Help Print this page 

Summaries of EU Legislation

Title and reference
Is-sikurezza tal-makkinarju

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Languages and formats available
Multilingual display
Text

Is-sikurezza tal-makkinarju

Id-Direttiva 2006/42/KE: makkinarju (li temenda d-Direttiva 95/16/KE)

ATT

Id-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar il-makkinarju, li temenda d-Direttiva 95/16/KE (tfassil mill-ġdid)

SOMMARJU

X'TAGĦMEL ID-DIRETTIVA?

Hija tippermetti lill-makkinarju li jissodisfa r-rekwiżiti tas-saħħa u s-sigurtà Ewropea jiċċaqlaq liberament madwar l-UE. Dan ifisser li l-ħaddiema u l-pubbliku huma protetti sewwa meta jużaw jew jiġu f’kuntatt mal-makkinarju.

Hija tistabbilixxi kemm standards obbligatorji kif ukoll volontarji.

Hija tapplika biss għall-prodotti meta dawn jitqiegħdu għall-ewwel darba fis-suq tal-UE.

Hija tgħin lill-UE tkun aktar innovattiva, effikaċi u kompetittiva.

PUNTI EWLENIN

Id-direttiva tkopri makkinarju, tagħmir interkambjabbli, komponenti tas-sigurtà, aċċessorji għall-irfigħ, ktajjen, ħbula u ċineg, mezzi ta’ trasmissjoni mekkanika li jistgħu jinqalgħu u makkinarju parzjalment komplet.

Hija ma tkoprix tipi oħrajn ta’ makkinarju, bħal makkinarju li jintuża f’postijiet ta’ fieri, fl-industrija nukleari, f’laboratorji u minjieri jew mill-militar jew mill-pulizija.

Il-manifatturi għandhom:

iwettqu valutazzjoni tar-riskju sabiex jidentifikaw liema rekwiżiti tas-saħħa u s-sigurtà japplikaw għall-makkinarju tagħhom;

iżommu l-valutazzjoni tar-riskju f’moħħhom meta jiddisinjaw u jibnu l-makkinarju tagħhom;

jiddeterminaw x’limiti hemm fuq l-użu tal-makkinarju;

jidentifikaw kwalunkwe perikli possibbli;

jivvalutaw ir-riskju li l-makkinarju tagħhom jikkawża korriment jew dannu gravi u jieħdu azzjoni sabiex jagħmlu l-makkinarju tagħhom aktar sikur;

jiżguraw li l-makkinarju tagħhom ikun konformi mar-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u s-sigurtà elenkati fl-Anness I għad-direttiva;

jipprovdu dokument tekniku li jikkonferma li l-makkinarju jissodisfa r-rekwiżiti tad-direttiva;

jiżguraw li qegħdin japplikaw proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità u li qegħdin jagħmlu l-informazzjoni neċessarja kollha disponibbli, inklużi struzzjonijiet għall-assemblaġġ u l-użu;

jiċċekkjaw li mlew id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-KE u li l-marka ta’ konformità tal-KE tpoġġiet fuq il-makkinarju sabiex b’hekk dan ikun jista’ jintuża fi bnadi oħra fl-UE.

META DAĦLET FIS-SEĦĦ DIN ID-DIRETTIVA?

Fid-29 ta' Diċembru 2009.

SFOND

Makkinarju - sit elettroniku tal-Kummissjoni

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Id-Direttiva 2006/42/KE

29.6.2006

29.6.2008

ĠU L 157, 9.6.2006, p. 24-86.

Rettifika

-

-

ĠU L 76, 16.3.2007, p. 35-35

Att(i) li jemenda(w)

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Ir-Regolament (KE) Nru 596/2009

7.8.2009

-

ĠU L 188, 18.7.2009, p. 14-92

Id-Direttiva 2009/127/KE

15.12.2009

15.6.2011

ĠU L 310, 25.11.2009, p. 29-33

Ir-Regolament (UE) Nru 167/2013

22.3.2013

-

ĠU L 60, 2.3.2013, p. 1-51

Id-Direttiva 2014/33/UE

18.4.2014

19.4.2016

ĠU L 96, 29.3.2014, p. 251-308

ATTI RELATATI

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-makkinarju, u li temenda d-Direttiva 95/16/KE (Pubblikazzjoni ta’ titoli u referenzi ta’ standards armonizzati skont il-leġiżlazzjoni dwar l-armonizzazzjoni tal-Unjoni) (ĠU C 54 tat-13.2.2015, p. 1-79)

l-aħħar aġġornament 23.09.2015

Top