EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Aċċess għal servizzi ta' reġistrazzjoni tal-vetturi għas-SIS II

 

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Ir-Regolament (KE) Nru 1986/2006 dwar l-aċċess għas-Sistema ta’ Informazzjoni ta' Schengen tat-Tieni Ġenerazzjoni (SIS II) mis-servizzi fl-Istati Membri responsabbli għall-ħruġ ta’ ċertifikati ta’ reġistrazzjoni tal-vetturi

X'INHU L-GĦAN TA' DAN IR-REGOLAMENT?

  • Dan jippermetti li s-servizzi fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea (UE) li huma responsabbli għall-ħruġ ta' ċertifikati ta' reġistrazzjoni tal-vetturi ikollhom aċċess għas-Sistema ta’ Informazzjoni ta' Schengen tat-Tieni Ġenerazzjoni (SIS II).
  • Dan huwa għall-iskop waħdieni li jiġi vverifikat jekk vettura ppreżentata għar-reġistrazzjoni tkunx insterqet u/jew tkunx ġiet issekwestrata bħala prova fi prova kriminali.

PUNTI EWLENIN

  • Ir-Regolament jagħti d-dritt biex is-servizzi ta' reġistrazzjoni tal-vetturi jkollhom aċċess għad-dejta fis-SIS II fir-rigward ta':
    • vetturi bil-mutur b'kapaċità ċilindrika li teċċedi 50 cc (ċentimetri kubi);
    • trejlers b'piż mingħajr tagħbija li jeċċedi 750 kg u karavans;
    • ċertifikati ta' reġistrazzjoni tal-vetturi u pjanċi tan-numru ta' vettura li ġew misruqa, miżapproprjati, mitlufa jew invalidati.
  • Servizzi ta' reġistrazzjoni tal-vetturi li mhumiex servizzi pubbliċi għandhom aċċess għad-dejta fis-SIS II biss permezz ta' waħda mill-awtoritajiet imsemmija fid-Deċiżjoni SIS II (jiġifieri Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI). Dawn l-awtoritajiet jinkludu l-awtoritajiet għall-kontroll tal-fruntieri, il-pulizija u d-dwana.
  • Id-Deċiżjoni SIS II tistabbilixxi l-azzjoni li trid tittieħed, jekk is-SIS II tiżvela li vettura nsterqet jew li hija meħtieġa bħala provi fi proċedimenti kriminali.

META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Ilu japplika mis-17 ta' Jannar 2007.

SFOND

Il-pajjiżi tal-UE huma meħtieġa jassistu lil xulxin fl-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/37/KE dwar id-dokumenti tar-reġistrazzjoni għall-vetturi. Dawn jistgħu jiskambjaw informazzjoni biex jiġi vverifikat l-istatus legali ta' vettura fil-pajjiż li fih kienet irreġistrata qabel.

Regolament (KE) Nru 1987/2006 u Deċiżjoni 2007/533/ĠAI dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-sistema ta’ informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) (Regolament u Deċiżjoni SIS II) sostitwiti kollha ħlief artikolu wieħed tal-Konvenzjoni li jimplimenta l-Ftehim ta' Schengen tal-14 ta' Ġunju 1985. Dak l-artikolu huwa dwar l-aċċess għas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen tat-Tieni Ġenerazzjoni mill-awtoritajiet u s-servizzi fil-pajjiżi tal-UE responsabbli għall-ħruġ ta' ċertifikati tar-reġistrazzjoni għall-vetturi. Dan it-tielet att jikkompleta l-qafas legali SIS II, filwaqt li jiżgura li s-servizzi tar-reġistrazzjoni tal-vetturi tal-pajjiżi tal-UE jkollhom aċċess għas-SIS II, ladarba din tibda taħdem.

Għal aktar tagħrif, ara:

DOKUMENT EWLIENI

Regolament (KE) Nru 1986/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 dwar l-aċċess għas-Sistema ta’ Informazzjoni ta' Schengen tat-Tieni Ġenerazzjoni (SIS II) mis-servizzi fl-Istati Membri responsabbli għall-ħruġ ta’ ċertifikati ta’ reġistrazzjoni tal-vetturi (ĠU L 381, 28.12.2006, pp. 1-3)

L-emendi suċċessivi għar-Regolament (KE) Nru 1986/2006 ġew inkorporati fit-test bażiku. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

l-aħħar aġġornament 16.08.2016

Top