Help Print this page 
Title and reference
Rikonoxximent reċiproku tal-penali finanzjarji, bħal ċerti ċitazzjonijiet għall-veloċità.

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Multilingual display
Text

Rikonoxximent reċiproku tal-penali finanzjarji, bħal ċerti ċitazzjonijiet għall-veloċità.

Faċilitar tal-infurzar tal-penali finanzjarji f’każijiet trans-fruntieri, kull fejn ikunu imposti fl-Unjoni Ewropea (UE) jgħin sabiex ikun żgurat it-trattament ugwali taċ-ċittadini tal-UE.

ATT

Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2005/214/ĠAI ta’ l- 24 ta’ Frar 2005 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ penali finanzjarji

SOMMARJU

Faċilitar tal-infurzar tal-penali finanzjarji f’każijiet trans-fruntieri, kull fejn ikunu imposti fl-Unjoni Ewropea (UE) jgħin sabiex ikun żgurat it-trattament ugwali taċ-ċittadini tal-UE.

X’TAGĦMEL ID-DEĊIŻJONI QAFAS?

Id-Deċiżjoni Qafas tintroduċi miżuri speċifiċi, skont il-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku, u tippermetti lil awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva tagħti penali finanzjarja direttament lill-awtorità ta’ pajjiż tal-UE ieħor u li ċ-ċitazzjoni tkun rikonoxxuta u eżegwita mingħajr aktar formalità.

PUNTI EWLENIN

Id-Deċiżjoni Qafas tapplika għall-offiżi kollha, li fir-rigward tagħhom huma imposti penali finanzjarji u kontrolli doppji ta’ kriminalità (jiġifieri fejn teżisti offiża skont il-liġi kemm tal-pajjiż emittenti kif ukoll ta’ dak li qed jinforza) jiġu aboliti fir-rigward ta’ 39 offiża elenkata, bħal:

parteċipazzjoni f’organizzazzjoni kriminali;

terroriżmu;

traffikar ta’ bnedmin, armi u ta’ vetturi misruqa;

imbrolji (kisba ta’ flus jew oġġetti bi frodi);

stupru;

offiżi ta’ traffiku fit-triq.

Il-penali għandhom ikunu imposti minn awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva ta’ pajjiż tal-UE u jirriżultaw minn deċiżjoni finali, jiġifieri m’għad hemm l-ebda possibilità ta’ appell għad-deċiżjoni.

Meta jittrasmetti d-deċiżjoni li timponi l-penali finanzjarja, il-pajjiż tal-UE li qed jimponi l-penali għandu jittrasmetti ċertifikat fil-lingwa tal-pajjiżi tal-UE li jkun qed jeżegwixxi d-deċiżjoni.

Id-deċiżjoni hija trasmessa lill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż tal-UE fejn il-persuna fiżika jew ġuridika (kumpanija) għandha proprjetà jew dħul, hija normalment residenti jew, fil-każ ta’ persuna ġuridika, għandha s-sede reġistrata tagħha.

Il-pajjiż tal-UE li lilu hija trasmessa d-deċiżjoni jista’ jirrifjuta illi jesegwixxiha jekk iċ-ċertifikat ma jingħatax, mhuwiex komplut jew biċ-ċar juri li ma jikkorrespondix mad-deċiżjoni. Jista’ wkoll jirrifjuta li jesegwixxi f’numru limitat ta’ każijiet, inklużi jekk:

id-deċiżjoni tkun ingħatat fir-rigward tal-istess atti fl-istat eżekuttiv jew fi stat ieħor ħlief dak emittenti jew eżekuttiv u, fil-każ ta’ dan l-aħħar, ġie eżegwit;

Id-deċiżjoni hija relatata ma’ att li la huwa elenkat bħala offiża fid-deċiżjoni qafas u lanqas jikkostitwixxi offiża taħt il-liġi nazzjonali tal-istat eżekuttiv;

l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni hija preskritta skont il-liġi (jiġifieri għadda l-limitu ta’ żmien għall-eżekuzzjoni tagħha) skont il-liġi tal-pajjiżi eżekuttiv u hija fir-rigward ta’ atti li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tal-istat taħt il-liġi tiegħu stess;

id-deċiżjoni hija imposta fuq persuna li ma setgħetx tkun miżmuma responsabbli kriminalment taħt il-liġi tal-istat eżekuttiv minħabba l-età;

id-deċiżjoni tipprovdi li l-penali finanzjarja tkun inqas minn €70 jew ekwivalenti.

L-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni hija irregolata mil-liġi tal-istat eżekuttiv. L-istat eżekuttiv jista’ wkoll:

jiddeċiedi li jnaqqas l-ammont tal-penali finanzjarja skont l-ammont ipprovdut mil-liġi nazzjonali, bil-kundizzjoni li l-atti ma jitwettqux fit-territorju tal-istat emittenti

jimponi ħabs jew penali oħrajn ipprovduti mil-liġi nazzjonali f’każ ta’ nuqqas ta’ rkupru tal-penali finanzjarja.

Amnestija, maħfra jew reviżjoni tas-sentenza jistgħu jingħataw kemm mill-Istat emittenti kif ukoll mill-Istat eżekuttiv.

Għal aktar tagħrif, ara:

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Deċiżjoni Qafas 2005/214/ĠAI

22.3.2005

22.3.2007

ĠU L 76 tat-22.3.2005, p. 16-30

Att(i) li jemenda(w)

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Deċiżjoni Qafas 2009/299/ĠAI

28.3.2009

28.3.2011

ĠU L 81 tas-27.3.2009, p. 24-36

L-aħħar aġġornament: 19.06.2015

Top