Help Print this page 

Summaries of EU Legislation

Title and reference
Miżuri għall-kontroll tal-marda tal-infafet vesikolari tal-ħnieżer

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Multilingual display
Text

Miżuri għall-kontroll tal-marda tal-infafet vesikolari tal-ħnieżer

 

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/89/KE — għall-kontroll tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer

X’INHU L-GĦAN TAD-DIRETTIVA?

Għandha l-għan li tintroduċi miżuri biex tikkontrolla u teqred il-marda tal-infafet vesikolari tal-ħnieżer, marda fatali u li tittieħed ħafna tal-ħnieżer, abbażi ta' skoperta minnufih, l-iżolament u l-qtil.

PUNTI EWLENIN

Il-pajjiżi tal-UE għandhom jiżguraw li tifqigħat tal-marda tal-infafet vesikolari tal-ħnieżer suspettati u konfermati jiġu nnotifikati lill-awtoritajiet nazzjonali relevanti u li jitwaqqfu inkjesti.

Tifqigħat suspettati

Meta jkun hemm suspett ta’ tifqigħa, għandu jkun hemm investigazzjoni immedjata. Jekk tifqigħa ma tistax tinqata’ barra, l-impriża għandha titqiegħed taħt is-sorveljanza uffiċjali:

  • il-ħnieżer kollha għandhom jiġu iżolati, elenkati bħala morda, mejta jew x’aktarx jiġu infettati, u ebda minnhom ma jistgħu jidħlu jew jitilqu;
  • l-ebda karkasa, prodott mill-majjal, jew materjali oħra, bħal għodda, li jistgħu jittrasmettu l-marda tal-infafet vesikolari tal-ħnieżer ma tista' titneħħa mingħajr l-awtorizzazzjoni uffiċjali;
  • l-ebda moviment mhux awtorizzat ta’ persuni jew vetturi lejn jew mill-impriża mhu permess;
  • kull daħla jew ħruġ għandu jiġi ddiżinfettat, kif ukoll il-vetturi kollha qabel jitilqu.

Tifqigħat ikkonfermati

Meta l-marda tal-infafet vesikolari tal-ħnieżer tiġi uffiċjalment ikkonfermata f’sehem, dawn il-miżuri addizzjonali li ġejjin japplikaw:

  • il-ħnieżer kollha għandhom jinqatlu mingħajr dewmien;
  • teħid ta' kampjuni biex jifhmu l-mogħdija tal-marda;
  • il-karkassi għandhom jiġu pproċessati taħt superviżjoni uffiċjali;
  • laħam minn ħnieżer possibbilment infettati qabel ittieħdu dawn il-miżuri, u kwalunkwe semen, ova u embrijuni, għandhom possibbilment jiġu intraċċati u meqruda;
  • sustanzi u materjali kkontaminati għandhom jiġu ttrattati jew meqruda;
  • bini affettwat għandu jiġi diżinfettat jew trattat.

Żoni ta' protezzjoni u sorveljanza

  • Immedjatament wara tifqigħa kkonfermata, l-awtoritajiet għandhom jistabbilixxu żona ta’ protezzjoni ta’ mill-inqas 3km madwar is-sehem ikkonċernat, f’żona ta’ sorveljanza ta’ 10km, u l-miżuri li ġejjin japplikaw:
    • il-moviment tal-ħnieżer huwa pprojbit, bi ftit eċċezzjonijiet;
    • il-vetturi u t-tagħmir għandhom jitnaddfu, jiġu ddiżinfettati u t-trattati;
    • ebda annimal domestiku ieħor ma jista’ jidħol jew jitlaq mingħajr awtorizzazzjoni (fiż-żona ta’ sorveljanza, dan japplika matul l-ewwel sebat ijiem);
    • ħnieżer mejta jew morda għandhom jiġu nnotifikati immedjatament;
    • il-ħnieżer ma jistgħux jiddaħħlu jew jinħarġu għal 30 ġurnata (fiż-żona ta’ sorveljanza, 21 ġurnata) wara t-tindif u d-diżinfettar, u wara dan jistgħu jitħallew jittieħdu għall-qatla jew għall-ipproċessar;
    • semen, ova u embrijoni għandhom jiġu iżolati;
    • kull min jidħol jew joħroġ għandu josserva l-miżuri xierqa tal-iġjene.
  • Jekk ikun hemm tifqigħa f’biċċerija jew f'mezz ta’ trasport, l-annimali possibbilment infettati għandhom jinqatlu. Annimali ġodda m’għandhomx jitħallew jidħlu għal 24 siegħa wara d-diżinfettar, filwaqt li l-karkassi, il-ġewwieni u l-iskart mill-annimali possibbilment ikkontaminati, għandhom jiġu pproċessati taħt is-supreviżjoni uffiċjali.

Ħnieżer selvaġġi *

  • F’tifqigħa kkonfermata fi ħnieżer selvaġġi, gruppi ta’ esperti nazzjonali jiddeterminaw iż-żona infettata u l-azzjoni li għandha tittieħed. L-impriżi tal-majjal fiż-żona għandhom jitqiegħdu taħt sorveljanza u l-ħnieżer jinżammu iżolati mill-ħnieżer selvaġġi.
  • Il-pajjiżi tal-UE għandhom jissottomettu pjanijiet tal-eradikazzjoni lill-Kummissjoni Ewropea fi żmien 90 ġurnata, inkluż gwida lill-kaċċaturi u l-metodi għar-rimi tal-karkassi. Rapport ta’ progress kull sitt xhur imur għand il-Kummissjoni u l-pajjiżi l-oħra tal-UE.

Tilqim

It-tilqim normalment huwa pprojbit, iżda l-pajjiżi jistgħu jissottomettu pjanijiet ta’ emerġenza lill-Kummissjoni.

Pjanijiet ta' kontinġenza

Kull pajjiż tal-UE għandu jfassal pjan ta’ kontinġenza fl-eventwalità ta’ tifqigħa tal-marda tal-infafet vesikolari tal-ħnieżer, u għandu jkun jista' jħaddem minnufih ċentru nazzjonali għall-kontroll tal-marda meta tfaqqa' t-tifqigħa.

Skart mill-fornituri tal-ikel

Il-pajjiżi tal-UE għandhom jiżguraw li l-iskart mill-fornituri tal-ikel ma jiġix mitmugħ lill-ħnieżer.

META TAPPLIKA D-DIRETTIVA?

  • Ilha tapplika mill-1 ta’ Diċembru 2001. Pajjiżi tal-UE għandhom jinkorporawha fil-liġi nazzjonali sal-31 ta’ Ottubru 2002.
  • Din id-Direttiva ġiet irrevokata mir-Regolament (UE) 2016/429 li se tidħol fis-seħħ mill- 21 ta’ April 2021.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

* TERMINI EWLENIN

ħnieżer selvaġġi: ħnieżer li la jinżammu u lanqas jitrabbew f'sehem.

DOKUMENT EWLIENI

Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/89/KE tat-23 ta’ Ottubru 2001 dwar il-miżuri tal-Komunità għall-kontroll tal-marda ta' l-infafet vesikolari (deni klassiku) tal-ħnieżer (ĠU L 316, 1.12.2001, pp. 5–35)

Emendi suċċessivi għad-Direttiva 2001/89/KE ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata hija ta’ valur dokumentarju biss.

l-aħħar aġġornament 06.12.2016

Top