Help Print this page 
Title and reference
Vetturi b’magna bil-karru: imġiba fin-nar tal-materjali użati fil-fittings interni ta’ karozzi tal-linja u kowċis (sal-2014)

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Multilingual display
Text

Vetturi b’magna bil-karru: imġiba fin-nar tal-materjali użati fil-fittings interni ta’ karozzi tal-linja u kowċis (sal-2014)

L-għan ta’ din id-direttiva huwa li tarmonizza l-liġijiet nazzjonali dwar l-imġiba fin-nar ta’ materjali użati fil-fittings interni tal-karozzi tal-linja u kowċis

ATT

Id-Direttiva 95/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-mod kif iġibu ruħhom fi ħruq ċerti materjali użati fil-kostruzzjoni minn ġewwa ta' ċerti kategoriji ta' vetturi bil-mutur

SOMMARJU

Din id-Direttiva timplimenta parti mill-proċedura tal-approvazzjoni KE tat-tip stabbiilta fid-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri fir-rigward tal-approvazzjoni tat-tip għal vetturi b’magna u l-karru tagħhom. Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 70/156/KEE dwar is-sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi fil-vetturi għalhekk tapplika għall-għanijiet tad-Direttiva 95/28/KE.

Id-Direttiva tindirizza l-imġiba fin-nar (fjammabilità, rata ta’ kombustjoni u mġiba ta’ tidwib) ta’ materjali użati fil-karozzi tal-linja u kowċis tal-kategorija M3, li jġorru aktar minn tnejn u għoxrin passiġġier.

L-ambitu ta’ din id-Direttiva ma jkoprix karozzi tal-linja u kowċis għall-ġarr ta’ passiġġieri bil-wieqfa jew għall-użu urban.

Stati Membri ma jistgħux jirrifjutaw jew jipprojbixxu l-approvazzjoni KE tat-tip, l-approvazzjoni nazzjonali tat-tip, reġistrazzjoni, tqegħid fit-triq jew użu ta’ vettura/komponent li jissodisfaw il-ħtiġijiet ta’ din id-Direttiva.

Din id-Direttiva hija revokata mir-Regolament (KE) Nru 661/2009 mill-1 ta’ Novembru 2014.

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

Direttiva 95/28/KE

13.12.1995

24.10.1999

L 281 tat-23.11.1995

Att(i) li jemenda(w)

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

Att ta' Adeżjoni

1.5.2004

1.5.2004

ĠU L 236 tat-23.9.2003

Direttiva 2006/96/KE

1.1.2007

1.1.2007

ĠU L 352M tal-31.12.2008

Direttiva 2013/15/UE

1.7.2013

1.7.2013

ĠU L 158 tal-10.6.2013

L-aħħar aġġornament: 02.07.2014

Top