Help Print this page 
Title and reference
Sistemi ta’ tisħin għall-vetturi b’magna (sal-2014)

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Multilingual display
Text

Sistemi ta’ tisħin għall-vetturi b’magna (sal-2014)

Fil-futur, ħtiġijiet dwar is-sistemi tat-tisħin għall-kompartmenti tal-passiġġieri ta’ vetturi b’magna se jkunu jiffurmaw parti integrali mill-proċedura tal-approvazzjoni KE tat-tip għall-vetturi b’magna.

ATT

Id-Direttiva 2001/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Settembru 2001 dwar is-sistemi li jsaħħnu tal-vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE u tabroga d-Direttiva tal-Kunsill 78/548/KEE [Ara atti li jemendaw].

SOMMARJU

Id-Direttiva 2001/56/KE tistipula l-ħtiġijiet dwar is-sistemi ta’ tisħin għall-kopmartamenti ta’ tisħin ta’ vetturi b’magna.

Id-Direttiva 2001/56/KE hija waħda mid-Direttivi speċifiċi dwar il-proċedura tal-approvazzjoni KE tat-tip stipulata fid-Direttiva 70/156/KEE. Il-ħtiġijiet tekniċi li hija tistipula għalhekk jikkonċernaw l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi b’magna mgħammra b’sistema ta’ tisħin u sistemi ta’ tisħin bħala komponenti.

Sistema ta’ tisħin tfisser kwalunkwe tip ta’ apparat li huwa ddiżinjat sabiex iżid it-temperatura tal-intern ta’ vettura, inkluż kwalunkwe żona ta’ tagħbija.

Id-Direttiva 2001/56/KE testendi l-ambitu tad-Direttiva 78/548/KEE li kopriet biss sistemi ta’ tisħin li jużaw sħana mill-magna. Fil-futur, ħiters ta’ kombustjoni sejrin ikunu koperti wkoll. Ħiter ta’ kombustjoni hija definita fid-Direttiva bħala apparat li juża direttament fjuwil likwidu jew gass u li ma jużax is-sħana żejda mill-magna użata għall-propulsjoni tal-vettura.

Id-Direttiva 2001/56/KE testendi wkoll l-ambitu tad-Direttiva tal-Kunsill 78/548/KEE sabiex tkopri mhux biss vetturi tal-kategorija M1 (karozzi privati) iżda wkoll vetturi fil-kategoriji M, N u O (vetturi għall-ġarr ta’ persuni u merkanzija, u karrijiet) fejn hemm installata sistema ta’ tisħin.

B’effett mid-9 ta’ Mejju 2004, sabiex tingħata approvazzjoni KE għal tip ta’ vettura fir-rigward tas-sistema ta’ tisħin jew tip ta’ hijter ta’ kombustjoni għandhom jintlaħqu l-ħtiġijiet tad-Direttiva 2001/56/KE. B’effett mid-9 ta’ Mejju 2005, il-vetturi kollha ġodda għandhom jissodisfaw dawn il-ħtiġijiet.

Id-Direttiva 78/548/KEE hija revokata b’effett mid-9 ta’ Mejju 2004.

Sistemi ta’ tisħin imħaddma permezz tal-gass tal-petroljum likwifikat (LPG)

Id-Direttiva 2004/78/KE temenda d-Direttiva 2001/56/KE billi tintroduċi ħtiġijiet addizzjonali ta’ sigurtà għal sistemi ta’ tisħin ta’ vetturi b’magna mħaddmin bil-gass tal-pertroljum likwifikat (LPG).

B’effett mill-1 ta’ Jannar 2006, dawn il-ħtiġijiet tekniċi ġodda sejrin japplikaw għall-approvazzjoni KE tat-tip għal vetturi mgħammra b’sistemi ta’ tisħin imħaddmin bl-LPG jew tipi ta’ ħijters ta’ kombustjoni mħaddmin bl-LPG. B’effett mill-1 ta’ Jannar 2007, il-vetturi mgħammra b’sistemi ta’ tisħin imħaddmin bl-LPG għandhom jissodisfaw dawn il-ħtiġijiet.

L-introduzzjoni ta’ ħtiġijiet addizzjonali għal sistemi ta’ tisħin imħaddmin bl-LPG issemmiet fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 2001/56/KE, minħabba li l-Artikolu kien inizjalment japplika biss għal sistemi ta’ tisħin li jaħdmu fuq fjuwil likwidu bħall-petrol jew diżil.

Id-Direttiva 2001/56/KE ġiet revokata mir-Regolament (UE) Nru 661/2009 b’effett mill-1 ta’ Novembru 2014.

Sfond

Ħafna tipi ta’ vetturi illum huma mgħammra b’sistemi għat-tisħin tal-kompartamenti tal-passiġġieri (karozzi tal-linja), żoni għall-merkanzija (trakkijiet) jew spazji għall-mistrieħ (karavans). Għal raġunijiet ovvji ta’ sigurtà u protezzjoni ambjentali, ħtiġijiet li jikkorrispondu għall-istandards teknoloġiċi l-aktar stretti huma essenzjali.

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

Direttiva 2001/56/KE

9.11.2001

8.5.2003

ĠU L 292 tad-9.11.2001

Att(i) li jemenda(w)

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

Direttiva 2004/78/KE

20.5.2004

30.9.2004

ĠU L 153 tat-30.4.2004

Direttiva 2006/119/KE

18.12.2006

30.9.2007

ĠU L 330 tat-28.11.2006

Direttiva 2013/15/UE

1.7.2013

1.7.2013

ĠU L 158 tal-10.6.2013

L-aħħar aġġornament: 02.07.2014

Top