Help Print this page 

Summaries of EU Legislation

Title and reference
Identifikazzjoni u tikkettjar taċ-ċanga u l-vitella

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Languages and formats available
Multilingual display
Text

Identifikazzjoni u tikkettjar taċ-ċanga u l-vitella

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Regolament (KE) Nru 1760/2000 — sistema għall-identifikazzjoni u t-tikkettjar ta’ prodotti taċ-ċanga u tal-vitella

SOMMARJU

X’JAGĦMEL DAN IR-REGOLAMENT?

Dan jeħtieġ li kull pajjiż tal-UE jimmaniġġja sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-bhejjem. Ir-regoli, li jinkludu tikkettjar obbligatorju, huma maħsuba sabiex jeqirdu l-mard u biex jagħmlu possibbli t-traċċar taċ-ċanga u l-vitella fil-katina alimentari kollha.

PUNTI EWLENIN

L-annimali kollha, inklużi l-bhejjem importati, irid ikollhom tikketta f’kull widna li tagħmilha possibbli li jiġu identifikati u li jiġi ddeterminat fejn twieldu.

Il-pajjiżi tal-UE jridu jistabbilixxu bażi tad-data li jkun fiha dettalji dwar il-bhejjem kollha u l-movimenti tagħhom.

Kull annimal jingħata passaport fi żmien ġimagħtejn minn meta jitwieled jew jiġi importat. Dan irid jakkumpanjah kull meta jiċċaqlaq u jingħata lura malli jmut.

Kull bidwi jrid iżomm reġistru aġġornat u jirrapporta t-twelid, l-imwiet u l-movimenti tal-bhejjem kollha lill-awtoritajiet rilevanti, fi żmien tlieta sa sebat ijiem mill-avveniment. Ir-rekords iridu jkunu disponibbli sa tliet snin.

It-tikketti fuq iċ-ċanga u l-vitella kollha għall-bejgħ fl-UE iridu jinkludu kodiċi tar-referenza li jippermetti l-identifikazzjoni tal-oriġini tagħhom u dettalji dwar fejn inqatel u tbiċċer l-annimal.

Mill-1 ta’ Jannar 2002, it-tikketti jiddikjaraw ukoll il-pajjiż fejn twieled l-annimal u fejn ingħata s-smina u fejn inqatel.

It-tikketti jistgħu jinkludu informazzjoni volontarja addizzjonali dwar il-laħam li qed jinbiegħ, iżda t-test l-ewwel irid jiġi approvat mill-awtorità nazzjonali kompetenti.

META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Huwa daħal fis-seħħ fl-14 ta’ Awwissu 2000.

ATT

Ir-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Lulju 2000 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-bhejjem tal-fart u dwar it-tikkettjar tal-laħam taċ-ċanga u tal-prodotti tal-laħam taċ-ċanga u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 820/97 (ĠU L 204, 11.8.2000, p. 1–10)

Emendi suċċessivi u korrezzjonijiet għar-Regolament (KE) Nru 1760/2000 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata hija biss ta’ valur dokumentarju.

ATTI RELATATI

Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/28/KE tat-18 ta’ Jannar 2006 dwar estensjoni tal-perjodu massimu biex jitwaħħlu l-lametti tal-widnejn fuq ċerti annimali bovini (ĠU L 19, 24.1.2006, p. 32–33)

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 644/2005 tas-27 ta’ April 2005 li jawtorizza sistema ta’ identifikazzjoni speċifika għall-annimali bovini miżmuma għal għanijiet kulturali u storiċi f’postijiet approvati kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 107, 28.4.2005, p. 18-19).

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/672/KE tal-20 ta’ Awwissu 2001 li tistabbilixxi regoli speċjali applikabbli għall-movimenti ta’ annimali bovini meta mqegħda jirgħu fis-sajf fl-oqsma tal-muntanji (ĠU L 235, 4.9.2001, p. 23–25). Ara l-verżjoni konsolidata.

l-aħħar aġġornament 29.11.2015

Top