Help Print this page 
Title and reference
Statistiċi tal-UE dwar l-ażil u l-migrazzjoni

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Multilingual display
Text

Statistiċi tal-UE dwar l-ażil u l-migrazzjoni

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Regolament (KE) Nru 862/2007 — Statistika tal-UE dwar il-migrazzjoni u l-protezzjoni internazzjonali

SOMMARJU

X’JAGĦMEL IR-REGOLAMENT?

Jistabbilixxi regoli għall-UE kollha għall-ġbir u l-kumpilazzjoni tal-istatistika dwar il-migrazzjoni (emigrazzjoni* u immigrazzjoni*), il-protezzjoni internazzjonali (l-ażil), migrazzjoni* regolari u irregolari u ritorni mill-UE u minn pajjiżi tal-EFTA.

PUNTI EWLENIN

Rekwiżiti statistiċi

Ir-regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti statistiċi għal kategoriji differenti ta’ data:

Għall-migrazzjoni internazzjonali, il-pajjiżi tal-UE għandhom jipprovdu lill-Eurostat bi statistika dwar:

immigranti deħlin fit-territorji tagħhom;

emigranti ħerġin mit-territorji tagħhom;

persuni li huma normalment residenti fit-territorji tagħhom;

persuni li akkwistaw iċ-ċittadinanza nazzjonali.

Għal permessi ta’ residenza u residenza ta’ ċittadini mhux parti mill-UE, il-pajjiżi tal-UE għandhom jipprovdu lil Eurostat bi statistika dwar:

permessi ta’ residenza maħruġin, u l-permessi maħruġin minħabba l-bidla tal-istatus ta’ immigrazzjoni u r-raġuni għas-soġġorn;

in-numru ta’ permessi ta’ residenza validi u l-permessi ta’ residenza għat-tul.

Għal protezzjoni internazzjonali, il-pajjiżi tal-UE għandhom jipprovdu lil Eurostat bi statistika dwar:

persuni li japplikaw għall-protezzjoni internazzjonali;

tfal mhux akkumpanjati li japplikaw għall-protezzjoni internazzjonali;

applikazzjonijiet pendenti għall-protezzjoni internazzjonali;

applikazzjonijiet għall-ażil irtirati;

applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali rrifjutati;

għotjiet tar-refuġjati, protezzjoni sussidjarja, status nazzjonali umanitarju u ta’ protezzjoni temporanja;

talbiet, deċiżjonijiet u trasferimenti skont ir-Regolament ta’ Dublin III;

benefiċjarji ta’ risistemazzjoni*.

Għall-prevenzjoni ta’ dħul illegali u residenza, u għar-ritorni, pajjiżi tal-UE għandhom jipprovdu statisika fuq in-numru ta’:

ċittadini ta’ pajjiżi terz li ġew irrifjutati d-dħul fil-fruntieri esterni tagħhom;

ċittadini ta’ pajjiż terz li nstabu preżenti illegalment fit-territorji tagħhom;

deċiżjonijiet amministrattivi jew ġudizzjarji li jimponu obbligazzjoni biex jitilqu mit-territorji tagħhom;

in-numru ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz li huma ritornati għaliex ingħataw ordni li jitkeċċew.

Sorsi ta' data

l-istatisika hija bbażata fuq numru ta’ sorsi li jinkludu:

rekords tal-azzjonijiet amministrattivi u ġudizzjarji;

reġistri tal-popolazzjoni jew li jirrelataw mal-azzjonijiet amministrattivi;

ċensimenti;

stħarriġ kampjun.

B’mod ġenerali, l-istatistika hija maqsuma skont l-età, is-sess, iċ-ċittadinanza u l-pajjiż tat-twelid. Madankollu, hija miġbura wkoll data għal kategoriji oħrajn bħar-raġuni tal-ħruġ ta’ permess ta’ residenza jew il-pajjiż tar-residenza ta’ qabel jew li jmiss għal data dwar il-migrazzjoni.

Implimentazzjoni

Il-Kummissjoni tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tar-regolament kull tliet snin. Ir-rapport tal-2015 sab titjib fid-disponibilità tad-data, fil-kompletezza, fil-kwalità u fil-puntwalità

META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Hu daħal fis-seħħ fl-20 ta’ Awwissu 2007.

SFOND

TERMINI EWLENIN

* Emigrazzjoni: l-azzjoni li biha persuna, li qabel kienet residenti f’pajjiż tal-UE, biddlet il-pajjiż tar-residenza tagħha/tiegħu għal perjodu ta’ jew li huwa mistenni li jkun minn tal-inqas 12-il xahar.

* Immigrazzjoni: l-azzjoni li biha persuna tistabbilixxi r-residenza tagħha/tiegħu fit-territorju ta’ pajjiż tal-UE jew terz ieħor għal perjodu ta’ jew li huwa mistenni li jkun minn tal-inqas 12-il xahar.

* Migrazzjoni irregolari: il-moviment ta’ nies bejn il-fruntieri li ma jikkonformax man-normi amministrattivi jew legali tal-pajjiż li jibgħat, ta’ tranżitu jew li jirċievi.

* Risistemazzjoni: it-trasferimenti ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz lejn pajjiż tal-UE fejn huma permessi li jirrisedu għall-finijiet ta’ protezzjoni internazzjonali

ATT

Regolament (KE) Nru 862/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2007 dwar l-istatistika Komunitarja dwar il-migrazzjoni u l-protezzjoni internazzjonali u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 311/76 dwar il-kumpilazzjoni ta’ statistika dwar ħaddiema barranin (Test b’rivelanza għaż-ŻEE) (ĠU L 199, 31.7.2007, p. 23-29)

ATTI RELATATI

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 351/2010 tat-23 ta’ April 2010 implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 862/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Komunitarja dwar il-migrazzjoni u l-protezzjoni internazzjonali rigward id-definizzjonijiet tal-kategoriji tal-gruppi ta’ pajjiż tat-twelid, gruppi ta’ pajjiż ta’ residenza abitwali preċedenti, gruppi ta’ pajjiż ta’ residenza abitwali sussegwenti u gruppi ta’ ċittadinanza (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (ĠU L 104, 24.4.2010, p. 37-39)

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 216/2010 tal-15 ta’ Marzu 2010 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 862/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Komunitarja dwar il-migrazzjoni u l-protezzjoni internazzjonali, fir-rigward tad-definizzjonijiet ta’ kategoriji għar-raġunijiet għall-permessi ta’ residenza (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (ĠU L 66, 16.3.2010, p. 1-2)

Rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 862/2007 dwar l-istatistika Komunitraja dwar il-migrazzjoni u l-protezzjoni internazzjonli (COM(2015) 374 finali tat-30.7.2015)

l-aħħar aġġornament 04.01.2016

Top