ dawn in-netwerks b’gass, sħana, elettriku, ilma għax-xorb kif ukoll kuntratti marbutin mal-forniment jew trattament tal-ilma użat għal proġetti ta’ inġinerija idrawlika, irrigazzjoni jew drenaġġ;
  • trasport bil-ferrovija, b’sistemi awtomatizzati, tram, trolley bus, karozzi tal-linja (taħt ċerti kondizzjonijiet) jew kejbil.

Tapplika wkoll għal:

  • il-forniment ta’ servizzi postali;
  • l-isfruttament taż-żoni ġeografiċi għall-għanijiet ta’ prospettar jew ta’ estrazzjoni ta’ fjuwils fossili, jew il-forniment ta’ fjuwils fossili lil ajruporti, portijiet jew terminals ta’ trasport oħrajn għall-użu fuq trasportaturi bl-ajru, bil-baħar jew mogħdijiet tal-ilma interni.

Huwa importanti li jiġi nnutat li l-kuntratti mogħtija fis-setturi msemmija mhumiex aktar soġġetti għad-Direttiva jekk teżisti kompetizzjoni effettiva approvata minndeċiżjoni meħuda mill-Kumissjoni dwar il-kompetizzjoni effettiva fi Stat Membru jew għal settur partikolari.

Limiti riveduti kull sentejn

Id-Direttiva tapplika għal kuntratti pubbliċi li għandhom valur stmat, eskluża l-VAT, daqs jew aktar mil-limiti li ġejjin:

  • €414 000 fil-każ ta’ kuntratti ta’ forniment u servizz;
  • €5 186 000 fil-każ ta’ kuntratti ta’ xogħlijiet.

Kriterji għall-kuntratti mogħtija

Il-kriterji li fuqhom huma bbażati l-entitajiet kontraenti huma:

  • jew l-orħos prezz;
  • jew, meta l-aġġudikazzjoni hija offruta lil dik l-offerta li hija l-aktar vantaġġjuża mil-lat ekonomiku, diversi kriterji marbutin mal-oġġett kuntrattat, fosthom: il-kwalità, il-prezz, il-valur tekniku, il-karatteristiċi ambjentali, eċċ.

Obbligazzjoni għall-pubblikazzjoni u t-trasparenza

Din l-obbligazzjoni hija mmirata b’mod partikolari għall-pubblikazzjoni ta’ avviżi ta’ informazzjoni skont il-formoli standard tal-Kummissjoni, aċċessibbli fuq is-sistema ta’ informazzjoni għall-akkwist pubbliku Ewropew (SIMAP). Hemm divesri tipi:

  • l-avviż li jħabbar il-pubblikazzjoni ta’ avviż perjodiku (mhux obbligatorju);
  • l-avviż perjodiku indikattiv (li jista’ jintuża bħal mod kif tissejjaħ kompetizzjoni);
  • l-avviż tal-kuntratt jew kompetizzjoni (obbligatorju meta l-mod kif tissejjaħ il-kompetizzjoni la huwa avviż perjodiku, u lanqas avviż dwar l-eżistenza tas-sistema ta’ kwalifikazzjoni);
  • l-avviż tal-aġġudikazzjoni tal-kuntratt jew l-avviż tar-riżultat tal-kompetizzjoni (obbligatorju);
  • l-avviż tal-eżistenza ta’ sistema ta’ kwalifikazzjoni (li jista’ jintuża bħala mod kif tissejjaħ kompetizzjoni).

Għal kull kuntratt, l-entità kontraenti għandha tkun ukoll f’pożizzjoni li tiġġustifika d-deċiżjonijiet tagħha u għandha żżomm l-informazzjoni xierqa għal mill-anqas erba’ snin. Mal-ewwel opportunità għandha tinforma lil:

  • kull applikant li ma ntagħżilx u r-raġunijiet għar-rifjut tiegħu;
  • kull applikant li għalih hija miftuħa l-offerta, il-vantaġġi tal-applikant li ntgħażel kif ukoll l-isem tal-operatur ekonomiku magħżul.

Speċifikazzjonijiet tekniċi

L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom jiddefinixxu l-karatteristiċi tal-materjal, forniment jew servizz meħtieġ, sabiex jissodisfaw l-użu li għalihom huma intenzjonati. Dawn għandhom ikunu parti mid-dokumentazzjoni tal-kuntratt (l-avviż tal-kuntratt, id-dokumenti tal-ispeċifikazzjoni jew oħrajn addizjonali) u ma għandhomx joħolqu ostakoli mhux ġustifikabbli għall-kompetizzjoni.

Kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni

Il-leġiżlazzjoni Ewropea dwar l-akkwisti pubbliċi tipprovdi l-kundizzjonijiet li jistgħu jintalbu għall-parteċipazzjoni fl-akkwist pubbliku. Dawn il-kundizzjonijiet għandhom l-għan illi jiżguraw l-aptitudni tal-operatauri ekonomiċi għall-parteċipazzjoni f’kuntratt, fuq il-bażi ta’ kriterji relatati mal-kapaċità finanzjarja u ekonomika u l-kapaċitajiet professjonali u tekniċi.

Il-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni għandhom ukoll l-għan illi jiġġieldu kontra l-frodi u l-korruzzjoni. Kwalunkwe operataur ekonomiku kkundannat talli pparteċipa f’organizzazzjoni kriminali, għal korruzzjoni, għal frodi, jew għal ħasil tal-flus huwa eskluż b’mod sistematiku minn aġġudikazzjoni ta’ akkwist pubbliku minn awtorità kontraenti.

Operatur ekonomiku jista’ jkun eskluż minn parteċipazzjoni f’akkwist pubbliku jekk:

  • huwa fi stat ta’ (jew oġġett ta’ dikjarazzjoni ta’) falliment, likwidazzjoni, twaqqif jew sospensjoni tal-attivitajiet jew ta’ ftehim ġudizzjarju;
  • jinstab ħati ta’ offiża relatata ma’ mġiba professjonali;
  • ikkommetta azzjoni ta’ mġiba professjonali ħażina gravi;
  • ma ssodisfax ir-regolamenti relatati mal-ħlas tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali u tat-taxxi.

Proċeduri għall-aġġudikazzjoni ta’ akkwisti pubbliċi

Hemm diversi proċeduri differenti għall-aġġudikazzjoni ta’ akkwisti pubbliċi:

  • il-proċedura miftuħa:l-operaturi ekonomiċi kollha interessati jistgħu jippreżentaw offerta;
  • il-proċedura ristretta: l-operaturi ekonomiċi kollha jistgħu jitolbu li jipparteċipaw u dawk biss li huma mistiedna jistgħu jippreżentaw offerta;
  • il-proċedura negozjata: l-entitajiet kontraenti jikkonsultaw l-operaturi ekonomiċi tal-għażla tagħhom u jinnegozjaw il-kondizzjonijiet tal-akkwist magħhom.

L-entitajiet kontraenti jistgħu wkoll jaġġudikaw akkwist mingħajr sejħa għal kompetizzjoni min qabel f’xi każijiet speċifiċi elenkati fid-Direttiva.

Kompetizzjonijiet fis-settur tas-servizzi

Id-Direttiva tapplika għal kompetizzjonijiet tal-akkwist ta’ servizzi ’l fuq minn EUR 414 000.

L-entità kontraenti għandha tippubblika avviż ta’ kompetizzjoni li jikkonforma mar-regolamenti għall-preċedura tal-aġġudikazzjoni ta’ akkwist pubbliku u għandha tkun konxja biss tal-proġetti wara li tkun għaddiet id-data ta’ skadenza għall-preżentazzjoni ppjanata.

Il-kriterji għall-aġġudikazzjoni huma ċari, mhux-diskriminatorji, u jassiguraw kompetizzjoni ġenwina. Il-ġurija għandha tkun magħmula b’mod esklussiv minn personal ikkwalifikat b’mod tekniku u indipendenti.

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Direttiva 2004/17/KE

30.4.2004

31.1.2006

ĠU L 134 tat-30.4.2004

Att(i) li jemenda(w)

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Direttiva 2005/51/KE

21.10.2005

31.1.2006

ĠU L 257 tal-1.10.2005

Ir-Regolament (KE) Nru 2083/2005

1.1.2006

-

ĠU L 333 tal-20.12.2005

Ir-Regolament (KE) Nru 1422/2007

1.1.2008

-

ĠU L 317 tal-5.12.2007

Direttiva 2009/81/KE

21.8.2009

21.8.2011

ĠU L 216 tal-20.8.2009

Ir-Regolament (KE) Nru 1177/2009

1.1.2010

-

ĠU L 314 tal-1.12.2009

Ir-Regolament (UE) 1251/2011

1.1.2012

-

ĠU L 319 tat-2.12.2011

Ir-Regolament (UE) 1336/2013

1.1.2014

-

ĠU L 335 tal-14.12.2013

Emendi suċċesivi u korrezzjonijiet għad-Direttiva 2004/17/KE ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata hija biss bħala referenza.

ATTI RELATATI

Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (Ġurnal Uffiċjali L 94 tat-28.03.2014).

L-aħħar aġġornament: 02.06.2014

Top