Help Print this page 

Summaries of EU Legislation

Title and reference
Ikel u għalf ġenetikament modifikat

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Multilingual display
Text

Ikel u għalf ġenetikament modifikat

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Regolament (KE) Nru 1829/2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament

SOMMARJU

X'JAGĦMEL IR-REGOLAMENT?

Jistabbilixxi regoli dwar kif l-organiżmi ġenetikament modifikati (OĠM) jiġu awtorizzati u sorveljati u kif l-ikel u l-għalf ġenetikament modifikat jiġi ttikkettjat.

Jimmira li jipproteġi:

il-ħajjiet u s-saħħa tan-nies

is-saħħa u l-benesseri tal-annimali

l-interessi ambjentali u tal-konsumaturi.

PUNTI EWLENIN

Dan ir-Regolament japplika:

għall-OĠM użati fl-ikel jew fl-għalf tal-annimali

ikel jew għalf tal-annimali li fih l-OĠM

ikel jew għalf magħmul minn jew li fihingredjenti li jużaw ĠMO.

L-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni

1.

Il-produtturi jissottomettu applikazzjoni waħda li tkopri l-użi kollha: l-ikel, l-għalf tal-annimali u l-kultivazzjoni.

2.

Fi żmien ġimagħtejn l-awtorità kompetenti fil-pajjiż rilevanti tal-UE tirrikonoxxi r-riċeviment u tinforma lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA).

3.

L-EFSA jkollha 6 xhurbiex tivvaluta l-applikazzjoni.

Il-ġestjoni tar-riskju

Il-Kummissjoni Ewropea hija responsabbli mill-ġestjoni tar-riskju.

Fuq il-bażi tal-valutazzjoni tal-EFSA, il-Kummissjoni tabbozza rakkomandazzjoni biex taċċetta jew tirrifjuta l-applikazzjoni.

Jekk il-kumitat jaċċetta l-proposta, il-Kummissjoni tadottaha. Jekk le, il-Kunsill jivvaluta l-abbozz tad-deċiżjoni u jiddeċiedi jekk il-Kummissjoni għandhiex tadottaha jew le.

Tikkettar

L-ikel u l-għalf li fih l-OĠM għandu jkun ittikkettjat b'mod ċar.

Iżda jekk l-ikel jew l-għalf ikun fih inqas minn 0.9 % OĠM, m'hemmx bżonn li jiġi ttikkettjat – sakemm il-kontenut tal-OĠM ikun teknikament inevitabbli.

SFOND

TERMINU EWLIENI

* Organiżmu ġenetikament modifikat: organiżmu li l-materjal ġenetiku tiegħu nbidel permezz ta' inġinerija ġenetika biex jinkludi ġeni li normalment ma jkunx jinkludi.

ATT

Ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1–23)

L-emendi suċċessivi għar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni kkonsolidata hija biss ta’ valur dokumentarju.

ATTI RELATATI

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 503/2013 tat-3 ta' April 2013 dwar applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni ta’ ikel u għalf ġenetikament modifikat skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemendaw ir-Regolamenti (KE) Nru 641/2004 u (KE) Nru 1981/2006 (ĠU L 157, 8.6.2013, p. 1–48)

Id-Direttiva (UE) 2015/412 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2015 li temenda d-Direttiva 2001/18/KE fir-rigward tal-possibbiltà għall-Istati Membri li jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-kultivazzjoni ta' organiżmi ġenetikament modifikati (OĠM) fit-territorju tagħhom (ĠU L 68, 13.3.2015, p. 1–8)

l-aħħar aġġornament 24.11.2015

Top