Help Print this page 
Title and reference
Vetturi li ma għadhomx jintużaw

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Multilingual display
Text

Vetturi li ma għadhomx jintużaw

Il-vetturi bil-mutur li jkunu waslu fi tmiem il-ħajja utli tagħhom u li ma jibqgħux adatti għall-użu jiġġeneraw miljuni ta’ tunnellati ta’ skart. Sabiex jitnaqqas l-impatt fuq l-ambjent, jiġi żgurat l-użu mill-ġdid aħjar tal-materjal u tittejjeb il-konservazzjoni tal-enerġija, il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea (UE) tistipula kif għandhom jiġu ddisinjati l-vetturi ġodda u kif għandu jinġabar u jiġi ttrattat dan l-iskart.

ATT

Id-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Settembru 2000 dwar vetturi li m’għadhomx jintużaw - Dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni

SOMMARJU

Il-vetturi bil-mutur li jkunu waslu fi tmiem il-ħajja utli tagħhom u li ma jibqgħux adatti għall-użu jiġġeneraw miljuni ta’ tunnellati ta’ skart. Sabiex jitnaqqas l-impatt fuq l-ambjent, jiġi żgurat l-użu mill-ġdid aħjar tal-materjal u tittejjeb il-konservazzjoni tal-enerġija, il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea (UE) tistipula kif għandhom jiġu ddisinjati l-vetturi ġodda u kif għandu jinġabar u jiġi ttrattat dan l-iskart.

X'TAGĦMEL ID-DIRETTIVA?

Hija tistabbilixxi miżuri maħsuba biex jipprevjenu u jillimitaw l-iskart minn vetturi li ma għadhomx jintużaw (ELVs) u l-komponenti tagħhom u tiżgura li, fejn ikun possibbli, dan l-iskart jerġa’ jintuża, jiġi rriċiklat jew irkuprat.

PUNTI EWLENIN

Il-manifatturi tal-vetturi u tat-tagħmir għandhom jikkunsidraw iż-żarmar, l-użu mill-ġdid u l-irkupru tal-vetturi meta jiddisinjaw u jipproduċu l-prodotti tagħhom. Huma għandhom jiżguraw li l-vetturi ġodda jkunu:

jistgħu jerġgħu jintużaw u/jew jiġu rriċiklati għal minimu ta’ 85 % skont il-piż għal kull vettura;

jistgħu jerġgħu jintużaw u/jew jiġu rkuprati għal minimu ta’ 95 % skont il-piż għal kull vettura.

Huma ma għandhomx jużaw sustanzi perikolużi bħal ċomb, merkurju, kadmju u kromju eżavalenti.

Il-manifatturi, l-importaturi u d-distributuri għandhom jipprovdu sistemi li permezz tagħhom jiġbru l-ELVs u, fejn ikun teknikament fattibbli, partijiet użati minn karozzi tal-passiġġieri msewwija.

Is-sidien tal-ELVs ikkunsinjati għal trattament tal-iskart jirċievu ċertifikat tal-qerda. Dan huwa neċessarju sabiex titneħħa r-reġistrazzjoni tal-vettura.

Il-produtturi jħallsu l-ispejjeż kollha, jew parti sinifikanti minnhom, involuti fil-kunsinna tal-vettura lejn ċentru ta’ trattament tal-iskart. Ma hemm ebda spiża għas-sid tal-vettura, ħlief f’każijiet rari meta l-magna tkun nieqsa jew meta l-ELV tkun mimlija skart.

Iċ-ċentri ta’ trattament tal-iskart għandhom japplikaw għal permess jew jirreġistraw mal-awtoritajiet kompetenti.

L-ELVs l-ewwel jiżżarmaw qabel ikun jista’ jsir trattament ulterjuri. Kwalunkwe materjal u komponenti perikolużi jitneħħew u jiġu sseparati. Tingħata attenzjoni għall-użu mill-ġdid, l-irkupru jew ir-riċiklaġġ potenzjali tal-iskart.

Jeżistu miri kkwantifikati ċari għar-rappurtar annwali lill-Kummissjoni Ewropea għall-użu mill-ġdid u l-irkupru tal-ELVs. Dawn saru dejjem aktar impenjattivi.

Il-pajjiżi tal-UE jirrapportaw lill-Kummissjoni Ewropea kull 3 snin dwar l-implimentazzjoni tad-direttiva.

Il-leġiżlazzjoni tapplika għal vetturi tal-passiġġieri u trakkijiet żgħar, iżda mhux għal trakkijiet kbar, vetturi antiki u vetturi għal użu speċjali.

Tapplika leġiżlazzjoni separata għall-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ u l-irkupru ta’ partijiet u materjal ta’ vetturi.

SFOND

Kull sena, l-ELVs joħolqu bejn 8 u 9 miljun tunnellata ta’ skart fl-UE.

Għal aktar tagħrif, ara Vetturi li ma għadhomx jintużaw fuq is-sit elettroniku tal-Kummissjoni Ewropea.

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Id-Direttiva 2000/53/KE

21.10.2000

21.4.2002

ĠU L 269, 21.10.2000, p. 34-43

Att(i) li jemenda(w)

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Id-Direttiva 2008/33/KE

21.3.2008

-

ĠU L 81, 20.3.2008, p. 62-64

Id-Direttiva 2008/112/KE

12.1.2009

-

ĠU L 345, 23.12.2008, p. 68-74

L-emendi u l-bidliet suċċessivi għall-Annessi tad-Direttiva 2000/53/KE ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni kkonsolidata hija ta’ valur dokumentarju biss.

ATTI RELATATI

Id-Direttiva 2005/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2005 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-possibbiltajiet ta' l-użu mill-ġdid, tar-riċiklaġġ u ta' l-irkupru tagħhom, u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE (ĠU L 310, 25.11.2005, p. 10-27)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/293/KE tal-1 ta’ April 2005 li tistabilixxi regoli dettaljati dwar il-monitoraġġ tal-użu mill-ġdid/rkupru u l-miri tal-użu mill-ġdid/rkupru stipulati fid-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar vetturi li m’għadhomx jintużaw (ĠU L 94, 13.4.2005, p. 30-33)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/753/KE tas-17 ta' Ottubru 2001 dwar kwestjonarju għal rapport ta' l-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar vetturi li m'għadhomx jintużaw (ĠU L 282, 26.10.2001, p. 77-80)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/138/KE tas-27 ta' Frar 2003 li tistabilixxi l-istandards tal-kodifikazzjoni tal-komponenti u l-materjali tal-vetturi skond id-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq vetturi li m’għadhomx jintużaw (ĠU L 53, 28.2.2003, p. 58-59)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/151/KE tad-19 ta’ Frar 2002 dwar il-ħtiġiet minimi għaċ-ċertifikat tal-qerda maħruġ skond l-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar vetturi li m’ għadhomx jintużaw (ĠU L 50, 21.2.2002, p. 94-95)

l-aħħar aġġornament 17.09.2015

Top