Help Print this page 
Title and reference
Miżbla tal-iskart

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Multilingual display
Text

Miżbla tal-iskart

Hemm ħafna modi differenti ta’ kif jintrema l-iskart. L-irdim tiegħu fl-art, magħruf bħala rimi f’miżbla (landfilling), huwa l-inqas mod sostenibbli għall-ambjent u għandu jinżamm għall-minimu assolut.

ATT

Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas-26 ta’ April 1999 dwar ir-rimi ta’ skart f’terraferma

SOMMARJU

Hemm ħafna modi differenti ta’ kif jintrema l-iskart. L-irdim tiegħu fl-art, magħruf bħala rimi f’miżbla (landfilling), huwa l-inqas mod sostenibbli għall-ambjent u għandu jinżamm għall-minimu assolut.

X'TAGĦMEL ID-DIRETTIVA?

Hija għandha l-għan li tipprevjeni jew tnaqqas, kemm jista’ jkun possibbli, kwalunkwe impatt negattiv mir-rimi f’miżbla fuq l-ilma tal-wiċċ, l-ilma ta’ taħt l-art, il-ħamrija, l-arja jew is-saħħa tal-bniedem. Hija tagħmel dan billi tintroduċi rekwiżiti tekniċi stretti.

PUNTI EWLENIN

Is-siti tal-miżbliet huma maqsuma fi tliet kategoriji: miżbliet għal skart perikoluż, miżbliet għal skart mhux perikoluż u miżbliet għal skart inert (skart li la jiddekomponi u lanqas jinħaraq, bħal żrar, ramel u ġebel).

Il-gvernijiet tal-UE għandhom jimplimentaw strateġiji nazzjonali biex inaqqsu b’mod progressiv l-ammont ta’ skart bijodegradabbli li jintbagħat fil-miżbliet.

Il-faċilitajiet tal-miżbliet ma jistgħux jaċċettaw tajers użati jew skart li jkun likwidu, li jista’ jieħu n-nar, splussiv jew korrużiv, jew li jkun ġej minn sptarijiet u minn prattiki mediċi u veterinarji.

Jista’ jintrema f’miżbla biss skart li jkun ġie trattat.

L-iskart muniċipali jista’ jmur fil-miżbliet għall-iskart mhux perikoluż.

L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jiżguraw li l-prezz li jitolbu l-operaturi għar-rimi tal-iskart ikun ikopri l-ispejjeż kollha involuti mill-ftuħ sal-għeluq finali tas-sit.

L-operaturi tas-siti tal-miżbliet għandhom japplikaw għal permess u jipprovdu l-informazzjoni li ġejja:

l-identità tal-applikant u, f’xi każijiet, tal-operatur,

deskrizzjoni tat-tip u tal-kwantità tal-iskart li jrid jiġi ddepożitat,

il-kapaċità u d-deskrizzjoni tas-sit, inklużi pjanijiet ta’ operat, monitoraġġ u kontroll,

modi ta’ prevenzjoni u tnaqqis tat-tniġġis, u

id-dettalji tal-proċeduri tal-għeluq u tal-kura ta’ wara.

Fis-16 ta’ April 2014, ġiet adottata leġiżlazzjoni tal-UE maħsuba biex issaħħaħ il-kwalità tal-proċedura tal-impatt ambjentali stabbilita fid-Direttiva 2011/92/UE. Din kienet neċessarja sabiex jiġu żgurati l-koerenza u s-sinerġija ma’ oqsma oħrajn tal-leġiżlazzjoni u l-politiki Ewropej.

Id-Deċiżjoni 2003/33/KE tistabbilixxi l-kriterji u l-proċeduri għall-aċċettazzjoni tal-iskart fil-miżbliet.

Għal aktar tagħrif, ara l-paġni dwar ir-rimi tal-iskart f’miżbla fuq is-sit elettroniku tal-Kummissjoni Ewropea.

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Id-Direttiva 1999/31/KE

16.07.1999

16.07.2001

ĠU L 182, 16.7.1999, p. 1-19

Att(i) li jemenda(w)

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Ir-Regolament (KE) Nru 1882/2003

20.11.2003

-

ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1-53

Ir-Regolament (KE) Nru 1137/2008

11.12.2008

-

ĠU L 311, 21.11.2008, p. 1-54

Id-Direttiva 2011/97/UE

13.12.2011

15.3.2013

ĠU L 328, 10.12.2011, p. 49-52

L-emendi u l-korrezzjonijiet suċċessivi għad-Direttiva 1999/31/KE kienu inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni kkonsolidata hija ta’ valur dokumentarju biss.

ATTI RELATATI

Id-Direttiva 2014/52/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 li temenda d-Direttiva 2011/92/UE dwar il-valutazzjoni tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 124, 25.4.2014, p. 1-18).

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/33/KE tad-19 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi l-kriterji u l-proċeduri għall-aċċettazzjoni ta’ skart f’terraferma artifiċjali skont l-Artikolu 16 ta’ u l-Anness II għad-Direttiva 1999/31/KE (ĠU L 11, 16.1.2003, p. 27-49).

L-aħħar aġġornament: 22.05.2015

Top