Help Print this page 

Summaries of EU Legislation

Title and reference
Kif l-UE tirregola l-użu ta’ sustanzi kimiċi

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Languages and formats available
Multilingual display
Text

Kif l-UE tirregola l-użu ta’ sustanzi kimiċi

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Regolament (KE) Nru 1907/2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, l-Evalwazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH) u t-twaqqif ta’ Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi

SOMMARJU

X’JAGĦMEL IR-REGOLAMENT?

Ir-regolament REACH (ir-reġistrazzjoni, l-evalwazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi) jipprovdi qafas leġiżlattiv komprensiv għall-manifattura tal-kimiċi u għall-użu tagħhom fl-Ewropa. Jgħaddi r-responsabbiltà għall-iżgurar li l-kimiċi prodotti, importati, mibjugħin u użati fl-UE huma sikuri mill-awtoritajiet pubbliċi għall-industrija. Hija wkoll:

  • tippromwovi metodi alternattivi għall-ittestjar fuq l-annimali,
  • toħloq suq uniku għall-kimiċi,
  • timmira li trawwem l-innovazzjoni u l-kompetittività fis-settur,
  • tistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA)

PUNTI EWLENIN

  • Il-leġiżlazzjoni tapplika għas-sustanzi kimiċi kollha: manifatturati, importati, mibjugħin, użati waħedhom, f’taħlitiet jew prodotti. Ħafna minnhom jistgħu jinstabu fil-ħajja tagħna ta’ kuljum bħala prodotti tat-tindif, żebgħa jew fl-apparat elettriku.
  • Il-kumpaniji għandhom jirreġistraw f’database ċentrali l-kimiċi kollha li huma jimmanifatturaw jew jimportaw fi kwantitajiet ta’ tunnellata jew aktar kull sena. L-ECHA għandha tivverifika l-informazzjoni sottomessa fir-reġistrazzjonijiet.
  • Il-kumpaniji għandhom jidentifikaw u jindirizzaw kwalunkwe riskju relatat mas-sustanzi li huma jimmanifatturaw u jikkummerċjalizzaw fl-UE. Huma għandhom juru kif jużaw il-prodotti tagħhom b’mod sikur u għandhom jinformaw lill-utenti bi kwalunkwe miżura ta’ mmaniġġjar tar-riskji li dawn għandhom jieħdu biex jiżguraw l-użu sikur matul il-katina tal-provvista.
  • L-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jirrestrinġu l-manifattura jew l-użu ta’ ċerti sustanzi jekk huma jqisu li r-riskji ma jkunux ġestiti b’mod adegwat.
  • Il-leġiżlazzjoni timmira li tissostitwixxi l-aktar sustanzi perikolużi b’alternattivi aktar sikuri, fejn huma disponibbli.
  • Il-leġiżlazzjoni ma tapplikax għal ċerti gruppi ta’ sustanzi (eż: dawk li huma radjuattivi jew taħt is-superviżjoni tad-dwana) jew għall-iskart, minħabba li dawn huma diġà regolati estensivament taħt leġiżlazzjoni oħra.

Fl-2013, il-Kummissjoni Ewropea vvalutat l-ewwel 5 snin tar-regolament REACH u kkonkludiet li ma kienet meħtieġa ebda riforma maġġuri qabel l-iskadenza tal-1 ta’ Ġunju 2018 għar-reġistrazzjoni ta’ ċertu sustanzi.

MINN META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

huwa daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2007.

SFOND

L-industrija tal-kimika hija waħda mill-akbar setturi tal-manifattura fl-UE. Hija għandha rwol ewlieni x’taqdi fil-ħajja tagħna ta’ kuljum u fil-kompetittività globali tal-ekonomija. L-UE implimentat leġiżlazzjoni li tippermetti lill-industrija tal-kimiċi (ukoll lill-industrija tal-manifattura usa’ li tuża sustanzi kimiċi) tiżviluppa u tirrinnova, filwaqt li fl-istess ħin tiżgura li l-prodotti tagħha huma sikuri għan-nies u l-ambjent.

  • “Sustanzi Kimiċi” fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea għas-Suq Intern, Industrija, Intraprenditorija u l-SMEs
  • “Sustanzi Kimiċi” fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea għall-Ambjent
  • “REACH” fuq il-websajt tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi

ATT

Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 136, 29.5.2007, p. 3–280)

Emendi u bidliet suċċessivi għar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 u l-Annessi tagħha ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni kkonsolidata hija ta’ valur dokumentarju biss.

ATTI RELATATI

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 771/2008 tal-1 ta’ Awwissu 2008 li tistabbilixxi r-regoli tal-organizzazzjoni u l-proċedura tal-Bord tal-Appell tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ĠU L 206, 2.8.2008, p. 5–13)

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 440/2008 tat-30 ta’ Mejju 2008 li jistabbilixxi metodi ta’ ttestjar skond ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH) (ĠU L 142, 31.5.2008, p. 1–739). Ara l-verżjoni kkonsolidata.

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 340/2008 tas-16 ta’ April 2008 dwar il-ħlasijiet u l-ispejjeż dovuti lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi skond ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH) (ĠU L 107, 17.4.2008, p. 6–25). Ara l-verżjoni kkonsolidata.

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1238/2007 tal-23 ta’ Ottubru 2007 dwar l-istipular ta’ regoli fir-rigward tal-kwalifiki tal-membri tal-Bord ta’ l-Appell ta’ l-Aġenzija Ewropea tas-Sustanzi Kimiċi (ĠU L 280, 24.10.2007, p. 10)

l-aħħar aġġornament 02.02.2016

Top