Help Print this page 
Title and reference
Tikkettar, preżentazzjoni u pubbliċità tal-ikel

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Multilingual display
Text

Tikkettar, preżentazzjoni u pubbliċità tal-ikel

L-ikel ippakkjat bil-lest irid jirrispetta r-regoli rigward it-tikkettar, tal-preżentazzjoni u tar-reklamar fis-seħħ fir-rigward tagħhom. Dawn ir-regoli huma armonizzati fil-livell tal-Unjoni Ewropea (UE) sabiex jippermettu lill-konsumatur jagħmel l-għażla tiegħu bit-tagħrif kollu kif ukoll sabiex jiġu eliminati l-ostakoli għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa tal-ikel u l-kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni li ma jkunux l-istess għal kulħadd.

ATT

Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Marzu 2000 fuq l-approssimazzjoni ta' liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' tikkettar, preżentazzjoni u riklamar ta' oġġetti tal-ikel (ara l-att(i) emendatorju(i)).

SOMMARJU

Id-Direttiva tapplika għall-prodotti tal-ikel li se jiġi fornit kif inhu lill-konsumatur aħħari jew lil ristoranti, sptarijiet, kantins u fornituri tal-massa simili oħrajn. Ma tikkonċernax il-prodotti li se jiġu esportati barra mill-Unjoni Ewropea (UE).

It-tikkettar, il-preżentazzjoni u r-reklamar tal-ikel ma jistgħux ikunu b’tali mod li:

  • iqarrqu bix-xerrej dwar il-karatteristiċi, il-proprjetajiet jew l-effetti tal-ikel;
  • jattribwixxu lill-ikel proprjetajiet ta’ prevenzjoni, ta’ trattament u ta’ fejqan minn xi marda tal-bniedem (għajr l-ilmijiet minerali naturali u l-ikel destinat għal alimentazzjoni partikolari li għalihom jeżistu dispożizzjonijiet Komunitarji speċifiċi).

INDIKAZZJONIJIET OBBLIGATORJI TAT-TIKKETTAR

It-tikkettar tal-ikel irid jinkludi xi indikazzjonijiet obbligatorji. Dawn l-indikazzjonijiet iridu jkunu jinftiehmu faċilment u viżibbli, jinqraw b’mod ċar u li ma jitħassrux. Uħud minnhom iridu jidhru fl-istess kamp viżiv.

Meta l-ikel ikun impakkettat bil-lest, l-indikazzjonijiet obbligatorji jidhru fuq dan l-impakkettar bil-lest jew fuq tikketta marbuta miegħu.

L-indikazzjonijiet obbligatorji jkopru:

  • l-isem li jinbiegħ bih;
  • il-lista tal-ingredjenti li huma numerati fl-ordni dixxendentali skont l-użin u mfassla skont l-isem speċifiku tagħhom, soġġetti għal ċerti derogi previsti fl-Annessi I, II, III u IIIa). L-ingredjenti li jappartjenu għal aktar minn kategorija waħda huma mfassla fir-rigward tal-funzjoni prinċipali tagħhom.Skont ċerti kundizzjonijiet, l-indikazzjoni tal-ingredjenti mhijiex meħtieġa għal: Ċerti addittivi u enżimi mhumiex meqjusa bħala ingredjenti; dawn huma dawk li jintużaw bħala awżiljarji teknoloġiċi, jew li jinstabu f’ingredjent mingħajr ma jaqdu l-funzjoni teknoloġika fil-prodott lest;
  • il-kwantità ta’ ingredjenti jew ta’ kategoriji ta’ ingredjenti mogħtija f’perċentwali. Din il-ħtieġa tapplika meta l-ingredjent jew il-kategorija ta’ ingredjenti:
  • il-kwantità netta mogħtija f’unitajiet ta’ volum għall-prodotti likwidi u f’unitajiet ta’ massa għall-prodotti l-oħra. Madanakollu, japplikaw xi dispożizzjonijiet għall-ikel li jinbiegħ bl-għadd u għall-ikel solidi ppreżentat f’forma likwida;
  • id-data ta’ skadenza minima. Din id-data hija ffurmata mill-jum, ix-xahar u s-sena, ħlief għall-ikel bi skadenza ta’ inqas minn 3 xhur (il-jum u x-xahar huma biżżejjed), l-ikel b’data ta’ skadenza ta’ aktar minn 3 xhur iżda li ma taqbiżx it-18-il xahar (ix-xahar u s-sena huma biżżejjed) jew b’data ta’ skadenza ta’ aktar minn 18-il xahar (is-sena hija biżżejjed).Din tintwera permezz tal-indikazzjoni “Uża qabel …” fejn id-data tinkludi l-indikazzjoni tal-jum jew “Tajjeb qabel l-aħħar...” fil-każijiet l-oħra.Id-data ta’ skadenza mhijiex meħtieġa għall-prodotti li ġejjin: Għall-ikel li jmur malajr ħafna, id-data ta’ skadenza għall-użu jittiħdilha postha mid-data limita ta’ konsum;
  • il-kundizzjonijiet partikolari ta’ konservazzjoni u ta’ użu;
  • l-isem jew isem in-negozju u l-indirizz tal-fabbrikant jew ta’ min ipproċessa l-ikel stabbilit ġewwa l-Komunità. Fir-rigward tal-butir prodott fit-territorju ta’ Stat Membru, dan jista’ ma jkun jeħtieġ xejn aktar ħlief l-indikazzjoni tal-fabbrikant, min ipproċessah jew il-bejjiegħ;
  • il-post ta’ oriġini jew ta’ provenjenza, fil-każ fejn l-ommissjoni tiegħu tista’ tqarraq bil-konsumatur;
  • l-istruzzjonijiet dwar l-użu jridu jiġu indikati b’mod li jippermettu użu xieraq tal-ikel;
  • l-indikazzjoni tas-saħħa alkoħolika proprja skont il-volum għax-xarbiet li fihom aktar minn 1,2 % bil-volum ta’ alkoħol.

