Help Print this page 

Summaries of EU Legislation

Title and reference
Lejn politika ġenerali dwar il-ġlieda kontra l-kriminalità elettronika

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Languages and formats available
Multilingual display
Text

Lejn politika ġenerali dwar il-ġlieda kontra l-kriminalità elettronika

Hekk kif l-Internet sar parti mill-ħajja tagħna ta’ kuljum, anki l-utent tal-Internet sar vulnerabbli għall-kriminali li spiss joperaw f’kontinenti oħra. Fid-dawl taż-żieda mgħaġġla fil-kriminalità elettronika*, fl-2007, il-Kummissjoni Ewropea ħejjiet it-triq lejn politika komprensiva sabiex din tiġi indirizzata.

ATT

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni Ewropew Lejn politika ġenerali fil-ġlieda kontra l-kriminalità elettronika (COM(2007) 267 finali tat-22.5.2007)

SOMMARJU

Hekk kif l-Internet sar parti mill-ħajja tagħna ta’ kuljum, anki l-utent tal-Internet sar vulnerabbli għall-kriminali li spiss joperaw f’kontinenti oħra. Fid-dawl taż-żieda mgħaġġla fil-kriminalità elettronika*, fl-2007, il-Kummissjoni Ewropea ħejjiet it-triq lejn politika komprensiva sabiex din tiġi indirizzata.

X’TAGĦMEL DIN IL-KOMUNIKAZZJONI?

Din fittxet li tippreżenta politika ġenerali sabiex il-ġlieda kontra l-kriminalità elettronika tiġi kkoordinata aħjar.

PUNTI EWLENIN

Objettivi u azzjonijiet

Din kellha ssaħħaħ il-ġlieda kontra l-kriminalità elettronika fil-livelli nazzjonali, Ewropew u internazzjonali permezz ta’:

KISBIET

Dawn jinkludu:

Għal aktar informazzjoni ara l-websajt tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-kriminalità elettronika.

SFOND

L-Artikolu 68 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li daħal fis-seħħ fl-2009, irrikonoxxa formalment ir-rwol preeminenti tal-Kunsill Ewropew fit-tfassil tal-liġijiet fil-qasam tal-affarijiet interni. Dan jippermetti li l-azzjoni kontra l-kriminalità elettronika tiġi kkomplementata mil-liġijiet tal-UE u minn inizjattivi b’firxa usa’.

TERMINU EWLIENI

Kriminalità elettronika: atti kriminali mwettqa bl-użu ta’ netwerks tal-komunikazzjoni elettronika u sistemi ta’ informazzjoni jew kontra tali netwerks jew sistemi.

Dawn jistgħu jitqassmu fi tliet forom:

  • Forom tradizzjonali ta’ attività kriminali, iżda bl-użu tal-Internet biex jitwettqu delitti (bħal frodi jew falsifikazzjoni). Dawn ivarjaw minn serq tal-identità għal “phishing” (fejn il-kriminali fuq l-Internet jistabbilixxu websajt bankarja falza biex iqarrqu bil-konsumaturi sabiex jagħtuhom il-password jew dejta tagħhom sabiex jisirqulhom flushom). L-Internet biddel ukoll il-kummerċ internazzjonali fid-drogi, fl-armamenti u fi speċi fil-periklu.
  • Il-pubblikazzjoni ta’ kontenut illegali, bħal materjal ta’ inċitament għat-terroriżmu, il-vjolenza, ir-razziżmu, il-ksenofobija jew l-abbuż sesswali tat-tfal.
  • Delitti li jistgħu jsiru biss fuq netwerks elettroniċi, delitti ġodda u ta’ spiss fuq firxa wiesgħa u fuq skala kbira, li ma kinux magħrufa qabel beda jeżisti l-Internet. Hawnhekk, il-kriminali jattakkaw sistemi ta’ informazzjoni, u kultant jheddu infrastruttura ta’ informazzjoni kritika tal-Istat u b’hekk liċ-ċittadini tiegħu direttament. Dawn l-attakki jistgħu jkunu permezz ta’ “botnets” (akronimu ta’ “robot networks”) fejn il-kriminali jiddistribwixxu “malware” (softwer malizzjuż) li, meta jitniżżel, ibiddel il-kompjuter ta’ utent f’“bot”. Netwerk ta’ kompjuters infettati b’dan il-mod imbagħad jintuża biex jitwettqu delitti mingħajr ma jsiru jafu l-utenti tagħhom.

ATTI RELATATI

Komunikazzjoni Konġunta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Soċjali u Ekonomiku Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni - L-istrateġija ta’ Ċibersigurtà tal-Unjoni Ewropea: Ċiberspazju Miftuħ, Sikur u Sigur (JOIN(2013) 1 final tas-7 ta’ Frar 2013).

l-aħħar aġġornament 26.05.2015

Top