Help Print this page 

Summaries of EU Legislation

Title and reference
L-ikel il-ġdid u l-ingredjenti tal-ikel ġdid

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Languages and formats available
Multilingual display
Text

L-ikel il-ġdid u l-ingredjenti tal-ikel ġdid

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Regolament (KE) Nru 258/97 dwar l-ikel il-ġdid u l-ingredjenti tal-ikel ġdid

SOMMARJU

X'JAGĦMEL IR-REGOLAMENT?

  • Din għandha l-għan li tarmonizza r-regoli għall-awtorizzazzjoni ta’ ikel u ingredjenti tal-ikel il-ġdid fil-livell tal-UE.
  • Hija teħtieġ li jsiru testijiet mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel biex jintwera li dawn il-prodotti ma humiex ta’ riskju għas-saħħa jew għall-ambjent.

PUNTI EWLENIN

L-ikel il-ġdid u l-ingredjenti ta' ikel ġdid ikkonċernati f'dan ir-regolament huma dawk li għadhom mhumiex qed jintużaw għall-konsum mill-bniedem attwalment.

Ikel ġdid u ingredjenti tal-ikel ġdid

Dan ir-regolament japplika għal ikel u ingredjenti tal-ikel li jinsabu fil-kategoriji li ġejjin:

  • l-ikel u l-ingredjenti tal-ikel li fihom struttura primarja molekulari ġdida jew modifikata;
  • l-ikel u l-ingredjenti tal-ikel li li fihom mikroorganiżmi, fungi jew alka;
  • ikel u ingredjenti tal-ikel li fihom jew huma iżolati minn, pjanti u ingredjenti iżolati mill-bhejjem;
  • ikel u ingredjenti tal-ikel li l-valur nutrizzjonali, il-metaboliżmu jew il-livell tas-sustanzi mhux mixtieqa tagħhom ikun inbidel b’mod sinifikanti permezz tal-proċess ta’ produzzjoni.

Dan ir-regolament ma japplikax għall-addittivi tal-ikel, ħwawar, solventi tal-estrazzjoni, jew għal enżimi tal-ikel. L-organiżmi ġenetikament modifikati m’għadhomx koperti minn dan ir-regolament, iżda minflok huma koperti mir-Regolament (KE) Nru 1823/2003.

Barra minn hekk, l-ikel u l-ingredjenti tal-ikel koperti minn dan ir-regolament ma għandhomx:

  • ikunu ta’ periklu għall-konsumatur;
  • iqarrqu bil-konsumatur;
  • ikunu nutrizzjonalment ta’ żvantaġġ għall-konsumatur.

Proċedura ta’ evalwazzjoni

L-ikel u l-ingredjenti tal-ikel li ssir referenza għalihom f’dan ir-regolament iridu jkunu suġġetti għal valutazzjoni tal-UE qabel jitqiegħdu fis-suq.

Taħt il-proċedura ta’ valutazzjoni, il-korp kompetenti tal-pajjiż tal-UE li jirċievi applikazzjoni jrid iwettaq valutazzjoni inizjali u jiddetermina jekk hijiex meħtieġa valutazzjoni addizzjonali. Jekk la l-Kummissjoni Ewropea u lanqas il-pajjiżi tal-UE ma jqajmu oġġezzjoni, u jekk ma tkun meħtieġa ebda valutazzjoni addizzjonali, il-pajjiż tal-UE jinforma lill-applikant li huwa jista’ jqiegħed il-prodott fis-suq. F’każijiet oħra, hija meħtieġa deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni. Din id-deċiżjoni hija adottata b’konformità mal-miżuri proposti mill-Kummissjoni mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA)

Id-deċiżjoni tiddefinixxi l-kamp ta’ applikazzjoni tal-awtorizzazzjoni u tispeċifika (kif xieraq) il-kondizzjonijiet dwar l-użu, l-isem mogħti lill-ikel jew lill-ingredjent tal-ikel, l-ispeċifikazzjoni tiegħu u l-ħtiġiet speċifiċi tat-tikkettjar.

Kwalunkwe deċiżjoni jew regola dwar l-ikel il-ġdid jew l-ingredjenti tal-ikel ġdid li x’aktarx ikollha effett fuq is-saħħa pubblika trid titressaq quddiem l-EFSA.

Tikkettjar

Ir-regolament jistabbilixxi rekwiżiti speċifiċi dwar it-tikkettjar ta’ ikel ġdid u ingredjenti tal-ikel ġdid li ġew miżjuda għar-rekwiżiti ġenerali Ewropej dwar it-tikkettjar tal-ikel.

Bla ħsara għar-rekwiżiti ġenerali tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar it-tikkettjar tal-oġġetti tal-ikel, it-tikkettjar ta’ ikel ġdid u ingredjenti tal-ikel ġdid jrid isemmi:

  • kwalunkwe karatteristiika bħall-kompożizzjoni, il-valur nutrizzjonali jew l-użu maħsub tal-oġġett tal-ikel;
  • il-preżenza ta’ materjali li jista’ jkollhom implikazzjonijiet għas-saħħa ta’ ċertu individwi;
  • il-preżenza ta’ materjali li jqajmu tħassib etiku.

Proċedura ta’ sospensjoni

Il-pajjiżi tal-UE huma awtorizzati jissospendu jew jirrestrinġu — b’mod provviżorju — il-kummerċjalizzazzjoni u l-użu fit-territorju tagħhom ta’ kwalunkwe ikel ġdid jew ingredjent tal-ikel ġdid, jekk jemmnu li l-użu tiegħu jikkostitwixxi periklu għas-saħħa jew riskju għall-ambjent. Huma jinfurmaw lill-Kummissjoni, li tieħu passi b’konformità mal-proċedura dwar l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid tal-prodotti fis-suq.

Revoka

Ir-Regolament (UE) 2015/2283 jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 258/97 mill-1 ta’ Jannar 2018.

META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Dan ilu japplika mill-14 ta’ Mejju 1997.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara l-“Ikel ġdid” fuq il-websajt tal-Kummissjoni Ewropea.

ATT

Ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 1997 dwar l-ikel il-ġdid u l-ingredjenti ta’ l-ikel il-ġdid (ĠU L 43, 14.2.1997, p. 1-6)

L-emendi suċċessivi għar-Regolament (KE) Nru 258/97 ġew inkorporati fit-test bażiku. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

ATTI RELATATI

Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar ikel ġdid, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1852/2001 (ĠU L 327, 11.12.2015, p. 1-22)

l-aħħar aġġornament 18.04.2016

Top