EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Kooperazzjoni bejn pajjiżi tal-UE fl-irkupru ta’ rikavati mill-kriminalità

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/845/ĠAI dwar il-kooperazzjoni bejn l-Uffiċċji għall-Irkupru tal-Assi tal-Pajjiżi tal-UE fil-qasam tar-rintraċċar u l-identifikazzjoni ta’ rikavati mill-kriminalità, jew proprjetà oħra relatata magħha

SOMMARJU

X'JAGĦMEL ID-DEĊIŻJONI?

Huwa jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-istabbiliment ta’ Uffiċċji għall-Irkupru tal-Assi (AROs) f’pajjiżi tal-UE.

PUNTI EWLENIN

L-għan tal-AROs huwa li jiffaċilitaw ir-rintraċċar u l-identifikazzjoni ta’ rikavati tal-kriminalità li jistgħu jsiru s-suġġett ta’ ordni magħmula minn awtorità ġudizzjarja kompetenti għall-iffriżar jew il-qbid jew għall-konfiska, bħala parti minn investigazzjoni kriminali jew ċivili.

Pajjiżi tal-UE għandhom jistabbilixxu jew jinnominaw mill-inqas ARO wieħed (massimu 2) fit-territorju tagħhom. AROs huma obbligati jiskambjaw l-informazzjoni ma’ xulxin irrispettivament mill-istatus tagħhom (l-infurzar tal-liġi, ġudizzjarja jew amministrattiva).

ARO, jew awtorità oħra ta’ pajjiż tal-UE b’responsabilitajiet simili, jista’ jagħmel talba għall-informazzjoni minn ARO ta’ pajjiż ieħor tal-UE għall-informazzjoni bħala parti minn investigazzjoni kriminali jew ċivili. It-talba għandha tinkludi dettalji dwar:

  • l-għan u r-raġuni għat-talba,
  • in-natura tal-proċedimenti,
  • il-proprjetà mmirata jew imfittxija u/jew il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi (persuni jew kumpaniji) preżunti li huma involuti.

ARO jista’, mingħajr talba, spontanjament jiskambja informazzjoni li huma jikkunsidraw li huma meħtieġa għall-eżekuzzjoni tal-kompiti tal-ARO f’pajjiż ieħor tal-UE.

META TAPPLIKA D-DEĊIŻJONI?

Ilha tapplika mit-18 ta’ Diċembru 2007.

SFOND

Fuq il-bażi tad-Deċiżjoni Kwadra, il-Kummissjoni Ewropea nediet pjattaforma informali biex ittejjeb skambji ta’ kooperazzjoni u koordinazzjoni ta’ informazzjoni u l-aħjar prattiki tal-UE.

  • Rapport tal-Kummissjoni tal-2011 sab li għalkemm AROs huma għodda effettiva fl-immirar tal-flus tal-kriminali, l-uffiċċji ffaċċjaw problemi komuni partikolarment rigward il-kapaċità tagħhom biex jaċċessaw informazzjoni finanzjarja relevanti.
  • Fl-2014, id-Direttiva 2014/42/UE ġiet adottata u stabbilixxiet regoli minimi tal-UE fuq l-iffriżar ta’ proprjetà bil-ħsieb ta’ konfiska sussegwenti, u l-konfiska ta’ propjetà fi kwistjonijiet kriminali. Pajjiżi tal-UE kellhom jinkorporaw id-Direttiva fil-liġi nazzjonali sal-4 ta’ Ottubru 2015.
  • Għal aktar informazzjoni, ara il-“Konfiska u l-irkupru tal-assi” fuq il-websajt tal-Kummissjoni Ewropea.

ATT

Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/845/ĠAI tas-6 ta’ Diċembru 2007 dwar il-kooperazzjoni bejn l-Uffiċċji għall-Irkupru tal-Assi tal-Istati Membri fil-qasam tar-rintraċċar u l-identifikazzjoni ta’ rikavati mill-kriminalità, jew proprjetà oħra relatata magħha (ĠU L 332, 18.12.2007, p. 103-105)

ATTI RELATATI

Direttiva 2014/42/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar l-iffriżar u l-konfiska ta’ strumentalitajiet u rikavati tal-kriminalità tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 127, 29.4.2014, p. 39-50). Korrezzjonijiet għad-Direttiva 2014/42/UE ġew inkorporati fit-test bażiku. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

Deċiżjoni Kwadra tal-Kunsill 2003/577/ĠAI tat-22 ta’ Lulju 2003 dwar l-eżekuzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ ordnijiet ta’ ffriżar ta’ proprjetà jew evidenza (ĠU L 196, 2.8.2003, p. 45-55). Ara l-verżjoni konsolidata.

Deċiżjoni Kwadra tal-Kunsill 2006/783/ĠAI tas-6 ta’ Ottubru 2006 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku għal ordni ta’ konfiska (ĠU L 328, 24.11.2006, p. 59-78). Ara l-verżjoni konsolidata.

l-aħħar aġġornament 25.04.2016

Top