DEROGI U DISPOŻIZZJONIJIET PARTIKOLARI

Id-dispożizzjonijiet Ewropej applikabbli għall-ikel speċifiku jistgħu jawtorizzaw il-karattru fakultattiv tal-indikazzjonijiet relatati mal-lista ta’ ingredjenti u d-data ta’ skadenza minima. Dawn id-dispoizzjonijiet jistgħu jipprovdu indikazzjonijiet obbligatorji oħrajn, dejjem jekk ma jxekklux l-informazzjoni għax-xerrej.

Huma previsti xi dispożizzjonijiet partikolari f’dak li jirrigwarda:

  • il-fliexken tal-ħġieġ li jistgħu jerġgħu jintużaw u l-imballaġġ ta’ daqs żgħir;
  • l-ikel impakkettat minn qabel. Meta l-ikel impakkettat minn qabel ikun kummerċjalizzat fi stadju ta’ qabel il-bejgħ lill-konsumatur finali jew fejn jintbagħtu għand fornituri tal-massa għat-trattament, l-indikazzjonijiet jistgħu ma jidhrux ħlief fuq id-dokumenti kummerċjali dejjem jekk l-isem li jinbiegħ bih, id-data ta’ skadenza minima u l-indirizz tal-fabbrikant jew ta’ minn ipproċessah jidhru fuq l-imballaġġ estern tal-ikel;
  • l-ikel ippreżentat mhux impakkettat bil-lest għall-bejgħ jew l-ikel impakkettat fil-mument tal-bejgħ fuq talba tax-xerrej.

DISPOŻIZZJONI TA’ SALVAGWARDJA

Il-kummerċjalizzazzjoni ta’ ikel konformi mad-Direttiva ma tistax tiġi projbita għad-dispożizzjonijiet nazzjonali mhux armonizzati ġustifikati minħabba raġunijiet partikolari, bħall-protezzjoni tas-saħħa pubblika, il-prevenzjoni ta’ qerq, jew il-protezzjoni tal-proprjetà industrijali u kummerċjali.

KOMITOLOĠIJA U KUNTEST

L-implimentazzjoni tad-Direttiva hija żgurata mill-Kummissjoni Ewropea, assistita mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali.

Id-Direttiva 2000/13/KE tissostitwixxi d-Direttiva 79/112/KEE tal-Kunsill dwar it-tikkettar, il-preżentazzjoni u r-reklamar tal-ikel.

