Help Print this page 
Title and reference
Kawkaw u ċikkulata

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Multilingual display
Text

Kawkaw u ċikkulata

L-Unjoni Ewropea (UE) tiddefinixxi għadd ta’ regoli speċifiċi komuni għall-prodotti tal-kawkaw u taċ-ċikkulata li jikkumplimentaw il-leġiżlazzjoni applikabbli għall-affarijiet tal-ikel. Dawn ir-regoli jikkonċernaw il-kompożizzjoni, l-ismijiet għall-bejgħ, it-tikkettar u l-preżentazzjoni.

ATT

Id-Direttiva 2000/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ġunju 2000 rigward il-prodotti mill-kawkaw u miċ-ċikkulata maħsuba għall-konsum mill-bniedem [Ara att(i) li jemenda(w)].

SOMMARJU

Din id-Direttiva tarmonizza t-tikkettar tal-prodotti tal-kawkaw u taċ-ċikkulata, u tistabbilixxi definizzjonijiet għal dawn il-prodotti sabiex tippermetti lill-konsumaturi jagħmlu għażliet infurmati. Tapplika mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ġenerali dwar tikkettjar ta’ affarijiet tal-ikel.

Prodotti kkonċernati

Id-Direttiva tapplika għal prodotti tal-kawkaw intenzjonati għall-konsum uman kif speċifikat fl-Anness I għad-Direttiva.

Kompożizzjoni

Din id-Direttiva tadotta l-kompożizzjoni tal-prodotti tal-kawkaw u taċ-ċikkulata. B’mod partikolari, għal ċerti prodotti tiddetermina l-perċentwal minimu ta’ butir tal-kawkaw li jista’ jintuża. Tiddetermina wkoll il-possibilità li tintuża kwantitià ta’ xaħmijiet veġetali ta’ mhux aktar minn 5% fil-prodott finali. Ix-xaħmijiet veġetali (għajr il-butir tal-kawkaw) li jistgħu jintużaw huma elenkati fl-Anness II għad-Direttiva.

Tikkettar

Prodotti manifatturati biss skont ir-regoli tal-kompożizzjoni stabbiliti minn din id-Direttiva jistgħu jiġu kkummerċjalizzati taħt wieħed minn dawn l-ismijiet li ġejjin (ara Anness I għad-Direttiva):

  • butir tal-kawkaw;
  • trab tal-kawkaw, kawkaw;
  • trab tal-kawkaw b’inqas xaħam, kawkaw b’inqas xaħam;
  • ċikkulata tat-trab;
  • ċikkulata tat-trab għax-xorb, kawkaw biz-zokkor, trab tal-kawkaw biz-zokkor (possibbilment issupplimentat bit-terminu b’inqas xaħam);
  • ċikkulata (possibbilment issupplimentat bit-terminu vermicelli jew flakes, couverture, u ġjanduja);
  • ċikkulata tal-ħalib, krema jew tal-ħalib xkumat (possibbilment issupplimentat bit-termini vermicelli jew flakes, couverture, u ġjanduja);
  • ċikkulata tal-ħalib tal-familja;
  • ċikkulata bajda;
  • ċikkulata mimlija;
  • ċikkulata a la taza;
  • ċikkulata familiar a la taza;
  • ċikkulati jew pralini.

It-tikkettar tal-prodotti tal-kawkaw u taċ-ċikkulata jistgħu jinkludu informazzjoni addizzjonali. Eżempju, it-tikkettar ta’ prodotti taċ-ċikkulata li fihom xaħmijiet veġetali għajr butir tal-kawkaw għandu jkollhom l-stqarrija għandu xaħam veġetali għajr butir tal-kawkaw fl-istess kamp viżiv tal-lista tal-ingredjenti, separata mil-lista b’mod ċar.

It-tikkettar taċ-ċikkulata tat-trab, ta’ kawkaw biz-zokkor, kif ukoll ta’ ċikkulata, ċikkulata tal-ħalib, ċikkulata tal-ħalib tal-familja, ċikkulata a la taza u ċikkulata familiar a la taza għandhom jindikaw it-total tal-kontenut tas-solidi xotti tal-kawkaw. Barra minn hekk, it-tikkettar ta’ kawkaw bla xaħam, jew b’inqas xaħam u ċikkulata tat-trab għandu jindika l-kontenut tal-butir tal-kawkaw.

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

Direttiva 2000/36/KE

3.8.2000

-

ĠU L 197 tat-3.8.2000

Att(i) li jemenda(w)

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

Regolament (UE) Nru 1137/2008

11.12.2008

-

ĠU L 311 tal-21.11.2000

L-emendi suċċessivi u l-korrezzjonijiet għad-Direttiva 2000/36/KE ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata hija biss għal referenza.

ATTI RELATATI

Regolament (UE) Nru 1021/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda d-Direttivi 1999/4/KE u 2000/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kunsill 2001/111/KE, 2001/113/KE u 2001/114/KE fir-rigward tas-setgħat li għandhom jiġu mogħtija lill-Kummissjoni. [Ġurnal Uffiċjali L 287 tad-29.10.2013].

L-aħħar aġġornament: 20.05.2014

Top