Help Print this page 
Title and reference
Dokument provviżorju tal-ivvjaġġar (ETD)

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Multilingual display
Text

Dokument provviżorju tal-ivvjaġġar (ETD)

Waqt li jkun qed jivvjaġġa, ċittadin tal-Unjoni Ewropea (UE) jista’ jitlef il-passaport jew jitħassarlu jew jinsteraqlu. Għalhekk, din id-deċiżjoni tistabbilixxi mudell standard għal dokument provviżorju tal-ivvjaġġar (ETD) sabiex jinħareġ mill-pajjiżi tal-UE għall-iskop ta’ vjaġġ wieħed lura għall-pajjiżi tal-UE minn fejn ikun ġej l-applikant jew għall-indirizz permananti.

ATT

Id-Deċiżjoni 96/409/CSFP tar-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri fil-Kunsill tal-25 ta' Ġunju 1996 dwar l-istabbiliment ta' dokument proviżorju ta' l-ivvjaġġar.

SOMMARJU

Id-deċiżjoni tistabbilixxi mudell standard għal dokument provviżorju tal-ivjaġġar (ETD), kif deskritt fl-Anness I. L-ETDs jinħarġu lil ċittadini tal-Unjoni Ewropea (UE) għal vjaġġ wieħed lura lejn il-pajjiż tal-UE li tagħhom ikunu ċittadini, lejn il-pajjiżi fejn ikunu residenti permananti, jew, f’każijiet eċċezzjonali, lejn destinazzjoni oħra (ġewwa jew barra mill-Unjoni). Din id-deċizjoni ma tapplikax għal passaporti nazzjonali; hija ristretta b’mod speċifiku għal każijiet fejn id-dokumenti tal-ivvjaġġar ikunu ntilfu, insterqu jew tħassru jew mhux disponibbli temporanjament.

Biex takkwista dokument provviżorju tal-ivvjaġġar

L-ambaxxati u l-konsulati tal-pajjiżi tal-UE joħorġu dokumenti provviżorji tal-ivvjaġġar fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:

  • l-applikant għandu jkun ċittadin tal-UE li l-passaport tiegħu ikun intilef, insteraq jew tħassar jew ma jkunx disponibbli għal żmien temporanju;
  • l-applikant għandu jkun f’pajjiż li fih il-pajjiż tal-UE li tiegħu huwa ċittadin m’għandux rappreżentanza diplomatika jew konsulari aċċessibli li tista’ toħroġ dokument tal-ivvjaġġar jew li fih, il-pajjiż tal-UE in kwestjoni mhuwiex irrappreżentat b'mod ieħor;
  • tkun ingħatat awtorizzazzjoni mill-awtoritajiet tal-pajjiż ta’ oriġini tal-persuna.

L-applikant għal ETD għandu jibgħat formola ta’ applikazzjoni flimkien ta’ kopji ċċertifikati ta’ kwalunkwe prova tal-identità u n-nazzjonalità lill-awtorità maħtura mill-pajjiż ta’ oriġini tiegħu.

Il-pajjiż tal-UE li joħroġ l-ETD jiġbor mingħand l-applikant drittijiet u imposti ekwivalenti għal dawk li normalment jiġbru meta joħorġu passaport ta’ emerġenza. Applikant ma jkunx jista' jkopri nfiq relatat lokali ieħor sejjer jirċievi, fejn applikabbli, il-fondi neċessarji kif istruwit mill-pajjiż ta' oriġini tiegħu/tagħha, skont id-dispożizzjonijiet relevanti tad-Deċiżjoni 95/553/KE.

Biex jiġi żgurat li ċ-ċittadini jkunu jistgħu jirritornaw lejn post partikolari, il-perjodu ta' validità ta' ETD għandu jkun kemmxejn itwal miż-żmien minimu meħtieġ biex isir il-vjaġġ li għalih tkun inħarġet. Fil-kalkolazzjoni ta' dan il-perjodu, għandha tiġi kkunsidrata l-ħtiġiet ta' waqfiet matul il-lejl u biex isiru konnessjonijiet ta' vjaġġar.

L-Anness III jindirizza l-miżuri ta' sigurtà relatati mal-ETD.

Jekk ċittadin tal-UE jiġi rifjutat ETC li tippermettilu jirritorna lejn l-UE, huwa jista' jikkuntattja lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea.

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

Deċiżjoni 96/409/CSFP

3.5.2006

-

ĠU L 168 tas-6.7.1996

L-AĦĦAR EMENDI TAL-ANNESSI:

Annessi 1 u 3

Deċiżjoni 2006/881/PESK [Ġurnal Uffiċjali L 363 tal-20.12.2006].

ATT RELATAT

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 517/2013 tat- 13 ta’ Mejju 2013 li jadatta ċerti regolamenti u deċiżjonijiet fl-oqsma tal-moviment liberu tal-merkanzija, il-moviment liberu tal-persuni, d-dritt soċjetarju, il-politika tal-kompetizzjoni, l-agrikoltura, is-sikurezza tal-ikel, il-politika veterinarja u fitosanitarja, il-politika tat-trasport, l-enerġija, it-tassazzjoni, l-istatistika, in-netwerks trans-Ewropej, id-drittijiet ġudizzjarji u fundamentali, il-ġustizzja, il-libertà u s-sigurtà, l-ambjent, l-unjoni doganali, ir-relazzjonijiet esterni, il-politika barranija, ta’ sigurtà u ta’ difiża u l-istituzzjonijiet, minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja [Ġurnal Uffiċjali L 158 tal-10.6.2013].

L-aħħar aġġornament: 18.06.2014

Top