Help Print this page 
Title and reference
L-Aġenzija tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali (FRA)

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Multilingual display
Text

L-Aġenzija tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali (FRA)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007 li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali

ATT

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007 tal-15 ta' Frar 2007 li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali

SOMMARJU

L-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali tipprovdi lill-istituzzjonijiet u l-gvernijiet tal-UE b’assistenza dwar id-drittijiet fundamentali meta jimplimentaw il-liġi tal-UE.

X'JAGĦMEL IR-REGOLAMENT?

Huwa joħloq entità ddedikata fil-livell tal-UE għad-drittijiet fundamentali - l-Aġenzija - u jistabbilixxi l-kompiti u l-għanijiet ewlenin tagħha, il-funzjonament u l-governanza interna.

PUNTI EWLENIN

Ir-Regolament jiddefinixxi l-attivitajiet tal-Aġenzija bħala dawn li ġejjin:

tforni għarfien espert lill-istituzzjonijiet tal-UE u lill-pajjiżi tal-UE dwar id-drittijiet fundamentali, sabiex dawn ikunu jistgħu jiżguraw li kwalunkwe azzjoni li jieħdu jew liġi li jgħaddu tkun konformi ma’ dawn id-drittijiet;

tifformula opinjonijiet għall-istituzzjonijiet u l-gvernijiet tal-UE fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba tagħhom (pereżempju dwar jekk l-azzjonijiet jew il-proposti leġiżlattivi tagħhom humiex kompatibbli mad-drittijiet fundamentali);

tiġbor, tanalizza u tiddistribwixxi informazzjoni affidabbli u komparabbli dwar l-effetti speċifiċi tal-azzjoni tal-UE fuq id-drittijiet fundamentali tan-nies;

twettaq riċerka u stħarriġ xjentifiċi dwar id-drittijiet fundamentali;

toħroġ pubblikazzjonijiet dwar suġġetti speċifiċi jew dwar l-implimentazzjoni tal-liġi dwar id-drittijiet fundamentali mill-istituzzjonijiet tal-UE u mill-gvernijiet;

tippubblika rapport annwali dwar il-kwistjonijiet koperti mill-mandat tagħha, fejn tenfasizza eżempji ta’ prattika tajba;

tfassal strateġiji jew kampanji ta’ komunikazzjoni u tippromwovi d-djalogu mas-soċjetà ċivili sabiex tqajjem sensibilizzazzjoni dwar id-drittijiet fundamentali;

tissuġġerixxi mekkaniżmi għall-infurzar ta’ dawn id-drittijiet.

Madankollu, l-Aġenzija ma tittrattax ilmenti individwali.

Pjanijiet tal-attivitajiet fuq 5 snin

L-attivitajiet tal-Aġenzija huma bbażati fuq Qafas Multiannwali adottat mill-Kunsill tal-UE li jidentifika l-kwistjonijiet speċifiċi li hija ser taħdem fuqhom fuq perjodu ta’ 5 snin, skont il-prijoritajiet globali tal-UE.

Dawn għandhom jinkludu “ir-razziżmu, il-ksenofobija u l-intolleranza relatata”.

Kooperazzjoni ma’ korpi oħrajn

L-Aġenzija għandha żżomm rabtiet mill-qrib ma’:

il-gvernijiet tal-pajjiżi tal-UE u l-gruppi tas-soċjetà ċivili, bħall-Pjattaforma tad-Drittijiet Fundamentali;

META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Mit-23 ta' Frar 2007.

SFOND

L-Aġenzija ħadet post l-entità predeċessur tagħha - iċ-Ċentru ta’ Monitoraġġ Ewropew dwar ir-Razziżmu u l-Ksenofobija, ibbażat fi Vjenna, billi ħadet f’idejha x-xogħol tiegħu.

Għal aktar tagħrif ara:

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Ir-Regolament (KE) Nru 168/2007

23.2.2007

-

ĠU L 53 tat-22.2.2007, p. 1-14

ATTI RELATATI

Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 252/2013/UE tal-11 ta' Marzu 2013 li tistabbilixxi Qafas Multiannwali għall-2013-2017 għall-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (ĠU L 79 tal-21.3.2013, p. 1-3)

l-aħħar aġġornament 30.07.2015

Top