Help Print this page 

Summaries of EU Legislation

Title and reference
Materjali u oġġetti f’kuntatt ma' l-ikel — prassi tajba ta’ manifattura

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Languages and formats available
Multilingual display
Text

Materjali u oġġetti f’kuntatt ma' l-ikel — prassi tajba ta’ manifattura

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2023/2006 — prassi tajba ta’ manifattura għal materjali u oġġetti maħsuba li jiġu f’kuntatt ma' l-ikel

SOMMARJU

X’JAGĦMEL IR-REGOLAMENT?

Dan jistabbilixxi regoli dwar prassi tajba ta’ manifattura (GMP) * għal materjali u oġġetti li jiġu f’kuntatt mal-ikel.

PUNTI EWLENIN

  • Il-leġiżlazzjoni tapplika għas-setturi kollha u l-istadji kollha tal-manifattura, l-ipproċessar u d-distribuzzjoni ta’ materjali u oġġetti.
  • In-negozji jridu:
    • jikkonformaw mal-prassi tajba ta’ manifattura;
    • jistabbilixxu, jimplimentaw u japplikaw sistema effettiva u ddokumenta ta' assigurazzjoni ta' kwalità*;
    • jistabbilixxu u jimplimenta sistema effettiva ta’ ta’ kontroll ta' kwalità;
    • jistabbilixxu u jżommu rekords xierqa, bil-miktub jew f’format elettroniku fir-rigward tal-ispeċifikazzjonijiet, formuli u l-ipproċessar dwar is-sigurtà tal-prodott individwali u d-diversi operazzjonijiet tal-manifattura.
  • Il-prassi tajba ta’ manifattura tkopri oġġetti bħal kontenituri, imballaġġ, karti, kartun, linka u adeżivi li jistgħu jiġu f’kuntatt mal-ikel.
  • Is-sistemi ta’ assigurazzjoni ta' kwalità jqisu:
    • l-għarfien u l-ħiliet tal-personal u l-organizzazzjoni tal-post u t-tagħmir;
    • id-daqs tan-negozju sabiex ma jkunux ta’ piż żejjed.
  • Is-sistemi ta’ kontroll ta' kwalità jinkludu:
    • is-sorveljanza tal-implimentazzjoni ta’ prassi tajba ta’ manifattura; u
    • l-identifikazzjoni u l-korrezzjoni ta’ kwalunkwe miżura li ma tissodisfax l-istandards meħtieġa.
  • Emenda (ir-Regolament (KE) Nru 282/2008) tistabbilixxi sistema ta’ assigurazzjoni ta' kwalità speċifika għal materjali tal-plastik riċiklati u oġġetti li jiġu f’kuntatt mal-ikel.

META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Huwa ilu japplika mill-1 ta’ Awwissu 2008.

TERMINI EWLENIN

* Prassi tajba ta’ manifattura: dawk l-aspetti tal-assigurazzjoni ta' kwalità li jiżguraw li l-materjali u l-oġġetti jikkonformaw mal-istandards tal-kwalità, ma jipperikolawx is-saħħa tal-bniedem jew jikkawżaw bidla mhux aċċettabbli fil-kompożizzjoni tal-ikel.

* Sistema ta’ assigurazzjoni tal-kwalità : arranġamenti organizzati u ddokumentati li jiżguraw li l-materjali u l-oġġetti jissodisfaw il-kwalità meħtieġa.

ATT

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2023/2006 tat-22 ta’ Diċembru 2006 dwar prassi tajba ta’ manifattura għal materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f’kuntatt ma’ l-ikel (ĠU L 384, 29.12.2006, p. 75-78)

L-emendi suċċessivi għar-Regolament (KE) Nru 2023/2006 ġew inkorporati fit-test bażiku. Din il-verżjoni konsolidata hija biss ta’ valur dokumentarju.

l-aħħar aġġornament 02.05.2016

Top