EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Il-migrazzjoni hija rikonoxxuta bħal mezz ta’ żvilupp b’saħħtu - għalkemm bi sfidi - kemm fil-pajjiż ta’ oriġini kif ukoll fil-pajjiż tad-destinazzjoni. Bħala fenomenu globali, ma jistax ikun amministrat mill-UE biss, u sabiex tidentifika interessi u sfidi komuni, l-UE tidjaloga ma’ pajjiżi sieħba, inklużi pajjiżi ta’ oriġini u ta’ transitu.
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, il-Parlament Ewropew, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni - Il-Migrazzjoni u l-Iżvilupp: Xi orjentazzjonijiet konkreti' (COM(2005) 390 final tal-1.9.2005).
Il-migrazzjoni hija rikonoxxuta bħal mezz ta’ żvilupp b’saħħtu - għalkemm bi sfidi - kemm fil-pajjiż ta’ oriġini kif ukoll fil-pajjiż tad-destinazzjoni. Bħala fenomenu globali, ma jistax ikun amministrat mill-UE biss, u sabiex tidentifika interessi u sfidi komuni, l-UE tidjaloga ma’ pajjiżi sieħba, inklużi pajjiżi ta’ oriġini u ta’ transitu.
Din il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tistipula ideat prattiċi sabiex jgħinu li jiġi żgurat li l-migrazzjoni minn pajjiżi mhux tal-UE jkollha impatt pożittiv fuq l-iżvilupp ta’ dawk il-pajjiżi u, b’mod partikolari, tkun effettiva kemm jista’ jkun fit-tnaqqis tal-faqar. Dawn l-ideat jinkludu:
Flus li jintbagħtu d-dar minn ħaddiema immigranti (rimessi) jirrappreżentaw proporzjon akbar tad-dħul tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw milli minn għajnuna għall-iżvilupp li tkun ġejja minn barra l-pajjiż (ODA) minn gvernijiet u aġenziji (bħall-Unicef). Dawn il-flus privati, għalkemm ma jiħdux post l-ODA, jgħinu wkoll fl-iżvilupp.
Azzjonijiet issuġġeriti
Storikament, id-dijaspori (gruppi ta’ immigranti barra minn pajjiżhom) kellhom rwol prinċipali biex jgħinu fl-iżvilupp ta’ pajjiżhom. Barra minn rimessi (ara hawn fuq), il-Kummissjoni tara l-involviment tagħhom bħala xprunatur potenzjali għall-iżvilupp.
Azzjonijiet issuġġeriti
Il-Kumissjoni ssemmi li meta l-immigranti jirritornaw lura d-dar, anke għal żmien qasir, huma jxerrdu l-ħiliet, l-għarfien u/jew l-attitudijiet kulturali tagħhom. B’hekk, kemm il-migrazzjoni ċirkolari kif ukoll ir-ritorn jistgħu jgħinu fil-moderazzjoni tal-eżodu ta’ mħuħ (meta nies ta’ ħila/intelliġenza jemigraw).
Azzjonijiet issuġġeriti
Il-migrazzjoni tista’ toħloq nuqqas ta’ ħiliet fil-pajjiżi ta’ oriġini, f’setturi bħal dak tas-saħħa.
Azzjonijiet issuġġeriti:
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: L-Approċċ Globali għall-Migrazzjoni u l-Mobilità (COM(2011) 743 final tat-18.11.2011).
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Il-Massimizzazzjoni tal-Impatt tal-Iżvilupp tal-Migrazzjoni Il-kontribuzzjoni tal-UE għad-Djalogu ta’ Livell għoli tan-NU u l-passi li jmiss lejn it-twessigħ tar-rabta żvilupp-migrazzjoni (COM(2013) 292 final tal-21.5.2013).
l-aħħar aġġornament 16.09.2014