Help Print this page 

Summaries of EU Legislation

Title and reference
Il-kontaminanti fl-ikel: it-tnaqqis tal-impatti negattivi

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Languages and formats available
Multilingual display
Text

Il-kontaminanti fl-ikel: it-tnaqqis tal-impatti negattivi

SOMMARJU TA':

Regolament (KEE) Nru 315/93 — Il-proċeduri tal-UE għall-kontaminanti fl-ikel

SOMMARJU

X’JAGĦMEL IR-REGOLAMENT?

Huwa jfittex li jipproteġi s-saħħa pubblika billi jipprojbixxi l-kummerċjalizzazzjoni ta’ ikel li fih ammont inaċċettabbli ta’ sustanzi residwi magħrufin bħala “kontaminanti”.

PUNTI EWLENIN

  • Il-kontaminanti jkunu preżenti fl-ikel bħala riżultat ta’ trattament wara l-produzzjoni jew permezz ta’ kontaminazzjoni ambjentali.
  • L-UE tirregola l-livelli tossikoloġikament aċċettabbli ta’ kontaminanti u żżommhom fl-aktar livelli baxxi possibbli.
  • Il-kontaminanti li huma soġġetti għal regoli aktar speċifiċi, jew għal materja estranja, bħal frammenti ta’ insetti, pil tal-annimali, eċċ. mhumiex koperti minn dan ir-regolament.
  • Pajjiż tal-UE jista’ jieħu miżuri restrittivi b’referenza għal dan ir-regolament jekk jissuspetta li l-preżenza ta’ sustanza kontaminanti tikkawża periklu għas-saħħa pubblika. Jekk ikun il-każ, huwa għandu jgħarraf minnufih lill-pajjiżi l-oħrajn tal-UE u lill-Kummissjoni Ewropea u jagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu. Il-Kummissjoni għandha teżamina r-raġunijiet mogħtija mill-pajjiż tal-UE mill-aktar fis possibbli u tieħu miżuri xierqa wara li tkun ikkonsultat lill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali (issa l-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf). Dan il-Kumitat jassisti lill-Kummissjoni fuq il-materji kollha li jikkonċernaw lill-kontaminanti, inkluż l-istabbiliment ta’ tolleranzi massimi awtorizzati.
  • Ir-regolament jirrikjedi li jiġu ffissati livelli massimi għal ċerti kontaminanti sabiex tkun imħarsa s-saħħa pubblika.
  • Il-pajjiżi tal-UE ma għandhomx jipprojbixxu l-kummerċ ta’ ikel li jkun konformi ma’ dan ir-regolament.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 jiffissa livelli massimi għal ċerti kontaminanti fl-ikel, inklużi n-nitrat, iċ-ċomb, il-kadmju, il-merkurju, l-arseniku, il-melamina, eċċ.

META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Huwa beda japplika mill-1 ta' Marzu 1993.

SFOND

Għal aktar tagħrif, ara wkoll “Il-kontaminanti” fuq is-sit elettroniku tal-Kummissjoni Ewropea.

ATT

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 315/93 tat-8 ta' Frar 1993 li jistabbilixxi proċeduri tal-Komunità għall-kontaminanti fl-ikel (ĠU L 37, 13.2.1993, p. 1-3)

L-emendi u l-korrezzjonijiet suċċessivi għar-Regolament (KEE) Nru 315/93 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni kkonsolidata hija ta’ valur dokumentarju biss.

ATTI RELATATI

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 tad-19 ta' Diċembru 2006 li jiffissa l-livelli massimi għal ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel (ĠU L 364, 20.12.2006, p. 5-24). Ara l-verżjoni kkonsolidata.

l-aħħar aġġornament 18.04.2016

Top