Referenzi

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Ġurnal Uffiċjali

Direttiva 2000/13/KE

26.5.2000

ĠU L 109, 6.5.2000

Att(i) emendatorju(i)

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Ġurnal Uffiċjali

Direttiva 2001/101/KE

18.12.2001

31.12.2002

ĠU L 310, 28.11.2001

Direttiva 2002/67/KE

8.8.2002

30.6.2003

ĠU L 191, 19.7.2002

Atti ta’ adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika ta’ Ċipru, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika tal-Ungerija, tar-Repubblika ta’ Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika tas-Slovakkja fl-UE

1.5.2004

Mhux aktar tard mill-2007

ĠU L 236, 23.9.2003

Direttiva 2006/107/KE

1.1.2007

1.1.2007

ĠU L 363, 20.12.2006

Direttiva 2003/89/KE

25.11.2003

25.11.2004

ĠU L 308, 25.11.2003

Direttiva 2006/142/KE

12.1.2007

23.12.2007

ĠU L 368, 23.12.2006

Regolament (KE) Nru 1332/2008

20.1.2009

ĠU L 354, 31.12.2008

Regolament (KE) Nru 596/2009

7.8.2009

ĠU L 188, 18.7.2009

L-emendi u l-korrezzjonijiet suċċessivi għad-Direttiva 2000/13/KE ġew inkorporati fit-test bażiku. Din il-verżjoni kkonsolidata hija biss għal skopijiet ta' referenza.

ATTI RELATATI

Proposta ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Jannar 2008 dwar dwar l-għoti ta’ informazzjoni fuq l-ikel lill-konsumaturi fuq l-oġġetti tal-ikel (COM(2008) 40 finali —Mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

Din il-proposta tar-Regolament għandha l-għan li tgħaqqad id-Direttivi 2000/13/KE u 90/496/KEE dwar l-ittikkettar għan-nutrizzjoni sabiex jitjiebu l-livelli ta’ informazzjoni u l-protezzjoni tal-konsumaturi Ewropej. Il-proposta tintroduċi xi eżiġenzi ġodda fir-rigward tat-tikkettar. B’mod partikolari, l-indikazzjonijiet obbligatorji jridu jkopru l-identità tal-ikel, il-kompożizzjoni tiegħu u l-karatteristiċi nutrienti tiegħu, l-oriġini tiegħu kif ukoll il-kundizzjonijiet ta’ sikurezza għall-użu tiegħu (skadenza, inċidenzi u possibilitajiet ta’ effetti ħżiena fuq is-saħħa). Din l-informazzjoni mogħtija b’mod leali, trid tkun tinqara faċilment mill-konsumatur u komprensibbli għalih. Id-daqs minimu tat-tipa jrid ikun ta’ 3mm.

It-tikkettar dwar in-nutrizzjoni jrid jinvolvi indikazzjonijiet obbligatorji bħall-valur enerġetiku u l-kwantità ta’ ċerti nutrienti fil-kompożizzjoni (ix-xaħam, ix-xaħam saturat, il-karboidrat kif ukoll indikazzjoni speċifika għaz-zokkor u l-melħ).

Barra minn hekk, il-konsumaturi jrid ikollhom għad-dispożizzjoni tagħhom informazzjoni adegwata, l-aktar meta jixru l-ikel permezz tal-Internet jew b’mezzi oħrajn ta’ bejgħ mill-bogħod.

L-Istati Membri jibqa’ jkollhom il-possibilità li jadottaw indikazzjonijiet obbligatorji addizzjonali għall-kategoriji ta’ ikel speċifiku, bil-għan li jipproteġu s-saħħa u s-sikurezza pubblika, kif ukoll il-proprjetà industrijali u kummerċjali. L-indikazzjonijiet previsti huma notifikati bħala abbozz lill-Kummissjoni, li tista’ tagħti opinjonijiet negattivi.

Il-proċedura ta’ kodeċiżjoni (2008/0028/COD)

UŻU TAL-LINGWI GĦAT-TIKKETTAR

Interpretative Commission communication concerning the use of languages in the marketing of foodstuffs in the light of the judgment in the Peeters case [COM(93) 532 final – Official Journal C 345 of 23.12.1993] (Fl-10 ta’ Novembru 1993, il-Kummissjoni adottat Komunikazzjoni interpretattiva rigward l-użu ta’ lingwi għall-kummerċjalizzazzjoni tal-ikel wara s-sentenza “Peeters” tal-Qorti tal-Ġustizzja). F’din il-Komunikazzjoni, il-Kummissjoni enfasizzat li t-tikkettar tal-ikel li se jinbiegħ kif inhu lill-konsumatur aħħari jrid jinħareġ f’lingwa faċilment komprensibbli; bħala regola ġenerali, din tkun (jew ikunu) il-lingwa(i) uffiċjali tal-pajjiż fejn isseħħ il-kummerċjalizzazzjoni. Madanakollu, xi termini jew espressjonijiet fil-lingwa barranija li faċilment jistgħu jinftiehmu mix-xerrejja jridu jitħallew jitniżżlu.

See also

  • Tikkettar u imballaġġ ta’ prodotti

L-aħħar aġġornament: 16.11.2010

Top