Help Print this page 
Title and reference
Vetturi b’magna bil-karru: fog lamps ta’ wara (sal-2014)

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Multilingual display
Text

Vetturi b’magna bil-karru: fog lamps ta’ wara (sal-2014)

L-għan ta’ din id-direttiva huwa illi tintroduċi ħtiġijiet tekniċi armonizzati għal fog lamps ta’ wara sabiex jippermettu l-implimentazzjoni tal-proċeduri tal-approvazzjoni Komunitarja tat-tip.

ATT

Direttiva tal-Kunsill 77/538/KEE tat-28 ta’ Ġunju 1977 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirrigwardaw il-fanali taċ-ċpar ta’ wara fuq vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom

SOMMARJU

Direttiva 77/538/KEE

Fog lamps ta’ wara tfisser il-lampa li tintuża sabiex tagħmel il-vettura aktar viżibbli minn wara fi ċpar dens.

Kull Stati Membru għandu jagħti approvazzjoni tat-tip tal-komponent għal kull tip ta’ fog lamp li tissodisfa l-ħtiġijiet ta’ kostruzzjoni u ttestjar stabbiliti fl-Annessi għad-Direttiva, u joħroġ marka KE ta’ approvazzjoni tat-tip. L-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni KE tat-tip tal-komponent għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jivverifika li l-mudelli ta’ produzzjoni jikkonformaw mat-tip approvat.

Stati Membri ma għandhomx:

  • jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq ta’ fog lamps ta’ wara għal raġunijiet relatati mal-kostruzzjoni jew mal-metodu ta’ funzjonament jekk dawn ikollhom marka KE tal-approvazzjoni tat-tip.
  • jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni KE tat-tip jew approvazzjoni nazzjonali tat-tip ta’ kwalunkwe vettura għal raġunijiet relatati mal-fog lamps ta’ wara jekk dawn ikollhom il-marka KE tal-approvazzjoni tat-tip u jkunu mwaħħlin skont il-ħtiġijiet preskritti fid-Direttiva 76/756/KEE.
  • jipprojbixxu l-bejgħ, reġistrazzjoni, dħul fis-servizz jew użu ta’ kwalunkwe vettura għal raġunijiet relatati mal-fog lamps ta’ wara jekk dawn ikollhom il-marka KE tal-approvazzjoni tat-tip u huma mwaħħlin skont il-ħtiġijiet preskritti fid-Direttiva 76/756/KEE.

Direttiva 89/518/KEE

Din id-Direttiva tadatta d-Direttiva preċedenti għall-progress tekniku, u tissimplifika l-marka KE tal-approvazzjoni tat-tip tal-komponent għal fog lamps ta’ wara meta dawn ikunu magħqudin flimkien ma’, ikkombinati ma’ jew inkorporati b’mod reċiproku ma’ lampi oħrajn. Id-definizzjonijiet stipulati fid-Direttiva 76/756/KEE (lampi magħqudin, lampi kkombinati, sors ta’ dawl fir-rigward ta’ lampi tal-filament, eċċ.) huma applikabbli wkoll għad-Direttiva 77/538/KEE.

Direttiva 99/14/KE

Fid-dawl tal progress tekniku, din id-Direttiva temenda b’mod radikali l-Annessi għad-Direttiva 77/538/KEE, b’mod partikolari fir-rigward tad-dokument ta’ informazzjoni u ċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip. Id-Direttiva 99/14/KE tissimplifika wkoll il-proċeduri għall-approvazzjoni tat-tip sabiex iżżomm l-ekwivalenza bejn id-Direttiva 77/538/KEE u r-regolamenti korrispondenti tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa.

Mill-1 ta’ April 2000, l-Istati Membri ma jistgħux aktar jagħtu approvazzjoni KE tat-tip, u jistgħu jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni nazzjonali tat-tip, għal kwalunkwe tip ta’ vettura għal raġunijiet relatati mal-fog lamps, jekk il-ħtiġijiet tad-Direttiva 77/538/KEE ma jintlaħqux.

Kwalunkwe emenda meħtieġa sabiex id-dispożizzjonijiet fl-Annessi jiġu adattati għall-progress tekniku sejra tiġi adottata skont il-proċedura preskritta fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 70/156/KEE.

Id-Direttiva 77/538/KEE hija revokata mir-Regolament (KE) Nru 661/2009 b’effett mit-12 ta’ Novembru 2014.

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

Direttiva 77/538/KEE

29.6.1977

29.12.1978

ĠU L 220 tad- 29.8.1977

Att(i) li jemenda(w)

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

Direttiva 89/518/KEE

17.8.1989

31.12.1989

ĠU L 265 tat-12.9.1989

Direttiva 99/14/KE

2.5.1999

1.10.1999

ĠU L 97 tat-12.4.1999

Att ta' Adeżjoni

1.5.2004

1.5.2004

ĠU L 236 tat-23.9.2003

Direttiva 2006/96/KE

1.1.2007

1.1.2007

ĠU L 352M tal-31.12.2008

Direttiva 2013/15/UE

1.7.2013

1.7.2013

ĠU L 158 tal-10.6.2013

L-aħħar aġġornament: 02.07.2014

Top