Help Print this page 
Title and reference
Il-livelli massimi għal ċerti kontaminanti fl-ikel

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Multilingual display
Text

Il-livelli massimi għal ċerti kontaminanti fl-ikel

Sabiex tiżgura livelli għoljin ta’ saħħa pubblika, f’din il-liġi, l-Unjoni Ewropea (UE) tistabbilixxi livelli massimi għal ċerti kontaminanti fl-ikel. Il-kontaminanti huma sustanzi li ma ġewx miżjuda intenzjonalment mal-ikel, iżda li sabu ruħhom fih matul il-produzzjoni, l-imballaġġ, it-trasport tiegħu, eċċ.

ATT

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 tad-19 ta’ Diċembru 2006 li tiffissa l-livelli massimi ta’ ċerti kontaminanti fl-oġġetti ta’ l-ikel.

SOMMARJU

Sabiex tiżgura livelli għoljin ta’ saħħa pubblika, f’din il-liġi, l-Unjoni Ewropea (UE) tistabbilixxi livelli massimi għal ċerti kontaminanti fl-ikel. Il-kontaminanti huma sustanzi li ma ġewx miżjuda intenzjonalment mal-ikel, iżda li sabu ruħhom fih matul il-produzzjoni, l-imballaġġ, it-trasport tiegħu, eċċ.

X’JAGĦMEL IR-REGOLAMENT?

Dan jistabbilixxi limiti massimi għal ċerti kontaminanti fl-ikel, b’mod partikolari biex iħares is-saħħa tal-iktar gruppi sensittivi tal-popolazzjoni, jiġifieri t-tfal, l-anzjani u n-nisa tqal.

PUNTI EWLENIN

Kamp ta’ applikazzjoni

Huma koperti l-kontaminanti segwenti:

mikotossini (aflatossini, okratossini A, tossini tal-fusarium, patulin u ċitrinin);

metalli (ċomb, kadmju, merkurju, landa mhux organika);

monokloropropan-1,2-diol (3-MCPD);

diossini u poliklorobifenili simili għad-diossini (PCBs);

Idrokarburi poliċikliċi aromatiċi (PAHs)

melamina

aċidu eruċiku

nitrati.

Limiti

Ikel b’livelli ta’ kontaminanti ogħla minn dawk speċifikati fl-anness għal-liġi ma jistax jinbiegħ. Dawn il-limiti jkopru l-parti li tittiekel tal-ikel u japplikaw ukoll għal ikel kompost jew ipproċessat, imnixxef jew dilwit.

Ir-regolament jistabbilixxi wkoll l-iktar livelli massimi baxxi għall-kontaminanti li jistgħu jinkisbu b’mod raġonevoli permezz ta’ prattiki ta’ manifattura tajbin jew prattiki agrikoli tajbin (ALARA, l-aktar baxx li jista’ jintlaħaq raġonevolement).

Projbizzjoni fuq it-taħlit

L-ikel li jikkonforma mal-limiti massimi ma jistax jitħallat ma’ ikel ieħor li jaqbeż dawn il-limiti.

L-ikel li jrid jiġi ssortjat jew ikun suġġett għal trattamenti fiżiċi sabiex jitnaqqas il-livell ta’ kontaminazzjoni ma jistax jitħallat ma’ ikel li jikkonforma mal-limiti massimi.

Ittikkettar

L-ittikkettar fuq ġwież tal-art, żrieragħ oħra taż-żejt, ġewż, frott imnixxef, ross u qamħirrun mibjugħa bħala ikel li ma ġiex soġġett għall-issortjar jew trattament fiżiku ieħor qabel il-konsum mill-bniedem irid jinkludi l-kliem “il-prodott irid ikun soġġett għall-issortjar jew xi trattament fiżiku ieħor biex titnaqqaslu l-kontaminazzjoni bl-aflatossin qabel il-konsum mill-bniedem jew l-użu bħala ingredjent f’oġġetti tal-ikel”.

L-ittikkettar fuq ġwież tal-art, żrieragħ oħra taż-żejt, prodotti miksuba minn żrieragħ taż-żejt u ċereali jrid jindika l-użu u l-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-lott .

Eċċezzjonijiet

Xi pajjiżi tal-UE jistgħu jaqbżu l-livelli ta’ diossini u PCBs għal ċertu ħut u prodotti tal-ħut li joriġinaw mill-Baltiku u li jkunu maħsuba għall-konsum fit-territorju tagħhom. L-ittikkettar tagħhom irid javża dwar ir-riskji potenzjali għas-saħħa tal-konsumatur.

Ittestjar

Il-pajjiżi tal-UE jridu jittestjaw il-livelli ta’ nitrati fi ħxejjex li jista’ jkollhom livelli sinifikanti (b’mod partikolari dawk b’weraq ħodor). Ir-riżultati tagħhom iridu jintbagħtu lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA).

META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Mid-9 ta’ Jannar 2007.

SFOND

Għal aktar informazzjoni ara l-websajt dwar il-Kontaminanti fl-Ikel tal-Kummissjoni Ewropea.

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Regolament (KE) Nru 1881/2006

9.1.2007

Applikabbli mill-1.3.2007

ĠU L 364, 20.12. 2006, p. 5-24

Att(i) li jemenda(w)

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Regolament (KE) Nru 1126/2007

30.9.2007

-

ĠU L 255, 29.9.2007, p. 14-17

Regolament (KE) Nru 629/2008

23.7.2008

-

ĠU L 173, 3.7.2008, p. 6-9

Regolament (KE) Nru 165/2010

9.3.2010

-

ĠU L 50, 27.2.2010, p. 8-12

Regolament (UE) Nru 420/2011

20.5.2011

-

ĠU L 111, 30.4.2011, p. 3-6

Regolament (UE) Nru 1258/2011

23.12.2011

-

ĠU L 320, 3.12.2011, p. 15-17

Regolament (UE) Nru 1259/2011

23.12.2011

-

ĠU L 320, 3.12.2011, p. 18-23

Regolament (UE) Nru 594/2012

26.7.2012

-

ĠU L 176, 6.7.2012, p. 43-45

Regolament (UE) Nru 1058/2012

03.12.2012

-

ĠU L 313, 13.11.2012, p. 14-15

Regolament (UE) Nru 1067/2013

20.11.2013

-

ĠU L 289, 31.10.2013, p. 56-57

Regolament (UE) Nru 212/2014

27.3.2014

-

ĠU L 67, 7.3.2014, p. 3-4

Regolament (UE) Nru 362/2014

30.4.2014

-

ĠU L 107, 10.4.2014, p. 56

Regolament (UE) Nru 488/2014

2.6.2014

-

ĠU L 138, 13.5.2014, p. 75-79

L-emendi suċċesivi u l-korrezzjonijiet għar-Regolament (KE) Nru 1881/2006 ġew inkorporati fit-test bażiku. Din il-verżjoni konsolidata hija biss ta’ valur dokumentarju.

ATTI RELATATI

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 315/93 tat-8 ta’ Frar 1993 li jistabblixxi proċeduri tal-Komunità għall-kontaminanti fl-ikel (ĠU L 37, 13.2.1993, p. 1-3).

L-aħħar aġġornament: 20.04.2015

Top