Help Print this page 

Summaries of EU Legislation

Title and reference
Qrati Ewropej u internazzjonali

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Languages and formats available
Multilingual display
Text

Qrati Ewropej u internazzjonali

 

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

L-Artikolu 19 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

L-Artikolu 257 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

PUNTI EWLENIN

Hemm bosta qrati li joperaw fuq livell internazzjonali u mhux dejjem faċli biex tiddistingwi l-ġurisdizzjoni tagħhom. L-għan ta' dan is-sommarju huwa li jippreżenta l-qrati Ewropej u li jiddistingwi bejn dawk li huma parti mill-Unjoni Ewropea (UE) u dawk li jappartjenu għal organizzazzjonijiet internazzjonali oħrajn.

Il-qrati tal-UE

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QtĠ-UE) tirreferi għas-sistema ġudizzjarja kollha tal-UE. Hija tinkludi 2 qrati:

Il-Qorti tal-Ġustizzja

Il-Qorti tal-Ġustizzja għandha ġurisdizzjoni fl-azzjonijiet li jsiru mill-pajjiżi tal-UE jew mill-istituzzjonijiet tal-UE. Jista' jkollha wkoll ġurisdizzjoni bħala l-aħħar soluzzjoni f'sentenzi mogħtija mill-Qorti Ġenerali. F'dan il-każ, hija tiddeċiedi fuq il-kwistjonijiet tal-liġi biss u mhux fuq il-fatti tal-każ.

Il-Qorti Ġenerali

Il-Qorti Ġenerali hija marbuta mal-Qorti tal-Ġustizzja u hija ddisinjata biex tnaqqas it-tagħbija tax-xogħol tal-Qorti. Il-Qorti Ġenerali għandha ġurisdizzjoni li tisma' fil-prim'istanza kawżi miġjuba mill-pajjiżi jew individwi tal-UE fil-każijiet previsti fit-trattati.

Qrati speċjalizzati

Skont l-Artikolu 257 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, jistgħu jinħolqu qrati speċjalizzati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja. Dawn il-qrati għandhom ġurisdizzjoni tal-prim'istanza f'ċerti kategoriji ta' azzjoni dwar kwistjonijiet speċifiċi. Pereżempju, fl-2005 ġie stabbilit Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea biex jitratta t-tilwim li jinvolvi s-servizz pubbliku tal-UE. It-tribunal ġie xolt u, mill-1 ta' Settembru 2016, ix-xogħol tiegħu ġie trasferit għall-Qorti Ġenerali.

Tipi differenti ta' azzjonijiet

Il-QtĠ-UE hija responsabbli sabiex tiżgura konformità mal-liġi tal-UE. Hija għandha ġurisdizzjoni fl-azzjonijiet li jsiru mill-pajjiżi tal-UE, l-istituzzjonijiet tal-UE u ċ-ċittadini tal-UE. Hemm diversi tipi ta’ proċeduri:

Qrati internazzjonali

Hemm firxa wiesgħa ta' qrati u tribunali li jisimgħu tilwim fuq livell internazzjonali u li għandhom il-kwartieri tagħhom fit-territorju Ewropew. Madankollu, dawn il-qrati mhumiex taħt l-awspiċju tal-UE. Dawn huma:

* TERMINI EWLENIN

Arbitraġġ: fejn parti terza imparzjali tieħu deċiżjoni biex issolvi tilwim bejn żewġ partijiet.

Konċiljazzjoni: fejn parti terza tgħin lill-partijiet biex jibnu mill-ġdid jew itejbu r-relazzjoni tagħhom wara tilwima.

DOKUMENT EWLIENI

L-Artikolu 19 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (ĠU C 202, 7.6.2016, p. 27)

L-Artikolu 257 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU C 202, 7.6.2016, p. 160)

l-aħħar aġġornament 22.08.2016

Top