EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Regoli dwar kuntratti tax-xogħlijiet pubbliċi, kuntratti tal-provvista pubblika u kuntratti tas-servizz pubbliku

Din il-liġi tfittex li tiżgura suq miftuħ għall-akkwisti pubbliċi kif ukoll l-applikazzjoni ġusta tar-regoli għall-għoti ta' kuntratti tax-xogħlijiet pubbliċi, provvisti u servizzi.

SOMMARJU

Id-Direttiva 2004/18/KE tistabbilixxi regoli tal-Unjoni Ewropea (UE) għall-għoti ta' kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, provvisti u servizzi. Din għandha l-għan li tiżgura li l-proċess tal-għoti ta' kuntratti huwa ġust u miftuħ għall-offerenti kollha kullimkien fl-UE.

Kamp ta' applikazzjoni

Il-liġi tkopri l-parti l-kbira tal-kuntratti pubbliċi għajr dawk tal-utilitajiet (ilma, trasport, enerġija u servizzi postali), telekomunikazzjoni, konċessjonijiet ta' servizz (bħall-operazzjoni ta' parkeġġ eżistenti) u ċerti kuntratti ta' difiza u sigurtà .

4 tipi ta'proċedura

  • miftuħa: kwalunkwe parti tista' tissottometti offerta;
  • ristretta: kwalunkwe parti tista' titlob biex tipparteċipa u l-awtorità kontraenti tiddeċiedi liema partijiet tistieden sabiex jissottomettu offerta;
  • innegozjata: meta l-awtoritajiet kontraenti jinnegozjaw direttament it-termini ta' kuntratt;
  • fil-każ ta' kuntratti kumplessi ħafna, fejn l-entità kontraenti tiddiskuti l-ħtiġijiet u s-soluzzjonijiet mal-kandidati li ġew imdaħħla fil-proċedura (magħruf bħala “djalogu kompetittiv”).

Trasparenza

Din hija żgurata bil-pubblikazzjoni ta' notifiki dwar il-kuntratti pubbliċi fil-Ġurnal Uffiċjali tal-UE u l-bażi tad-data TED, kif ukoll fuq il-livell nazzjonali. Il-pubblikazzjonijiet kollha għandhom jinkludu informazzjoni identika sabiex ma jiffavorixxu lill-ebda offerent. Dawn jinkludu informazzjoni bħal:

  • dati tal-għeluq biex jiġu sottomessi l-offerti,
  • lingwa/lingwi tal-offerta.
  • kriterji għall-għoti tal-kuntratt u l-piż relattiv tagħhom.
  • ċertifikati/dokumenti li għandhom jintbagħtu mal-offerta biex tkun possibbli l-evalwazzjoni tal-adattabilità tal-kandidati biex jeżegwixxu kuntratt.

L-għoti tal-kuntratt

Il-kuntratti jingħataw fuq il-bażi ta':

  • l-aktar offerta ekonomikament vantaġġjuża (abbażi ta' kriterji bħall-kwalità, il-prezz, il-mertu tekniku, is-servizz ta' wara l-bejgħ); jew
  • l-inqas prezz.

Livelli limitu

Huma koperti l-kuntratti pubbliċi kollha b'valur li jaqbeż il-livell limitu. Il-livelli limitu jiġu kkalkolati kull sentejn.

Mill-1 ta' Jannar 2014, il-limiti ewlenin għall-kuntratti tal-akkwisti għax-xogħlijiet pubbliċi, il-provvista pubblika u s-servizz pubbliku kif emendati bir-Regolament (UE) Nru 1336/2013 huma kif ġej:

Awtoritajiet tal-gvern ċentrali

  • kuntratti ta' xoghlijiet, kuntratti ta' koncessjonijiet ta' xoghlijiet, kuntratti ta' xoghlijiet issussidjati: EUR 5 186 000;
  • il-kuntesti ta' disinn kollha (perezempju ghall-pjanijiet arkitettonici), il-kuntratti ta' servizzi kollha ssussidjat mill-awtoritajiet kontraenti u l-kuntratti ta' servizzi kollha ghas-servizzi elenkati fl-Anness IIA (ghajr servizzi ta' R&Z u certi servizzi ta' telekomunikazzjonijiet: EUR 134 000;
  • il-kuntratti ta' servizz ghas-servizzi elenkati fl-Anness IIB u ghal servizzi ta' R&Z u certi servizzi tat-telekomunikazzjoni: EUR 207 000;
  • il-kuntratti tal-provvisti kollha moghtija mill-awtoritajiet tal-gvern centrali li ma joperawx fil-qasam tad-difiza: EUR 134 000.

Kuntratti tal-provvisti kollha mogħtija mill-awtoritajiet tal-gvern ċentrali li joperaw 134 000 207 000 fil-qasam tad-difiża: 134 000 207 000 (i) għall-prodotti elenkati fl-Anness V: EUR 134 000 207 000; (ii) għal prodotti oħrajn: EUR 207 000.

Awtoritajiet kontraenti subċentrali

  • kuntratti ta' xogħlijiet, kuntratti ta' konċessjonijiet ta' xogħlijiet, kuntratti ta' xogħlijiet issussidjati: EUR 5 186 000;
  • il-kuntratti ta' servizzi kollha, il-kuntesti tad-disinn kollha, il-kuntratti ta' servizzi ssussidjati, il-kuntratti tal-provvisti kollha: EUR 207 000.

Id-Direttiva 2004/18/KE tibqa' fis-seħħ sat-18.4.2016, id-data li fiha direttiva ġdida li tissostitwixxiha (Direttiva 2014/24/UE) tidħol fis-seħħ.

ATT

Id-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 fuq kordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi (ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114–240)

L-emendi u l-korrezzjonijiet suċċessivi għad-Direttiva 2004/18/KE ġew inkorporati fit-test bażiku. Din il-verżjoni konsolidata hija biss ta' valur dokumentarju

ATTI RELATATI

Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta' akkwisti ta' entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi ta' l-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali (ĠU L 134, 30.4.2004, p. 1–113)

Direttiva 2014/24/EU tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65–242)

l-aħħar aġġornament 30.09.2015

Top