EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Vetturi b’magna bil-karru: livell ta’ ħoss permissibbli
L-għan ta’ din id-direttiva huwa li timplimenta r-regolamenti tal-Unjoni Ewropea dwar il-ħoss tal-vetturi, abbażi ta' armonizzazzjoni sħiħa.
ATT
Direttiva tal-Kunsill 70/157/KEE tas-6 ta’ Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirigwardjaw il-livell permissibbli tal-ħoss u tas-sistema ta’ l-exhaust tal-vetturi bil-mutur [Ġurnal Uffiċjali L 42 tat-23.02.1970].
SOMMARJU
Id-Direttivi japplikaw għal kwalunkwe vettura b’magna intenzjonata għall-użu fit-triq, bil-bodi jew le, li għandha tal-anqas erba’ roti u veloċità massima ddiżinjata ta' aktar minn 25km/h, bl-eċċezzjoni ta’ vetturi li jimxu fuq it-trekks, tratturi agrikoli u forestali u kull makkinarju mobbli.
Id-Direttivi jistabbilixxu limiti għal-livell tal-ħoss tal-partijiet mekkaniċi u s-sistemi ta’ egżost tal-vettura kkonċernata. Il-limiti jvarjaw minn 74 dB(A) għal karozzi sa 80dB(A) għal vetturi tal-merkanzija b'magna qawwija.
Valuri permissibbli huma stipulati għal kategoriji speċifiċi ta’ vetturi:
L-Istati Membri huma meħtieġa li jippubblikaw il-valuri tal-livell ta’ ħoss għall-approvazzjoni tat-tip sal-1 ta’ Ottubru 1994.
Għalhekk, l-Istati Membri ma jistgħux, għal raġunijiet tal-livell permissibbli tal-ħoss u s-sistema tal-egżost:
Inċentivi fiskali mogħtija mill-Istati Membri sabiex jinkoraġġixxu limiti ġodda sabiex jintlaħqu minn qabel, jistgħu ikunu awtorizzati jekk ikunu:
Proċedura tal-approvazzjoni tat-tip għal kull tip ta’ vettura, sistema tal-egżost u unità teknika (silencer, bdil tas-sistema tal-egżost):
Din id-Direttiva ġiet revokata mir-Regolament (KE) Nru 540/2014 b’effett mit-30.6.2027
REFERENZI
Att |
Dħul fis-seħħ |
Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
Direttiva 70/157/KEE |
10.2.1970 |
10.8.1971 - 1.7.1973 |
ĠU L 42 tat-23.2.1970 |
Att(i) li jemenda(w) |
Dħul fis-seħħ |
Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
Direttiva 73/350/KEE |
16.11.1973 |
- |
ĠU L 321 tat-22.11.1973 |
Direttiva 77/212/KEE |
10.3.1977 |
31.3.1977 |
ĠU L 66 tat-12.3.1977 |
Direttiva 81/334/KEE |
28.4.1981 |
31.12.1981 |
ĠU L 131 tat-18.5.1981 |
Direttiva 84/372/KEE |
5.7.1984 |
30.9.1984 |
ĠU L 196 tas-26.7.1984 |
Direttiva 84/424/KEE |
4.9.1984 |
31.12.1984 |
ĠU L 238 tas-6.9.1984 |
Direttiva 87/354/KEE |
29.6.1987 |
31.12.1987 |
ĠU L 192 tal-11.7.1987 |
Direttiva 89/491/KEE |
25.7.1989 |
1.1.1990 |
ĠU L 238 tal-15.8.1989 |
Direttiva 92/97/KEE |
16.11.1992 |
30.6.1993 |
ĠU L 371 tad-19.12.1992 |
Direttiva 96/20/KEE |
3.5.1996 |
30.9.1996 |
ĠU L 92 tat-13.4.1996 |
Direttiva 99/101/KE |
17.1.2000 |
31.3.2000 |
ĠU L 334 tat-28.12.1999 |
Direttiva 2007/34/KE |
5.7.2007 |
5.7.2007 |
ĠU L 155 tal-15.6.2007 |
Direttiva 2013/15/UE |
1.7.2013 |
1.7.2013 |
ĠU L 158 tal-10.6.2013. |
ATTI RELATATI
Regolament (UE) Nru 540/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livell ta' ħoss tal-vetturi bil-mutur u s-sostituzzjoni tas-sistemi tas-sajlenser, u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE u li jħassar id-Direttiva 70/157/KEE [Ġurnal Uffiċjali L 158 tas-27.5.2014].
L-aħħar aġġornament: 02.07.2014