Help Print this page 
Title and reference
Tipi ta’ zokkor

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Multilingual display
Text

Tipi ta’ zokkor

L-Unjoni Ewropea (UE) tistabbilixxi regoli komuni għal ċerti tipi ta’ zokkor maħsuba għall-konsum mill-bniedem, b'konformità mal-leġiżlazzjoni ġenerali applikabbli għall-prodotti tal-ikel. Dawn ir-regoli jikkonċernaw il-kompożizzjoni, l-isem tal-bejgħ, it-tikkettar u l-preżentazzjoni tal-oġġetti tal-ikel.

ATT

Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/111/KE tal-20 ta’ Diċembru 2001 li għandha x'taqsam ma’ ċerti tipi ta’ zokkor maħsuba għall-konsum mill-bniedem [Ġurnal Uffiċjali L 10, 12.01.2002].

SOMMARJU

Id-Direttiva 2001/111/KE ittejjeb it-tikkettar ta’ ċerti tipi ta’ zokkor li jittieklu sabiex il-konsumaturi jkunu infurmati aħjar u biex jiġi evitat li dawn jiġu mqarrqa mill-prodotti li jixtru. Din tapplika mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ġenerali relatati mat-tikkettar tal-oġġetti tal-ikel.

Tipi ta’ zokkor

Id-Direttiva 2001/111/KE tistabbilixxi ħdax-il varjetà ta’ zokkor:

  • iz-zokkor nofsu abjad;
  • iz-zokkor (zokkor abjad);
  • iz-zokkor extra abjad;
  • is-soluzzjoni taz-zokkor;
  • is-soluzzjoni taz-zokkor invertit;
  • il-ġulepp taz-zokkor invertit;
  • Il-ġulepp tal-glukożju;
  • il-ġulepp imnixxef tal-glukożju;
  • il-monoidrat tad-detrosi;
  • id-destrosi jew l-anidriju destrosi;
  • il-fruttożju.

Kull varjetà għandha karatteristiċi relatati mal-kompożizzjoni tagħha u regoli relatati mal-imballaġġ u t-tikkettar.

Tikkettar

Id-Direttiva 2001/111/KE tistabbilixxi ċerti dispożizzjonijiet speċifiċi għal prodotti ppakkjati minn qabel li jiżnu inqas minn 20 g għas-soluzzjonijiet taz-zokkor, il-ġulepp taz-zokkor invertit li jinkorpora l-kristalli kif ukoll għal ċerti prodotti li jkun fihom aktar minn 5 % fruttożju. Il-piż nett ta’ prodotti ppakkjati minn qabel li jiżnu inqas minn 20 g ma għandux jiġi indikat fuq it-tikkettar. Madankollu, it-tikkettar ta’ soluzzjonijiet taz-zokkor invertit u tal-ġulepp taz-zokkor invertit irid jindika l-livelli ta’ materjal niexef u ta’ kontenut taz-zokkor invertit. Barra minn hekk, it-tikketter tal-ġulepp taz-zokkor invertit li jinkorpora l-kristalli għandu jinkludi t-terminu tal-kwalifikà ikkristallizzat. Finalment, il-ġuleppi tal-glukożju (inklużi ġuleppi mnixxfa mill-glukożju) li jkun fihom aktar minn 5 % fruttożju (materjal niexef) għandhom jiġu ttikkettjati bħala ġulepp mill-glukożju u l-fruttożju jew ġulepp mill-fruttożju u l-glukożju jew ġulepp imnixxef mill-glukożju u l-fruttożju jew ġulepp imnixxef mill-fruttożju u l-glukożju, sabiex juru jekk l-ikbar proporzjon ikunx il-komponent tal-glukożju jew il-komponent tal-fruttożju.

Għall-prodotti definiti fl-Anness, l-Istati Membri għandhom jadottaw dispożizzjonijiet nazzjonali li mhumiex previsti minn din id-Direttiva.

Kuntest

Din id-Direttiva tagħmel parti mill-programm għas-simplifikazzjoni ta’ ċerti direttivi vertikali relatati mal-oġġetti tal-ikel sabiex jitqiesu biss ir-rekwiżiti essenzjali li għandhom jissodisfaw il-prodotti koperti minnhom biex dawk il-prodotti jkunu jistgħu jiċċaqilqu liberament fi ħdan is-suq intern.

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

Id-Direttiva 2001/111/UE

12.1.2002

11.7.2003

ĠU L 10 tat-12.1.2002

ATTI RELATATI

Ir-Regolament (UE) Nru 1021/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jemenda d-Direttivi 1999/4/KE u 2000/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kunsill 2001/111/KE, 2001/113/KE u 2001/114/KE fir-rigward tas-setgħat li għandhom jiġu mogħtija lill-Kummissjoni [Ġurnal Uffiċjali L 287 tad-29.10.2013].

  • Dan ir-regolament jallinja s-setgħat ta’ implimentazzjoni eżistenti tal-Kummissjoni pprovduti fil-ħames direttivi msejħa breakfast directives mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), u b'mod partikolari mal-Artikolu 290, li jippermetti lill-Kummissjoni tadotta atti delegati.

L-aħħar aġġornament: 29.04.2014

Top