Help Print this page 
Title and reference
Tratturi u makkinarju agrikolu jew forestali: apparat protettiv imwaħħal ma’ wara

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Multilingual display
Text

Tratturi u makkinarju agrikolu jew forestali: apparat protettiv imwaħħal ma’ wara

L-Unjoni Ewropea qiegħda tarmonizza l-ħtiġijiet tekniċi dwar strutturi protettivi roll-over imwaħħlin ma’ wara ta’ tratturi ta’ trekks irqaq. B’dan il-mod qiegħda tipparteċipa fl-implimentazzjoni tal-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip tal-Komunità stabbilita mid-Direttiva 74/150/KEE u sussegwentament revokata u mibdula bid-Direttiva 2003/37/KE.

ATT

Direttiva tal-Kunsill 86/298/KE dwar l-istrutturi ta' protezzjoni kontra l-qlib immuntati fuq in-naħa ta' wara tat-tratturi għall-agrikoltura u għall-forestrija ta' karreġġata dejqa [Ara atti li jemendaw].

SOMMARJU

Id-direttiva tapplika għal tratturi li għandhom il-karatteristiċi li ġejjin:

  • massimu ta’ għoli mill-art ta’ 600 millimetru;
  • trekk minimu tal-assi mwaħħlin mal-usa’ roti ta’ anqas minn 1 150 millimetru;
  • piż mhux mgħobbi ta’ aktar minn 600 kilogramma.

Kull Stat Membru għandu japprova t-tip ta’ komponent ta' kull tip ta’ struttura protettiva roll-over, flimkien mar-rabta tagħhom mat-trattur jekk din tkun tikkonforma mal-ħtiġijiet ta’ diżinn u ttestjar stipulati fl-annessi għal din id-direttiva. Imbagħad tinħarġilha marka KE ta’ approvazzjoni tal-komponent.

Stati Membri ma jistgħux jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq ta’ trattur, jew jirrifjutaw l-approvazzjoni KE jew nazzjonali jekk din tissodisfa l-ħtiġijiet tad-direttiva.

L-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri għandhom iżommu lil xulxin infurmati bi kwalunkwe azzjoni li jieħdu sabiex jiżguraw li l-istrutturi protettivi jikkonformaw mat-tip li jkun approvat għat-tip tal-komponent. Jistgħu jaslu sal-irtirar ta’ approvazzjoni tat-tip ta’ komponent fejn ikun hemm nuqqas serju, ripetut ta’ konformità.

Id-direttiva se tkun emendata sabiex tqis il-progress tekniku.

Id-Direttiva 86/298/KE hija revokata mir-Regolament (UE) Nru 167/2013 b’effett mil-1 ta’ Jannar 2016.

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

Direttiva 86/298/KEE

2.6.1986

2.6.1988

ĠU L 186 tat-8.7.1986

Att(i) li jemenda(w)

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

Direttiva 89/682/KEE

4.1.1990

3.1.1991

ĠU L 398 tat-30.12.1989

Att ta' Adeżjoni

1.1.1995

-

ĠU C 241 of 29.8.1994

Direttiva 2000/19/KE

4.5.2000

30.6.2001

ĠU L 94 tal-14.4.2000

Att ta' Adeżjoni

1.5.2004

1.5.2004

ĠU L 236 tat-23.9.2003

Direttiva 2005/67/KE

8.11.2005

-

ĠU L 273 tad-19.10.2005

Direttiva 2006/96/KE

1.1.2007

1.1.2007

ĠU L 363 tal-20.12.2006

Direttiva 2010/22/UE

30.4.2010

30.4.2011

ĠU L 91 tal-10.4.2010

Direttiva 2013/15/UE

1.7.2013

1.7.2013

ĠU L 158 tal-10.6.2013

Emendi suċċessivi u korrezzjonijiet għad-Direttiva 86/298/KEE ġew inkorporati fit-test bażiku. Din il-verżjoni kkonsolidata hija intiża għal finijiet ta' referenza biss.

L-aħħar aġġornament: 02.07.2014

Top