Help Print this page 

Summaries of EU Legislation

Title and reference
Sigurtà tal-ikel — imballaġġ sikur

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Languages and formats available
Multilingual display
Text

Sigurtà tal-ikel — imballaġġ sikur

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Regolament (KE) Nru 1935/2004 — materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f’kuntatt mal-ikel

SOMMARJU

X’JAGĦMEL IR-REGOLAMENT?

  • Jistabbilixxi regoli komuni għal materjali u oġġetti għall-ippakkjar bħal fliexken u kontenituri, li jiġu, jew jistgħu jiġu, f’kuntatt mal-ikel, jew direttament jew indirettament.
  • Ifittex li jipproteġi s-saħħa tal-bniedem u l-interessi tal-konsumaturi kif ukoll jiżgura li l-prodotti użati jistgħu jinbiegħu fi kwalunkwe post fiż-żona Ekonomika Ewropea – żona li tinkludi t-28 pajjiż tal-UE, l-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja li fiha hemm moviment ħieles ta’ persuni, prodotti, servizzi u kapital.

PUNTI EWLENIN

  • Il-leġiżlazzjoni tidentifika 17-il grupp ta’ materjali u oġġetti, li jvarjaw minn sufra u ħġieġ għall-plastik u tessuti, fejn jistgħu jiġu adottati miżuri speċifiċi.
  • Dawn jistgħu jinkludu miżuri bħal standards tal-purità u lista tas-sustanzi użati.
  • Jeħtieġ li tiġi sottomessa applikazzjoni għall-użu ta’ sustanza ġdida lill-awtorità nazzjonali rilevanti, li mbagħad tibgħatha lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għall-opinjoni tagħha.
  • Materjali użati għall-ippakkjar għandhom jiġu identifikati bħala “għall-kuntatt mal-ikel” u għandhom ikunu akkumpanjati b’logo xieraq bħal magna tal-kafè, flixkun inbid jew mgħarfa.
  • Għandu jkun hemm fis-seħħ miżuri ta’ traċċabilità biex jagħmluha possibbli li kwalunkwe prodott difettuż jinġabar lura jew li l-pubbliku jiġi pprovdut b’informazzjoni speċifika.
  • L-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jissospendu l-użu ta’ materjal partikolari jekk ifeġġu raġunijiet dettaljati li dan jista’ jipperikola s-saħħa tal-bniedem. Huma jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni Ewropea u l-kontropartijiet tagħhom fil-pajjiżi kollha taż-Żona Ekonomika Ewropea bid-deċiżjoni tagħhom.
  • Ir-regoli jawtorizzaw l-użu ta’ imballaġġ “attiv” u “intelliġenti”, li jista’ jestendi ż-żmien kemm idum tajjeb l-ikel u jagħti informazzjoni dwar il-freskezza tiegħu, sakemm din ma taffettwax b’mod negattiv il-kompożizzjoni tiegħu.
  • Ir-regoli ma japplikawx għal materjali ta’ antikità (eż. qsari taċ-ċeramika antiki) u oġġetti jew kisjiet, bħal qoxra tal-ġobon, prodotti tal-laħam jew frott ippreparati, li jiffurmaw parti mill-ikel jew li jista’ jittiekel magħhom.

MINN META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Daħal fis-seħħ fit-3 ta’ Diċembru 2004.

SFOND

Ara is-sigurta kimika tal-ikel fuq il-websajt tal-Kummissjoni Ewropea.

ATT

Ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 2004 dwar materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f’kuntatt ma’ l-ikel u li jħassar id-Direttivi 80/590/KEE u 89/109/KEE (ĠU L 338, 13.11.2004, p. 4-17)

Emendi suċċessivi għar-Regolament (KE) Nru 1935/2004 ġew inkorporati fit-test bażiku. Din il-verżjoni kkonsolidata hija ta’ valur dokumentarju biss.

l-aħħar aġġornament 03.02.2016

Top