Help Print this page 
Title and reference
Regoli ta’ proċedura tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Multilingual display
Text

Regoli ta’ proċedura tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa l-istituzzjoni fejn jiltaqgħu l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea. Kull pajjiż tal-UE huwa rrappreżentat minn rappreżentant wieħed fil-livell ministerjali. Il-Kunsill jadotta atti leġiżlattivi regolarment, ġeneralment flimkien mal-Parlament Ewropew, skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, u l-Kunsill iwettaq funzjonijiet ta’ tfassil ta’ politika u koordinazzjoni.

ATT

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/937/UE tal-1 ta’ Diċembru 2009 li tadotta r-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill.

SOMMARJU

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa l-istituzzjoni fejn jiltaqgħu l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea. Kull pajjiż tal-UE huwa rrappreżentat minn rappreżentant wieħed fil-livell ministerjali. Il-Kunsill jadotta atti leġiżlattivi regolarment, ġeneralment flimkien mal-Parlament Ewropew, skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, u l-Kunsill iwettaq funzjonijiet ta’ tfassil ta’ politika u koordinazzjoni.

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLI TA’ PROĊEDURA?

Ir-regoli ta’ proċedura jistabbilixxu l-funzjonament u l-organizzazzjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (il-Kunsill). Is-setgħa li jadotta r-regolamenti interni tiegħu stess hija konferita mill-paragrafu 3 tal-Artikolu 240 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

PUNTI EWLENIN

Il-konfigurazzjonijiet tal-Kunsill

Il-Kunsill jiltaqa’ f’10 konfigurazzjonijiet differenti skont is-suġġett ittrattat. Huwa kompost minn rappreżentant wieħed fil-livell ministerjali minn kull pajjiż tal-UE, li huwa awtorizzat sabiex jimpenja lill-gvern tiegħu u jivvota f’ismu.

Il-Kunsill għall-Affarijiet Ġenerali jiżgura l-konsistenza fil-ħidma tal-konfigurazzjonijiet differenti tal-Kunsill.

Il-Kunsill għall-Affarijiet Barranin huwa responsabbli għall-azzjoni esterna tal-UE, li tinkludi l-politika barranija, id-difiża u s-sigurtà, il-kummerċ, il-kooperazzjoni fl-iżvilupp u l-għajnuna umanitarja.

Il-Presidenza tal-Kunsill tal-UE

Il-presidenza tal-Kunsill tinżamm minn gruppi ta’ 3 pajjiżi tal-UE għal perjodu ta’ 18-il xahar. Kull membru tal-grupp iżomm il-presidenza tal-konfigurazzjonijiet kollha tal-Kunsill għal 6 xhur. Il-kunsill għall-Affarijiet Barranin għandu chairperson permanenti: ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà .

Il-presidenza hija l-forza fit-twettiq tal-ħidma tal-Kunsill u għandha tippreżenta abbozz ta’ programm tal-attivitajiet tal-Kunsill. Imbagħad, dan il-programm għandu jiġi approvat mill-Kunsill għall-Affarijiet Ġenerali.

Coreper, kumitati u gruppi ta’ ħidma

Il-Kumitat huwa appoġġjat mill-kumitat tar-rappreżenanti permanenti ta’ kull Stat Membru tal-Unjoni Ewropea (Coreper) u minn aktar minn 150 grupp u kumitat speċjalizzati, li jifformaw il-korpi preparatorji tal-Kunsill.

Coreper iħejji l-ħidma tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u jwettaq il-kompiti assenjati lilu mill-Kunsill. Coreper 2 huwa magħmul minn rappreżentanti tal-pajjiżi tal-UE (jew mid-deputati tagħhom fil-każ ta’ Coreper 1) bi grad ta’ ambaxxaturi fl-UE u jiġi ppresedut mill-pajjiż tal-UE li jkollu l-presidenza b’rotazzjoni tal-Kunsill.

Coreper:

għandu jeżamina minn qabel l-entrati kollha fuq l-aġenda għal laqgħa tal-Kunsill: huwa għandu jagħmel ħiltu biex jilħaq ftehim fil-livell tiegħu, li mbagħad għandu jiġi sottomess lill-Kunsill għall-adozzjoni;

jista’ jwaqqaf kumitati jew gruppi ta’ ħidma sabiex iwettqu studji jew kompiti ta’ tħejjija.

Il-funzjonament tal-Kunsill

Il-Kunsill għandu s-sede tiegħu fi Brussell, iżda jżomm il-laqgħat tiegħu fil-Lussemburgu f’April, Ġunju u Ottubru. Is-sessjonijiet tal-Kunsill jissejħu mill-presidenza, li jiffissa l-aġenda.

Il-kworum għandu jiġi vverifikat qabel jittieħed vot. Dan jintlaħaq jekk ikunu preżenti l-maġġoranza tal-membri tal-Kunsill. Il-Kunsill jivvota fuq l-inizjattiva tal-president tiegħu. Barra minn hekk, il-president jiftaħ proċedura ta’ votazzjoni fuq l-inizjattiva ta’ membru tal-Kummissjoni, diment li dan jiġi deċiż minn maġġoranza tal-membri tal-Kunsill.

Meta att ikun irid jiġi adottat mill-Kunsill permezz ta’ maġġoranza kkwalifikata, għandu jiġi vverifikat li l-Istati Membri li jikkostitwixxu l-maġġoranza kkwalifikata jirrappreżentaw mill-inqas 65 % tal-popolazzjoni totali tal-Unjoni Ewropea.

It-trasparenza u l-pubblikazzjoni tal-atti tal-Kunsill

Id-deliberazzjonijiet u l-voti jkunu dejjem pubbliċi meta l-Kunsill jieħu deċiżjoni dwar abbozz ta’ att leġiżlattiv.

L-atti leġiżlattivi adottati mill-Kunsill għandhom jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali (ĠU), bħall-ftehimiet internazzjonali konklużi mill-Unjoni.

MINN META BDEW JAPPLIKAW IR-REGOLI TA’ PROĊEDURA?

Mill-1 ta’ Diċembru 2009. Dawn jiġu emendati kull sena sabiex ikunu jirriflettu l-bidliet fil-popolazzjoni tal-pajjiżi tal-UE.

Għal informazzjoni addizzjonali dwar il-funzjonament tal-UE, ara s-sit elettroniku tal-Kunsill Ewropew jew is-sit elettroniku uffiċjali tal-UE.

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Id-Deċiżjoni 2009/937/UE

1.12.2009

-

ĠU L 325, 11.12.2009, p. 35-61

Att(i) li jemenda(w)

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Id-Deċiżjoni 2010/594/UE

16.9.2010

-

ĠU L 263, 6.10.2010, p. 12-12

Id-Deċiżjoni 2010/795/UE

23.12.2010

-

ĠU L 338, 22.12.2010, p. 47-48

Id-Deċiżjoni 2011/900/UE

31.12.2011

-

ĠU L 346, 30.12.2011, p. 17-18

Id-Deċiżjoni 2013/746/UE

12.12.2013

-

ĠU L 333, 12.12.2013, p. 77-78

Id-Deċiżjoni 2014/692/UE, Euratom

3.10.2014

-

ĠU L 289, 3.10.2014, p. 18-20

Id-Deċiżjoni 2014/900/UE

13.12.2014

-

ĠU L 358, 13.12.2014, p. 25-27

L-aħħar aġġornament: 15.04.2015

Top